Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1385126
04 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' ĠUNJU 2021 • illum GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU ◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Investiment Sod Ħruġ ta' €50,000,000 Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €30,000,000) MALTA GOVERNMENT STOCKS STOCK TAL-GVERN Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i) u (ii), li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal- pubbliku għandu jiġi stabbilit it-Tnejn il-21 ta' Ġunju 2021 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il- prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment tal- Informazzjoni (DOI). ________ (ii) 1.80% Stock tal-Gvern ta' Malta (L-Ewwel Ħruġ) li jimmatura fl-2051, jew Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa It-Teżor iħabbar il-ħruġ ta' €50,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €30,000,000, kif ġej: (iii) F'ammonti miż-żewġ Stocks imsemmija hawn fuq b'valur nominali flimkien ta' €50,000,000 Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €100,000 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu l-Erbgħa t-23 ta' Ġunju 2021 fit-8.30a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Ġimgħa l-25 ta' Ġunju 2021; u Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu t-Tnejn it-28 ta' Ġunju 2021 fit-8.30a.m. u jagħlqu f'nofsinhar tal-Erbgħa t-30 ta' Ġunju 2021, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt mit- Tlieta it-22 ta' Ġunju 2021. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni. (i) 0.25% Stock tal-Gvern ta' Malta (It-Tielet Ħruġ) Fungibility Issue li jimmatura fl-2026, u YENDRICK CIOFFI Kunsilliera, residenti ta' Wied il-Għajn u anke l-Moviment Graffitti, talbu lill- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex iwaqqfu dak li qed tissejjaħ bħala "design contest" bil-għan li Wied il- Għajn isir aktar attraenti għal dawk li jżuruh. Insistew li qed isiru laqgħat sigrieti u hemm motivi ulterjuri bejn l-iżviluppaturi u Infrastructure Malta. Riċentament, periti, enġiniera u anke żviluppaturi kienu mistiedna jieħdu sehem f 'din il-kompetizzjoni biex jipproponu kif Wied il-Għajn jista' jsir aktar attreanti għat-turisti. Dan xejn ma niżel tajjeb mar-residenti, partikolarment fid-dawl tal-fatt li dawn diġà ġew milquta minn diversi proġetti kbar ta' kostruzzjoni. Andre Callus, mill-Moviment Graffitti, ħeġġeġ lill-MTA biex immedjatament iwaqqfu din il-kompetizzjoni għax fi kliemu din hija biss "cover-up" ta' pjanijiet li diġà saru minn wara dahar ir-residenti. Ir-resident u l-kunsillier John Baptist Camilleri, li indirizza wkoll il-konferenza, semma proposta għall-pitch tal-waterpolo, li fi kliemu se jkun it-tielet wieħed f 'Wied il-Għajn u li ġie approvat minn wara dahar ir-residenti. Staqsa wkoll għaliex kellu jitwaqqaf sottokumitat għar-riġenerazzjoni ta' din iż- żona mingħajr l-ebda termini ta' referenza. Fil-fatt, tul il-konferenza ntqal li madwar sena ilu, is-sindku ħabbar sottokumitat għar-riġenerazzjoni ta' Wied il-Għajn. Il- membri ta' dan is-sotto kumitat intgħażlu mis-sindku nnifsu u kienu ilhom jiltaqgħu u jaħdmu fuq proposti varji għal Wied il- Għajn sentejn sħaħ "minn wara dahar il- poplu." Tul il-konferenza, ntqal kif il-membri ta' dan is-sottokumitat kienu s-Sur Ray Abela, il-kuġin tiegħu, Eric Abela, "b'interessi kummerċjali fil-pjazza ta' Wied il-Għajn," Joseph Farrell, "ukoll b'interessi kummerċjali fil-pjazza ta' Wied il-Għajn," Angele Abela, kap tas- segretarjat ta' Ministru, u s-sindku nniffsu. Allega li hemm "manuvri" bejn dan is- sottokumitat u Infrastructure Malta biex ikun hemm bidliet sostanzjali fi Pjazza Sant'Anna, fost oħrajn. Saħaq li l-Kunsill Lokali qed ikun infurmat biss wara li dawn il-proġetti jkunu ġew iffinalizzati. Insista li s-sottokumitat mhux qed jilqa' s-suġġerimenti tal-esperti u qed jirriuta li jiltaqa' magħhom. Camilleri għamel ukoll referenza għall- proġett kontroversjali tal-Jerma Palace u anke taż-Żonqor Point u ħeġġeġ lill- awtoritajiet biex jibżgħu għal Wied il- Għajn u ma jarmuhx. Tkellmu wkoll numru ta' residenti. Insistew li huma jaqblu mar-riġenerazzjoni tal-lokalità li fiha jgħixu, iżda saħqu li r-residenti qed ikunu injorati. Insistew li l-iżvilupp qed ikun immirat għat-turisti u mhux għar-residenti u dan qed iwassal għall-qerda tal-identità ta' Wied il-Għajn. "Wied il-Għajn ma għandu bżonn l-ebda żvilupp. Ir-residenti u t-turisti jriduh kif inhu," saħqet eresa Hogan waqt li insistiet li r-residenti qed jibżgħu li jiġri l-istess li ġara lil Tas-Sliema. Residenti oħrajn ilmentaw fuq il- parkeġġ u kif l-ispazji pubbliċi qed jispiċċaw meqruda, mingħajr l-ebda attenzjoni mogħtija għall-anzjani u persuni b'diżabilità. Is-Soċjologu Godfrey Baldacchino, li wkoll indirizza l-konferenza, fakkar li l-Prim Ministru huwa residenti ta' Wied il-Għajn, iżda saħaq li dan xorta waħda ma wassalx biex il-lokalità tkun protetta. Insista li it it, il-kwalità tal-ħajja tar- residenti qed titnaqqar. "Miż-Żonqor sal-Jerma hemm pjanijiet biex it jistagħnew il-it minn fuq il- ħafna," temmew jisħqu l-attivisti fil- konferenza. Residenti ta' Wied il-Għajn jisħqu li qed isiru laqgħat sigrieti minn wara daharhom u li qed jiġu injorati Waqt protesta organizzata mill-Moviment Graffitti, ir-residenti ħeġġew lill-MTA biex twaqqaf dak li qed jissejjaħ bħala "design contest" bil-għan li Wied il-Għajn isir aktar attraenti għat-turisti