Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1395899
17 letteratura illum • IL-ĦADD 25 TA' LULJU 2021 Mark Vella jibqa' ma jaqtax qalbu meta jara r-riżultati apparentament negattivi tas-sondaġġi dwar il-qari. Minflok, jissuġġerixxi li nibdlu l-attitudni għal waħda aktar realistika u umli, li tmur lil hinn mir-retorika u l-idealiżmu sabiex tiskopri kif jaħdem tassew il-ktieb fuq in-nies il-qarrejja, mid-dgħajfa għall-felħana, kollha missew ma' Stefania Auci u s-saga tagħha I Leoni di Sicilia. Fl-2019, l-ewwel volum mis-sensiela biegħ rekord ta' 300,000 kopja, u dar-rumanz kull ma hu rumanz storiku, all' antica, minn dawk li nafuhom sew aħna hawn Malta. Huwa rumanz interessanti fuq livell storiku, irriċerkat għall-aħħar, u juri sew il-ġrajjiet ta' familja ta' negozjanti fil-Palermo bejn is-sekli 19 u 20; madankollu, qarrej felħan jaf jgħidlek li l-karattri huma stereotipati u d-djalogi patetiċi jew xotti, u l-maġġoranza tal-qarrejja, statistikament 'dgħajfa', se jgħidulek li żammhom u ma telquhx minn idejhom, u iġri joħroġ il- volum li jmiss. Hemm bżonn għalhekk naraw x'irridu mill-kotba u mill-qarrejja. Jaf wasal iż- żmien li nitilqu mill-idea astratta għall- aħħar tal-edifikazzjoni u nersqu, anki jekk b'pass kawt kemm ma naqgħux fil- banalità tas-sempliċi bejgħ, xiri u qligħ, għal idea tal-industrija u, anki b'mod aktar granulari, tad-diversi oqsma ta' qarrejja quddiem l-immensità ta' kotba li jinħarġu fis-sena. F'Malta wkoll, l-ammont ta' kotba mitbugħa, li dejjem jikber u li l-ħin kollu niċċelebrawh dan l-għadd dejjem joktor, jaf huwa sproporzjonat quddiem l-ammont potenzjali ta' qarrejja, u huwa ovvju li se jkun hemm dawk il-waħdiet li jispiċċaw, sew għax b'ħilithom sew għax hekk jiddetta s-suq, jaħtfu l-kejk kollu, bl-oħrajn jiġġieldu għal-loqom. Xorta waħda, hemm diversi niċeċ li jistgħu jiġu esplorati, u anki ħtieġa ta' problematizzazzjoni tad-dinja tal-qari li tista' twassal għal soluzzjonijiet li jrendu. Għala qed jaqraw aktar iż-żgħażagħ, imma x'qed jaqraw? Hemm xi rabta mal- istimoli li jiġuhom lil hinn mill-qari imma li mbagħad imexxuhom lejn il- ktieb? Għala ta' ċertu nħawi jaqraw inqas minn ta' oħrajn? Għala l-anzjan forsi ma jsibx ktieb li jgħodd għalih? U, minn fost bosta mistoqsijiet oħra, x'qed tagħmel l-iskola biex tħajru l-qari, jew aħjar, biex ma tgerrixx minnu? Make books great again Mark Camilleri, il-Kap Eżekuttiv tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, donnu dil-biża' ma tagħmilx bih. Mhux biss għax l-istatistika m'għandhiex imnejn tgiddbu, imma anki għaliex għan il- ħidma tal-entità governattiva li jmexxi hija l-promozzjoni tal-ktieb b'kull mezz possibbli għat-tgawdija tal-atturi kollha fil-katina, mill-pubblikatur sal-qarrej, u l-ħaddiema l-oħrajn kollha bejniethom. L-islogan li Camilleri qed ixerred dal- aħħar fuq il-media soċjali huwa kollu hemm hu tiegħu u mhux xi branding uffiċjali tal-Kunsill, imma t-tidwira ironika tal-għajta ta' Trump turi fidi fil- ktieb u dak kollu li jista' jwiegħed, imma anki x-xewqa li l-karta stampata terġa' ssir mezz rilevanti minkejja l-isfidi tat- tekonoloġija u d-diversjonijiet ta' din is- soċjetà ġdida li għadna qed niskopruha. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta' dis-sena ma stedinx lil Irvine Welsh b'kumbinazzjoni bħala ċ-ċelebrità għal din l-edizzjoni. Welsh u d-dinja ta' madwaru kienu influwenti għall-feġġ ta' kitba u editorija ġdida f 'Malta fi tmiem id-disgħinijiet, u l-isforzi ġodda tal- Kunsill flimkien mal-bosta żviluppi bla heda li qed iseħħu fil-qasam donnhom verżjoni aktar sofistikata u potenzjal tal-perjodu fejn grupp ta' nies ippruvaw jerġgħu iqiegħdu l-ktieb fuq l-aġenda tal-pajjiż. Il-ktieb kapaċi jqanqal, kif rajna mill-aħħar ġrajja dwar il-bijografija ta' Mintoff, u kif qed iwiegħed l-istess Camilleri bi ktieb li qed ilesti u li mid- dehra se jaqla' l-ħama dwar il-ġrajjiet politiċi reċenti u ċertu personaġġi dubjużi tagħha. Fl-istess ħin, hemm proġett li qajla jissemma fil-beraħ, imma li jaf ikun il- pedament meħtieġ għal infrastruttura xierqa għall-kotba li bħalissa hija nieqsa, u li forsi anki twassal għall-kastelli fl-ajru tal-ħolm u l-ideali dwar il-qari li spiss jissarrfu f 'diżappunt meta jaħbtu ma' realtà mhux investigata biżżejjed. L-hekk imsejjaħ Palazz tal-Kotba (jew kif ġa għammdu Camillieri) huwa bini mitluq il-Belt li ħadu f 'idejh il-Kunsill tal-Ktieb għar-restawr, u li fi żmien tliet snin oħra, se jservi mhux biss bħala l-uffiċji tal- entità governattiva, imma anki ta' ħanut tal-kotba u mużew tal-letteratura. Ċentru bħal dan għandu l-għan li jipprovdi għajn ġdid ta' dħul finanzjarju għall-industrija tal-kotba, u fl-istess ħin jisfida d-drawwa tal-ispazji pubbliċi li jiġu kkapparati mill-privat li ma jispiċċa ma jrodd xejn lill-kultura u lill-komunità tal-post. Huwa spazju strateġiku bħal dan li kapaċi jmexxina lejn metodi aktar realistiċi u fattibbli ta' kif immexxu l-kotba u nħajru lil min jaqrahom, mhux billi nbellgħuhom lin-nies skont id- daqqa ta' tanbur ideoloġika li jtarrax, imma billi naraw il-kumplessità ta' suq li ġejja mill-fatt li li trid tbigħ il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet u tolqot il-mitt fehma ta' mitt bniedem.