Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 Mark Vella jqawwi qalbu b'inkjesta dwar il-bejgħ alternattiv tal-kotba f'Malta, fejn lil hinn mill-monotonija tal-offerta dominanti, hemm għażla interessanti u dinamika ta' opportunitajiet għal esperjenzi ġodda ta' qari u akkwist tal-kotba jipproponulek pakkett tal-longlist kollha tal-Booker, jew inkella ktieb relatat mal-aħħar sensiela li rajt fuq Netflix, Pietro tas-Solo l-ktieb Malti ma jaqbadx u jordnah online, imma jżur l-imħażen tad- distributuri jara x'jgħodd għalih. Fl- għażla tgħammxek ta' kotba l-ġmiel tagħhom dwar suġġetti varji, mill- arti u d-disinn sal-ġurnaliżmu u l-arkitettura, għandu wkoll xkaffa dejjem tikber ta' xogħol Malti li ma ssibux fil-vetrini tal- ħwienet ewlenin. Minn xogħlijiet awtopubblikati jew inkella suġġetti li jaqblu mal-ethos politiku tal- ħanut, Bossi jħoss li għandu jmissu l-ktieb u jsir sidu, fis-sens li jagħmel l-għażla konxja li jixtrih, jippromwovih u jġorru sakemm jitlaq lejn il-qarrej. Ikellimni dwar l-etika punk tal-attività tiegħu u l-esperjenzi tiegħu f 'Milan, fejn tkisser fl-attività tal-kotba, u jtini li nkompli nsaqsi imma noqgħod lura biex ma ntellfux mill-klijenti. Fost l-oħrajn, jolqotni l-fatt li l-attività bla dejn, kull ma għandha mħallas u tagħha, u x-xogħol iġibu biss meta jkollu l-flus biex jixtrih. Post ieħor li adotta mudelli ekonomiċi simili huwa Kixott (169, Triq il-Kbira, il-Mosta), il- kunċett tal-fotografu u diżinjatur Zvezdan Reljić u erba' freelancers iżiġġu minn proġett għall-ieħor, li ddeċidew li jiġġieldu kontra l-irdieden, bħall-kavallier ta' Cervantes li għammed lil din l-impriża li għandha aktar l-identità ta' ċentru kulturali. Bħalma Solo sar b'xi mod punt ta' riferiment għal xirja kotba alternattivi, Kixott irrestawraw binja antika fil-qalba tal-Mosta li tħaddan fiha bar, spazju għall-wirjiet u attivitajiet varji, u xkafef ta' kotba magħżula bir- reqqa u l-prinċipji li jiddefinixxu l-attività. Għażla ta' narrattiva u poeżija anki b'lingwi differenti (fosthom verżjonijiet differenti tal-Passaport ta' Antoine Cassar), femminiżmu, politika u soċjoloġija, u anki x-xogħol ta' EDE Books, id-dar tal-kotba mibdija minn Zvezdan li tispeċjalizza fl-immaġni, iżda mhux biss, bħal fil-każ ta' Mill- bieb 'il ġewwa ta' Loranne Vella, finalist għall-kategorji tan-novelli tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb li għadda. Mhux kollox alternattiv, kumpless jew inkella barrani. Omonimu tiegħi ilu mill-2001 ibigħ kull xorta ta' kotba fil-fieri pop-up tal-Bargain Box (fuq Facebook) li jżuruhom kull kategorija immaġinabbli ta' klijenti, fosthom dawk li għandek imnejn tqishom mhux-qarrejja, mal-ewwel daqqa ta' għajn. Apparti l-pubblikazzjonijiet Wise Owl tagħhom, huma fost il-it li jispeċjalizzaw fir-remainders u ċertu xiri u bejgħ bir-ribass li jipprovdi kotba bi prezzijiet affordabbli għall-aħħar. L-awra tal- ktieb u tal-librar tiġi ssagrifikata, imma l-għażla tinkludi kotba rħas anki għax prodotti b'dak il-għan, bħal nagħtu każ edizzjonijiet ekonomiċi bl-Ingliż tal-klassiċi tal- letteratura, jew kotba ta' referenza, bijografiji, u pubblikazzjonijiet storiċi aċċessibbli. Mark Anthony Vella jaqtagħli wkoll il-kurżità dwar il-faxxinu tiegħi għal dawn il-fieri fejn regolarment insib sorpriż kotba Maltin siewja li jkunu żelqu minn kull possibbiltà li jimxu, jinbigħu jew isiru magħrufa. L-impriża okkażjonalment tixtri l-fdalijiet tal-istokk ta' ċertu pubblikaturi u għalhekk wieħed jista' jagħmel sejbiet interessanti, fosthom mill- katalgu ta' Bugelli, kotba varji dwar folklor u storja, u anki studji u kotba ta' referenza lokali. Lil hinn mill-ktieb, din hija wkoll opportunità għar-riġenerazzjoni urbana u komunitarja, u l-operaturi stess kollha kelma waħda: li hemm wita mifruxa biex ikomplu jinbtu dal-uri sbieħ u ċkejknin minn fost ir-radam u t-torbien.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021