Illum previous editions

ILLUM 23 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1376557

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' MEJJU 2021 tal-Liberazzjoni Palestinjana. Tliet snin wara l-Lhud komplew jifirxu l-okkupazzjoni tagħhom billi okkupaw kważi dak kollu li kellhom taħt idejhom l-Għarab - inkluż in-naħa ta' Ġerusalemm tal-Lvant - fejn hemm il-Moskea ikonika u importanti f 'din il- belt, ħafna mill-Istrixxa ta' Gaza u x-Xatt tal-Punent, il-Golan Heights fis-Sirja u l-Peninsula Sinai. B'hekk il-Lhud kienu rebħu 78% tal-art Palestinjana u aktar, filwaqt li keċċew mat-300,000 Palestinjan minn djarhom. Din il-gwerra hija magħrufa mil-Lhud bħala n-Naksa, li tfisser telfa kbira. Fl-istess sena l-Ġnus Magħquda għaddiet riżoluzzjoni biex l-Iżrael jirtira lit-truppi tiegħu minn art tal-Palestinjani, hekk kif kien sar qbil it snin biss qabel u reġgħet għaddiet riżoluzzjoni oħra fl-1976 hekk kif l-Iżrael baqa' ma ċċaqlaqx mill-pożizzjoni tiegħu. L-intifada Attakk f 'Gaza minn irvellijiet palestinjani fl-1987 bdew wara li trakk Iżraeljan baqa' dieħel f 'vettura li fuqha kien hemm diversi Palestinjani - wara li l-Palestinjani qatlu Lhudi it ġranet qabel f 'Gaza. Fid-9 ta' Diċembru bdiet l-ewwel intifada hekk kif sa dak iż-żmien kien hemm mal-2,200 Lhudi li kienu jokkupaw 40% tal-istrixxa ta' Gaza. Fl-ewwel intifada mietu eluf ta' nies, għalkemm ħafna statistika turi illi nqatlu eluf ta' Palestinjani imma mijiet ta' Lhud. It-tieni intifada damet ħames snin, u bdiet fil-bidu tas-sena 2000. Dawn l-irvellijiet u dan l-inkwiet ħalla mal-4,300 mejta u seħħ wara li attakk terroristiku ħalla mat-30 Lhudi mejjet u wara żjara tal-eks PM Iżraeljan Ariel Sharon fil-Punent ta' Ġerusalemm, fuq l-Għolja ta' Zion. Din l-Intifada wasslet biex il-Lhud reġgħu okkupaw bliet fix-Xatt tal-Punent. L-Iżrael kien ukoll bena ħajt li jifred lix-Xatt tal-Punent għalih. Din it-tieni intifada spiċċat f 'Summit ieħor f 'Sharm El Sheikh l-Eġittu, bi qbil bejn il-Mexxej Mahmoud Abbas u l-PM Iżraeljan Ariel Sharon. Bejn l-ewwel Intifada u t-tieni waħda jidħol fix-xena politiku palestinjan li fil-fatt kien ġie Malta fl-aħħar tad-90ijiet: Yasser Arafat, mexxej tal-PLO. Huwa ssorprenda meta rrikonoxxa d-dritt tal-Iżrael li jeżisti bħala stat. Fl-1993 negozjati fin-Norveġja (Oslo) waslu għall-iffirmar storiku li kien ifisser illi l-Iżrael jirtira t-truppi tiegħu mill-Istrixxa ta' Gaza u minn Ġeriko fix-xatt tal-Punent, kif ukoll li jitwaqqaf Gvern Palestinjan. Arafat kien daħal Ġeriko għal ġubilazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni tal-Palestinjani. Dan il-ehim kien intlaħaq bejn Arafat u l-PM Iżraeljan Yitzhak Rabin, li fl-1995 kien inqatel minn estremist Lhudi waqt attività favur il-paċi f 'Tel Aviv. Dan l-assassinju wassal biex il-proċess tal-paċi jieqaf taħt kull wieħed mis-suċessuri tiegħu, inkluż il-PM preżenti Benjamin Netanyahu. Yasser Arafat miet fl-2004. Il-Gwerra mal-Hezbollah, 'Operation Protective Edge' u l-massarku fi Munich Fl-2006 faqqgħet il-gwerra bejn l-Iżrael u l-Hezbollah. Dan tal-aħħar huwa partit Iżlamista, militanti fil- Libanu li kien ilu jattakka lill- Iżrael u jwettaq rejds kif ukoll jibgħat missili lejn dan l-għadu tiegħu. F l - 2 0 0 6 membri tal- Hezbollah kienu daħlu l-Iżrael qatlu suldati Lhud u weġġgħu oħrajn kif ukoll ħatfu numru ta' suldati li użaw f 'theddida biex l-Iżrael jeħles