Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 • illum Inqas rigali, aktar spejjeż għall-għarajjes titkellem ma' organizzaturi tat-tiġijiet L-għarajjes qed jidħlu f'aktar spejjeż minħabba t-tieġ? Qed ikopru l-ispejjeż bir-rigali? X'jiġri meta koppja tipposponi t-tieġ? Kemm hu faċli tinstab alternattiva? X'qed jiġri mid-depożitu? L-ILLUM titkellem mal- organizzaturi u dawk li jippjanaw it-tiġijiet YENDRICK CIOFFI Fi tmiem il-ġimgħa malli tiaħ Facebook ħlief ritratti ta' tiġijiet ma' ssibx. Wara żmien fejn dawn kienu wieqfa għal kollox, issa t-tiġijiet donnhom qed isiru kollha f 'salt. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' organizzaturi u l-planners tat-tiġijiet, kemm dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw il- koppji, iżda anke sfidi li għaddew minnhom huma, partikolarment minħabba l-posponimenti tad- dati. L-operaturi kollha qablu li l-koppji spiċċaw daħlu f 'aktar spejjeż, għax apparti li jridu jaddattaw it-tieġ skont iċ-ċirkostanzi, bħal ngħidu aħna jikru l-imwejjed u s-siġġijiet jew aktar wejters, qed idaħħlu inqas flus mir-rigali għax kellhom jillimitaw il-mistiedna. Għall-organizzaturi u l-planners jidher li x-xogħol żdied mhux ħażin, mhux biss biex jassiguraw li kulħadd iżomm mar-regoli, iżda b'mod partikolari meta koppja tipposponi t-tieġ u jkollhom kważi jerġgħu jippjanaw u jorganizzaw kollox mill-ġdid. Fil-fatt il-posponiment tad-dati jew saħansitra l-kanċellazzjoni tat- tiġijiet wassal ukoll għal kwistjonijiet dwar id-depożiti, b'uħud mill-każi saħanistra jispiċċaw quddiem l-Awtorità Maltija għall- Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal- Konsumatu (MCCAA). X'qalulna l-operaturi? 'Qabel żewġ terzi tat-tieġ kienu jiġbruh mir- rigali ... illum le' F'kummenti mal-gazzetta ILLUM l-organizzatur tat-tiġijiet, Jurgen Briffa, saħaq li ma jaħsibx li l-għarajjes daħlu f 'aktar spejjeż, iżda spjega kif xorta waħda qed jispiċċaw joħorġu aktar flus, għax minħabba l-limitu fuq l-għadd ta' mistiedna, ir-rigali qed jonqsu. "Qabel kont nikkalkula li żewġ terzi tal-ispejjeż, jinġabru mir- rigali. Illum ngħid li l-għarajjes qed joħorġu minn buthom nofs l-ispejjeż," insista. Mistoqsi dwar l-istil tat-tiġijiet, li f 'Malta mhuwiex daqstant komuni, Briffa saħaq li fost koppji li huma xi it aktar avvanzati fl- età, l-istil qed jintgħoġob u qed ikun ippreferut. Insista li s-servizz, fosthom il-fatt li għandek wejter li qed iservi anke x-xorb, qed jinżel tajjeb. "Ħafna qed jippreferu dan l-istil għax forsi aktar pulit. Madanakollu ż-żgħażagħ għadhom qed ifittxu l-briju. Hemm numru żgħir li xorta waħda għadhom qed jipposponu minħabba dan il-fatt," insista. Mistoqsi dwar il-posponimenti, Briffa saħaq li dan żied ħafna x-xogħol tal-organizzaturi, għax fi kliemu, kull darba jkunu jridu jgħaddu l-proċess kollu kważi mill-bidu. "Kien hemm minn ippospona anke ħames darbiet. Mhux faċli. Tkun ilek tippjana tieġ xi tliet snin. Kontinwament tlifna l-flus," insista. "Hemm min qed jipposponi fl-għama għax ħadd ma jaf kif se nkunu s-sena d-dieħla." Fid-dawl ta' dan Briffa saħaq li ħafna organizzaturi u planners tat-tiġijiet qed ikollhom kwistjonijiet rigward id-depożitu, għax koppji qed jitolbuhom lura, meta x-xogħol, min-naħa tal- operaturi, ikun ilu li sar. Fil-fatt, dan kien ikkonfermat mal-ILLUM minn operaturi oħra wkoll. Saħanistra saħaq li hemm każi li s p i ċ ċ a w quddiem it- Tribunal (aqra aktar 'il quddiem), bl-Awtorità Maltija għall- Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal- Konsumatur, tobbliga operaturi biex jagħtu d-depożitu lura. "Ħafna ma jaffordjawx dan għax marru ħafna lura u x-xogħol ikun diġà sar. Tagħti depożitu lura meta t-tiġijiet jistgħu jsiru?" staqsa Briffa. Jurgen Briffa Dwar il-kwistjoni tad-Deposits, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għall-Intrapriżi ż-Żgħar u Medji, Abigail Mamo, li kkonfermat li qed ikun hemm organizzaturi u planners tat-tiġijiet li qed jiffaċjaw din il-problema, minkejja l-iskema tal-Gvern għar- rifużjoni tad-depożitu għal dawk l-għarajjes li kellhom jipposponu t-tieġ. Mamo fakkret li l-liġi tal- konsumatur tgħid li jekk xi ħadd mill-partijiet f 'kuntratt ma jonorax l-obbligi tiegħu, jew jitlef id- depożitu (f 'każ tal-klijent) jew jagħti d-depożitu lura (f 'kas tan-negozju). "Madanakollu din il-liġi tapplika għal żminijiet normali," insistiet 'Hemm kumpaniji li jfallu jekk jagħtu lura d-depożitu kollu'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021