Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954
17 kotba illum • IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 Mark Vella jikteb dwar ir-raba' ġabra ta' novelli ta' Joe Friggieri, pjaċir ta' qari minn kittieb li jieħu pjaċir jikteb, u l-leħħiet li jibqgħu quddiem għajnejna anki wara li jgħaddu maħruba minn quddiemna immensa tagħhom huma essenzjalment kollha l-istess, u fihom irossu verità waħda, jew inkella ftit ħafna. Veritajiet li mhumiex bilfors isimhom magħhom; x'aktarx huma mistoqsijiet li jħalluna mdendlin, bħal ma spiss jagħmel b'gost l-awtur. Il-pjaċiri sempliċi li semmejna qabel, madankollu, mhumiex sinjal ta' superfiċjalità fejn tintreħa s-serjetà tal-ħajja jew tal- ġrajjiet. Anzi, din is-sensiela ta' rakkonti donnha ċ-ċediment ta' Friggieri l-filosofu professjonista li malli jmiss mal-arti, jintreħa għall-misteru, minkejja l-bażi intellettwali li dejjem tfittex it-tweġibiet. Il-pjaċir, iktar mill-qares jew il-ħelu li jħalli l-morr, huwa meħjut b'malinkonija rassenjata għall- veritajiet tal-ħajja li jagħmluha dik li hi, jiġifieri l-mistoqsija li l-filosofu qatt ma jweġibha imma xorta jkompli jistħarriġha u jsaqsi dwarha. Ħajja li titbandal mill-monotonija sal-maġija, u mill-miraklu lura għall- mondanità, u f 'dan l-ispettru kollu, Friggieri jirnexxilu dejjem joħroġ dak il-mument li jixgħel f 'moħħ il-qarrej mal-għeluq, mhux dejjem mitmum, tal-istorja. Mit-tagħlima anti-didattika tal-ħrafa, sal-konklużjoni maħduma ta' novella b'tidwira sodisfaċenti, jew il-kitbiet konċiżi bl-ekonomija tal-ħajku u l-effett potenzjali ta' koan Zen, titnissel dik li l-poeta Jacques Prévert kien sejħilha il-'mikroeternità', u jkolli ngħid li ili biex nużaha dil-kelma, speċjalment fir-rigward tax-xogħlijiet poetiċi tiegħu. Dik is-sekonda ċkejkna tal-eternità tal- poeta Franċiż hija l-leħħa li nimmaġina tiġi f 'moħħ Friggieri kull darba li tnebbħu sitwazzjoni, u li spiss hija r-riżultat li jħalli fil-qarrej hekk kif xogħol il-poeżija jew ir- rakkont isir li jiżola mument tant miniskolu li jispiċċa jsir iċ-ċentru tqil u mgħobbi tar- riflessjoni, bil-bqija tal-ħajja, importanti kemm hi importanti, issir effimera. Leħħa poetikament paradossali, li tibqa' tgħammex minkejja kemm taħrab maljar minn quddiem għajnejk. Ma nafx hux kumbinazzjoni, imma Prévert jissemma wkoll f 'din il-ġabra, bħala wieħed mill-inkwatri fil-kafè Deux Magots ta' Pariġi, li huwa l-ambjentazzjoni għal novella li tiffoka fuq koppja inċidentali li ma kellhiex tkun. Inċidentali anki għall-eżitu mhux mistenni, imma fl-istess ħin l-essenza tal-mumenti li kapaċi jaħfen Friggieri, fejn bħallikieku ż-żmien jieqaf, u mix-xejn, jew dak li r-realtà awtomatika tilludina li ma huwa xejn, tinħoloq dinja oħra, wieqfa quddiema imma li xorta għandha dawrien kollu tagħha, u li tħallina nħarsu mibluha lejha.