Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 • illum KONSULTAZZJONI PRELIMINARI MAS-SUQ ĊEKKJATUR TAL-ORTOGRAFIJA U L-GRAMMATIKA TAL-MALTI U SERVIZZI RELATATI L-iskop ta' din il-konsultazzjoni hu li tidentifika soluzzjonijiet diġitali potenzjali u operaturi ekonomiċi fis-suq li jistgħu jipprovdu ċekkjatur tal-ortografija u l-grammatika tal-Malti. Għal tagħrif ieħor idħol fis-sit etenders.gov.mt L-AVVIŻ TAL-OFFERTA: MHAL/01/2021 Dawk kollha interessati għandhom idaħħlu l-offerta tagħhom mis-sit tal-e-tenders mhux aktar tard mit-30/06/2021 f'12:00 C M Y CM MY CY CMY K Spell Checker Ad MT.pdf 2 27/05/2021 10:32 L-ADPD titlob lil Scicluna jerfa' r-responsabilità wara li Malta tpoġġiet fuq il-Lista l-Griża tal-FATF L-ADPD qed tinsisti li fost in-nies li jeħtieġ iġorru r-responsabilità għall-fatt li Malta tpoġġiet fuq il-Lista l-Griża tal-FATF hemm l-eks Ministru Edward Scicluna li llum imexxi l-Bank Ċentrali. "Ir-responsabbiltà politika għall-qagħda attwali trid tintrefa ukoll minn Edward Scicluna, eks-Ministru tal-Finanzi li kellu responsabbiltà politika tal- istituzzjinijiet li suppost ħadmu kontra l-ħasil tal-flus. Huwa stess preżentement hu soġġett għal investigazzjoni kriminali," sostna ċ-Chairman tal-ADPD Carmel Cacopardo. Huwa qal li minflok ġarr ir-responsabilità, Scicluna "mar jistaħba" u "ngħata premju għal dak li għamel billi nħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali." Cacopardo saħaq li ħatriet ta' din ix-xorta jagħtu messaġġ ċar, "li ma hawnx serjetà fit-tmexxija tal-pajjiż. Ikun aħjar jekk flok id-dmugħ tal-kukkudrilli dwar dak li qed jiġri issir tindifa sħiħa. Tindifa li s'issa għadha ma saritx." Il-kelliema ta' ADPD Sandra Gauci nnutat kif il-Gvern Malti injora l-kuxjenza nazzjonali f 'Malta stess, "inkluż kritika interna tal-fasla tas-sistema finanzjarja ta' Malta u l-abbużi u l-involviment kriminali ta' uffiċjali għolja u ta' xi politiċi. Kellu jistenna l-kritika tal-barranin biex jiċċaqlaq?" Flimkien ma' Cacopardo, Gauci kienet qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet illum quddiem il- Berġa ta' Kastilja. "Ninsabu mnikktin bid- deċiżjoni tal-FATF (Financial Action Task Force) li tpoġġi lil Malta fuq il-lista l-griża tagħha minkejja li din kienet mistennija. Imma ma kienx meħtieġ li jkunu l-istituzzjonijiet barranin li jiġbdulna widnejna li l-affarijiet f 'Malta mhumiex mexjin sew. Aħna stess ilna niġbdu l-attenzjoni li l-affarijiet mhux sejrin sew fis- sistema finanzjarja," sostniet Gauci li hija wkoll kandidata tal-ADPD għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, Hi sostniet illi filwaqt li huwa veru li matul l-aħħar xhur ittieħedu ħafna deċiżjonijiet biex jissaħħaħ il-qafas regolatorju kontra l-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata, il-problema hi li "mhux kulħadd hu konvint li dan sar b'konvinzjoni favur tmexxija b'integrità. Għad jeżisti dubju dwar jekk dak li sar hux biss reazzjoni għas-sensittivitajiet tal- komunità internazzjonali. Għax, sfortunatament, drajna wisq għal snin twal b'istituzzjoniiet ma jaħdmux." Iċ-chairperson tal-ADPD żied jinnota li l-fatt li "f 'daqqa waħda" l-pulizija bdiet tieħu passi f 'kazijiet ta' ħasil ta' flus ma jħassarx il-fatt li "għal snin sħaħ il-korp tal-Pulizija kien miżmum milli jaġixxi billi diversi uffiċjali tiegħu kienu fil-but tal-kriminali. Huwa dan li wassal biex għal snin twal kellna infurzar żero. Dak li sa it ilu kien biss suspett illum il- ġurnata hu konfermat bl-ismijiet li jaf bihom kulħadd." Huwa temm jgħid illi l-Gvern u l-Oppożizzjoni matul is-snin żviluppaw dak li jsejħu "kunsens nazzjonali" dwar is-settur finanzjarju li jagħmilha possibbli biex - skont hu - Malta tintuża bħala ċentru internazzjonali tal- evażjoni tat-taxxa. "Flimkien mal- bejgħ tal-iskema taċ-ċittadinanza dan ikkontribwixxa aktar għat- tkissir tar-reputazzjoni ta' Malta bħala ġurisdizzjoni li tista' tkun fdata. Ir-reputazzjoni ħażina li sfortunatament għandha Malta illum fuq livell internazzjonali ma ġietx mix-xejn. Żviluppat bħala riżultat tal-fatt li l-Gvern naqas tul is-snin li jimxi sewwa. Il-messaġġ ċar li ngħata kien li l-Gvern kien jipproteġi l-kriminalità," temm jgħid Cacopardo.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021