priġunieri m i l - L i b a n u . L-Iżrael ma a ċ ċ e t t a x u beda k a m p a n j a qalila kontra l-Hezbollah. Din il- gwerra damet it iktar minn xahar u intemmet bi qbil ieħor li fisser ukoll illi l-Iżrael u l-Hezbollah għaddew priġunieri li kienu qed iżommu lil xulxin. Dan il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina baqa' għaddej b'diversi attakki terroristiċi u atroċitajiet. Wieħed mill- aktar magħruf - li saħansitra sar film dwaru maħdum prinċipalment f 'Malta (l-aktar Tas-Sliema u Buġibba) kien dak illi seħħ fi Munich fl-1972. Dakinhar tmien membri tal- Grupp terrorista Palestinjan Black September kienu żammu disa' membri tat-Tim Olimpiku Iżraeljan - parteċipi fl-Olimpjadi tas-Sajf - ostaġġi, u qatlu tnejn minnhom. L-awtoritajiet Ġermaniżi arrestaw it-tliet terroristi Adnan Al-Gashey, Jamal Al-Gashey u Mohammed Safady. Huma iżda ma damux wisq il- ħabs hekk kif inħelsu wara hijack ta' ajruplan li minn Damasku kien sejjer Frankfurt, bil-hijacker Għarbi jordna l-ħelsien tagħhom. Il-Mossad Iżraeljana rnexxielha toqtol tnejn minn dawn it-tliet terrorsitiċi li wieħed minnhom meta mistoqsi minn ġurnalisti fil- Libja għaliex spara fuq nies li ma kinux armati wieġeb: "Huma ma kinux armati. Imma aħna nafu li l-Iżrael huwa l-għadu tagħna ... mela rridu noqtluh!" Fast-Forward għall-2014 u allura Operation Protective Edge. Il-Hamas, li għadhom imexxu lill-Palestinjani sal-lum, jirrifjutaw li jirrikonoxxu lill- Iżrael u huma partit Iżlamista, f 'parti minn din il-gwerra li ma tieqaf qatt kienu ħatfu numru ta' żgħagħagħ Iżraeljani. L-Iżrael wieġeb b'air raids. Il-Palestinjani qalu illi l-ħtif ta' dawn it-tliet żgħażagħ kien mod kif iqajmu kuxjenza dwar l-iżolament li qed jimponi l-Iżrael fuq l-istrixxa ta' Gaza li kienet u għadha qed twassal għall-faqar kbir u nuqqas ta' prattikament kollox, inkluż bżonnijiet bażiċi. Il-Ġnus Magħquda kienu qalu f 'rapport fl-aħħar tal-2019 (qabel il-pandemija) li wieħed minn kull tliet Palestinjani huma bla xogħol filwaqt li 53% ta' dawk f 'Gaza huma fqar, minkejja għajnuna mill- Gvern u organizzazzjonijiet Internazzjonali. U dan minħabba l-imblokk tal- Iżrael li qed iwaqqaf milli jidħlu ħafna prodotti, anke essenzjali, li prattikament jagħmel minn Gaza art kompletament iżolata. Il-Ġnus Magħquda kienu qalu hekk: "Gaza qed issir dejjem aktar post fejn ma tistax tgħix, taħt kundizzjonijiet soċjo- ekonomiċi severi u li qed jiggravaw." Eluf kbar ta' nies mietu waqt Operation Protective Edge tal- 2014 - u għalkemm mill-ġdid ma hemmx qbil fuq numri l-Ġnus Magħquda jgħidu illi 7,000 dar kienu assolutament meqrudin, filwaqt li mietu madwar 4,000 persuni fuq iż-żewġ naħat. Konklużjoni: Il-verità hi li wara l-2014, għall-aħħar seba' snin iż-żona baqgħet waħda politikament splussiva, tossika u sensittiva - bi ġlied u kontroversji ma jiqfux. Mhux l-inqas meta l-Gvern Amerikan ta' Donald Trump irrikonoxxa Ġerusalemm bħala l-kapitali tal-Iżrael fl-2017. U issa, mill-ġdid l-attakki li wasluna għal dan il-mument u dan l-artiklu. Anke jekk intlaħaq qbil, min jaf dan il-qbil kemm se jdum fis- seħħ sakemm tkompli storja ta' snin twal miktuba bid-demm! (It-tieni parti tkompli l-Ħadd li ġej meta nitkellmu mal- esperti) Ritratti fiċ-ċrieki: Fuq: Membru tal-Partit Hamas li jmexxi l-Palestina bħalissa Nofs: Yasser Arafat Isfel: Yitzhak Rabin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 May 2021