Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 • illum Funded by the European Union Direzzjoni ġdida għall-Gvernijiet Lokali sabiex nsaħħu l-Komunita Hon. Ministru Jose' Herrera " Tkompli ir-Riforma: Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Politika għall-Gvernijiet Lokali 2021. Aċċessa minn: www.localgovernment.gov.mt SEMMA LEĦNEK! " Il-maġġoranza tal-frontliners huma nisa iżda l-irġiel iddominaw il-kumitati li twaqqfu biex jiġġieldu l-pandemija MARIANNA CALLEJA Hu ovvju li l-integrazzjoni tal- ġeneru għandha tibda bejn dawk li jfasslu l-politika tal- pajjiż eżempju l-ministri stess iżda tajjeb li nagħtu ħarsa lejn l-integrazzjoni tal-ġeneru waqt il- pandemija f 'irwoli oħra 'l bogħod mill-Parlament. L-evidenza minn epidemiji u kriżijiet tal-passat diġà tenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tal- ġeneru. Kien propju dan li wassal lill- Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) biex tirrakkomanda b'ħeġġa għall- inklużjoni rappreżentattiva tan-nisa fil-bordijiet tat-tfassil tal-politika kontra COVID-19. Dan jidher bħala suċċess għan- nisa u kollox jidher li hu sabiħ fuq il-karta iżda fil-prattika hemm lok għal titjib. Dan kollu ħareġ ukoll minn rapport maħruġ mill-Kumitat Ewropew għad-Drittijiet tan- Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM). Ir-rapport li jġib l-isem 'COVID-19 u l-impatt ekonomiku u l-faqar jinkludi studju li sar fuq ħames pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Sommarju tal-istudju Minkejja li l-maġġoranza tal- frontliners inkluż l-infermiera u t-tobba huma ta' sess femminili, l-istudju wera li pożizzjonjiet ogħla bħal ngħidu aħna membri ta' bords u esperti kienu l-maġġoranza meħudha mis-sess maskili. Waqt il-pandemija kull pajjiż ifforma Task Force biex jiġġieled il-pandemija. L-irġiel iddominaw dawn il-gruppi, bi 3.5% biss tal-gruppi jilħqu xi forma ta' integrazzjoni. Dan ma kienx il-każ fit-Task Force Ewropea. Fil-fehma tal-UE, l-unika pass 'il quddiem fil-kisba tal-parità bejn is-sessi fil-politika tas-saħħa jista' jsir jekk huma stess ikunu ta' eżempju. Fil-fatt it-Task Force maqgħud mill-Kummissjoni Ewropea kien kostitwit b'maġġoranza ta' nisa bil-President Ursula von der Leyen tmexxi fuq quddiem. Il-Comitato Tecnico-Scientifico, fl-Italja Fl-Italja, fil-bidu tal-kriżi COVID-19, meta l-20 membru tekniku-xjentifiku għaqqad kumitat - jiġifieri, il-Comitato Tecnico-Scientifico - ma kien jinkludi l-ebda mara. Bl-istess mod, l-aġġornamenti ta' kuljum tad-Difiża Ċivili kienu ppreseduti minn irġiel biss, bl-inklużjoni ta' mara waħda li kienet l-interpretu tal-lingwa tas-sinjali. Wara l-ewwel lockdown fir- Rebbiegħa tal-2020 il-Gvern ta' Giuseppe Conte ħabbar arranġament tal-Kumitat Xjentifiku biex jinkludi sitt nisa, jiġifieri, 24% tal-kumitat kienu nisa. Madankollu, in-nisa xorta baqgħu sottorappreżentati fit-teħid tad- deċiżjonijiet b'mod ġenerali. Il-Kunsill Xjentifiku kontra l-COVID-19, fi Franza Bħall-Italja, Franza għaqqdet aktar minn kumitat wieħed ta' rispons kontra l-COVID, u ħadd minnhom ma kien ugwali bejn is- sessi. Filwaqt li l-Kunsill Xjentifiku COVID-19 kien magħmul minn 2 nisa u 8 irġiel, jiġifieri w18.2% nisa, il-Kumitat tar-Riċerka u l-Analiżi tal-Kompetenza kien magħmul minn 5 nisa u 7 irġiel jiġifieri, 41.7% nisa. Huwa interessanti li wieħed jinnota, li l-Ministru Franċiż għall- Ugwaljanza bejn is-Sessi, Diversità u Opportunitajiet Indaqs, Elisabeth Moreno, hija mara, u Franza kienet l-unika pajjiż li introduċa b'mod immedjat, miżuri u inċentivi biex jgħinu l-ġlieda urġenti kontra l-vjolenza domestika waqt il- lockdown. Kleines Corona Kabinett, fil- Ġermanja Il-Ġermanja wkoll injorat l-integrazzjoni tal-ġeneru fil- Kabinett tal-Korona ż-Żgħira magħruf magħhom aħjar bħala Kleines Corona Kabinett. Dan il-kabinett kien magħmul minn 5 irġiel u 2 nisa, jiġifieri 28.6% nisa. Minkejja li dan il-pajjiż huwa mmexxi minn mara (Angela Merkel) għal aktar minn 15-il sena, il-Ġermanja jidher biċ-ċar li għad m'għandhiex ugwaljanza totali bejn is-sessi u dan intwera matul il-kriżi COVID-19. Il-Kunsill Mediku Pollakk It-tim ta' rispons Pollakk ġie stabbilit tard matul il-pandemija, f 'Novembru tal-2020. Il-Kunsill Mediku huwa magħmul minn esperti mediċi u l-konsulent ewlieni tal-Prim Ministru għall- COVID-19, li minnhom 28% tal- membri huma nisa. Allinjat mal-isterjotipi tal- kumplament tal-UE, il-Gvern Pollakk ikkonforma grupp kostitwit minn maġġoranza ta' nisa (67% ta' nisa) li kien inkarigat mit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' metodi ta' edukazzjoni online fil-perjodi li fihom l-iskejjel ingħalqu. Il-Politika tas-Saħħa, fl-Iżvezja Fl-aħħar insibu lill-Iżvezja. Minħabba l-mod ta' kif l-Iżvezja ġġieldet il-pandemija, dan il- pajjiż ma għaqqadx tim speċifiku ta' rispons kontra l-COVID19. Madankollu, b'mod ġenerali, l-Iżvezja għandha l-ogħla rata ta' integrazzjoni tal-ġeneru fil- Parlament. Fil-fatt 47% tas-siġġijiet huma meħudha minn nisa. L-importanza tal-integrazzjoni tas-sessi fil-Gvern Żvediż fis-snin ta' qabel il-pandemija kif ukoll matul il-kriżi tal-COVID-19 tipprovdi evidenza b'saħħitha li tissuġġerixxi relazzjoni pożittiva u b'saħħitha bejn l-inklużjoni tan-nisa f 'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjoni u t-tendenza li jiġu inklużi approċċi sensittivi favur iż-żewġ sessi. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-integrazzjoni tal-ġeneru fit-Task Force ta' ħames pajjiżi tal-UE

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021