Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

Jerome Caruana Cilia huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia 22 IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 • illum opinjoni Deċiżjonijiet li saħħew il-kultura ta' impunità M atul dawn l-aħħar jiem kompliet id-diskussjoni kemxejn taħraq dwar ir-rapport tal-bord tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. F'No- vembru tal-2019, twaqqfet l-ink- jesta biex fost oħrajn jiġi stabbilit jekk l-istat setax għamel xi ħaġa biex jevita l-omiċidju ta' Caruana Galizia. F'dan l-artiklu se nkun qed nippubblika numru siltiet b'mod sħiħ mir-rapport dettaljat ta' 438 paġna. Min allegatament wettaq l-assassinju kien iħossu kopert Fost oħrajn ir-rapport jgħid hekk: "Hemm evidenza tal-involviment ta' uffiċjali pubbliċi fl-O.P.M. fosthom Keith Schembri, oħrajn fl-uffiċċju tiegħu u membri fil-korp tal-Pulizija żgur wara d-delitt biex b'xi mod jgħinu lill-allegati esekuturi. Min allegatament wettaq l-assassinju kien iħossu kopert sal-punt li kien konvint li jew mhux ser jinqabad jew jeħlisha ħafif. Hemm provi, kif ingħad, li elementi fil-korp tal-Pulizija fl-għola ranki kienu involuti fi ħbiberija mhux xierqa a skop ta' vantaġġ personali, ċertament wara li seħħ id-delitt. Mhux eskluż li setgħu kienu jeżistu qabel. Inċidenti u intriċċi serji li effettivament wasslu għar-riżenji ta' wħud minn dawn l-uffiċjali għolja u ta' Inkjesti Maġisterjali." Il-bord jitkellem dwar il-ħtieġa u l-importanza li l-ġurnalist jiġi protett. "Naturalment l-aqwa u l-iprem protezzjoni li l-iStat jista' jagħti lill-ġurnaliżmu huwa li jaġixxi b'mod illi jassigura li fil-pajjiż ma tinħoloqx sistema li tippermetti li b'mod sistematiku l-malamministrazzjoni, l-abbuż tal- poter u l-korruzzjoni u li tħossha koperta b'sens qawwi ta' impunità." Id-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru... saħħew il-kultura ta' impunità "Il-Bord identifika responsabbiltà tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat għal dak li ġara, anke jekk mhux diretta, għad-deċiżjoni tiegħu fl- ewwel lok li ma jieħux passi serji fil- konfront taċ-Chief of Staff tiegħu u l-Ministru Mizzi meta ġew implikati fil-fuq imsemmija Panama Papers u wisq aktar fit-tieni lok meta ddeċieda li jibqa' jżommhom fil- kariga anke wara l-pubblikazzjoni tal-istorja ta' 17 Black. Waqt li Dr. Muscat seta' jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward tal-Panama Papers billi jikkwalifikaha bħala deċiżjoni politika żbaljata – ħaġa li l-Bord ma jaċċettax – ċertament ma setax jagħmel hekk fil-każ ta' 17 Black fejn saret allegazzjoni ta' aġir kriminali serju li timplikahom it-tnejn". Il-bord kompla jgħid f 'paġna 413, li "dawn id-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru flimkien mal- fiduċja espressa mill-Parlament, fil-fehma tal-Bord, saħħew il- kultura ta' impunità li fiha kienu jaġixxu l-persuni kollha involuti fl-attivitajiet ta' intriċċi bejn amministraturi politiċi u negozjanti kbar li dwarhom kitbet Daphne Caruana Galizia. Impunità li straħu fuqha l-elementi ta' kriminalità organizzata, kienu min kienu, u li ċertament iffaċilitat l-assassinju". Il-membri tal-Kabinett Il-bord tkellem ukoll dwar ir-rwol tal-membri tal-kabinett u wasal "għal konklużjoni illi, premess li d-delitt kien neċessarjament marbut mal-allegazzjonijiet gravi ta' Daphne Caruana Galizia fir-rigward tal-amministrazzjoni pubblika li bdew jiġu żvelati b'aktar preċiżjoni meta ppubblikat ir-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers u 17 Black, il-Bord ma jistax ma jirraviżax ir-responsabbilità kollettiva tal-membri tal-Kabinet meta naqsu li jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa". Dak li jkompli jgħid ir-rapport f 'paġna 409 hu ċar: "Filwaqt li wieħed jista' b'xi mod jiskolpa l-Kabinett li ma tteħditx azzjoni tempestiva meta ġew ippubblikati l-Panama Papers kontra ċ-Chief of Staff għaliex il-Prim Ministru Muscat assuma responsabbilità personali għall-aġir tas-Sur Schembri, ċertament mhux l-istess jista' jingħad meta ġew ippublikati allegazzjonijiet speċifiċi ta' reati in konnessjoni ma' 17 Black. Żgur li f 'dan l-istadju l-ebda membru tal-Kabinett ma jista' jeżonera ruħu mill-obbligu li kellu li jasserixxi l-volontà tiegħu li, f 'dak l-istadju, min kien involut ma kienx għad hemm postu fil-Kabinett". "Stat ta' maa" F'paġni 307 u 308, il-bord jispjega kif il-Gvern Laburista wassal lil pajjiżna fi stat tista' tgħid mauż. "L-entità u l-gravità tal-allegazzjonijiet tas- Sinjura Caruana Galizia dwar l-irregolaritajiet u abbużi kważi fil-proġetti kollha għal ħolqien tal-ġid mill-amministrazzjoni fis-sħubija mal-privat u n-numru kbir ta' uffiċjali għolja tal-Gvern u f 'awtoritajiet pubbliċi li kienu b'xi mod involuti fihom huma xhieda ta' dan. F'dan l-aspett il-pajjiż kien qed joqrob lejn sitwazzjoni li tista' tiġi kwalifikata bħala stat ta' maa. Kien l-assassinju tal- ġurnalista illi għamel fren qawwi fuq dan id-diżastru annunċjat. Mhux biss. Il-Bord jinnota illi kien proprju minħabba l-iStat ta' de facto impunità, li minnu dawk kollha involuti f 'din l-istruttura kienu qed igawdu, illi l-irregolaritajiet u abbużi serji finanzjarji u ma humiex, baqgħu jseħħu anke wara l-pubblikazzjoni tal-Panama Papers u s-17 Black. Impunità li baqgħet tkopri lilhom u eventwalment anke lill-eżekuturi materjali tal-assassinju sa wara li seħħ id-delitt". Jeħtieġ li tittieħed azzjoni minnufih. Irridu li ssir ġustizzja. Din il-ferita trid tingħalaq darba għal dejjem. Traġedja xokkanti bħal din qatt u qatt ma tista' terġa' tirrepeti ruħha. Pajjiżna jixraqlu aħjar. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni minnufih. Irridu li ssir ġustizzja. Din il-ferita trid tingħalaq darba għal dejjem Mument waqt il-protesta li seħħet quddiem Kastilja dakinhar li ħareġ ir-rapport tal-inkjesta pubblika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021