Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 • illum Il-Parlament Ewropew jiddiskuti l-effett tat-turbini tar-riħ fuq is-sajd Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. MARIANNA CALLEJA Ir-rapport li ġie diskuss fil- bidu ta' Lulju mill-Parlament Ewropew ħa xejra oħra mis-soltu. Meta s-soltu r-rapporti diskussi jittrattaw titjib f 'ġrajjiet kurrenti, fi Stati Membri jew setturi, din id- darba r-rapport jittratta l-effetti sekondarji li jistgħu jinħolqu minn leġiżlazzjoni li ħolqot l-Unjoni Ewropea stess. Imħejji mill-Kumitat Ewropew għas-Sajd, ir-rapport jinkludi studju estensiv fuq l-impatt tal- enerġija ġġenerata mill-mtieħen tar-riħ fil-baħar speċjalment fuq l-irziezet tal-ħut. Ilna nisimgħu ħafna fuq l-enerġija rinovabbli, enerġija ġġenerata mir-riħ, mill- ilma, mill-iskart u ħafna aktar, bit-tama li sal- 2050 nnaqqsu l-impatt uman fuq l-ambjent. L-MEP Peter van Dalen, ir- rapporteur ta' dan ir-rapport u l-Viċi- President tal-istess kumitat ħa dan kollu f 'kunsiderazzjoni u ħareġ b'numru ta' proposti li jaf inaqqsu l-impatt ta' dan il-progress kollu fuq l-ibħra li jservu frott għas- sajjied u abitat għal varjetà vasta ta' ħut u speċi oħra. Fil-preżent, x'inhuma l-miri u l-provvista għal din tip ta' enerġija? Il-karatteristiċi ġeografiċi tal- Istati Membri u l-baċiri tal-baħar Ewropej ivarjaw ħafna madwar l-UE. L-iżvilupp ta' Offshore Wind Farms (OFWs) u sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli bħalissa huwa kollu kkonċentrat fil-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku, fejn il-kundizzjonijiet huma aktar favorevoli. L-Ibħra tat-Tramuntana (il- Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Baltiku u l-Atlantiku tal-Grigal) jammontaw għal aktar minn 85% tal- k a p a ċ i t à kollha tar- riħ - dan ifisser li hu l-aktar post ideali għall-OFWs. Għalissa l-UE se tipprova taħdem f 'dawn l-ibħra iżda fil- futur, il-possibbiltà jew ix-xewqa li jinħolqu, jew li jiżdiedu fid-daqs jew il-kapaċità installazzjonijiet ta' enerġija rinnovabbli offshore se tkun ugwalment differenti għal kull Stat Membru. Tajjeb ngħdu li fil-'Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit' ġie miiehem li l-bastimenti tas-sajd tal-UE jkomplu jkollhom aċċess reċiproku għall-ilmijiet tar-Renju Unit u għalhekk ikomplu jaqsmu l-ispazju tal-baħar Ewropew li bħalissa fih 110 OFWs, b'aktar minn 5,000 turbina tar-riħ. Skont Trattati oħra bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri, l-UE għandha r-responsabbiltà li tiżgura s-sigurtà tal-provvista u l-Istati Membri huma responsabbli biex jiddeterminaw l-istruttura tal-provvista tal-enerġija tagħhom u l-għażla tagħhom tas-sorsi tal- enerġija, filwaqt li jirrispettaw il- miri tal-UE għan-newtralità tal- klima sal-2050. Intant skont l-estimi tal- Kummissjoni, 30% tad-domanda tal-elettriku tal-UE fl-2050 se tintlaħaq mir-riħ offshore, li jikkorrispondi għal żieda mill- kapaċità attwali tar-riħ offshore ta' 12-il GW, għal mira ta' 300 GW fl- 2050 fost il-pajjiżi kollha tal-UE. Il-provvista tal-enerġija mir-riħ tista' tkun irregolari u instabbli, minħabba ċirkostanzi tat-temp li qed jinbidlu Ir-rapport ifakkar li l-possibbiltajiet għall-ħażna tal- enerġija mir-riħ għadhom limitati ħafna. Dan iwassal biex il-provvista tal-enerġija tar-riħ tkun irregolari u instabbli. Sorsi oħra ta' enerġija rinnovabbli jinkludu, teknoloġiji tal-mewġ u teknoloġiji termali, installazzjonijiet fotovoltajċi li jżommu f 'wiċċ l-ilma u l-użu ta' alka biex jipproduċu bio- fuels. Turbini tar-riħ lilhinn mix-xtut għandhom ċiklu ta' ħajja medju ta' 25 sa 30 sena - it turbini s'issa ġew dekummissjonati u r-riċiklaġġ għadu kumpless ħafna b'85% sa 90% ta' turbina tar-riħ żarmata, tiġi riċiklata "Il-monitoraġġ u l-analiżi tal- prattiki tas-sajd qabel, matul u wara l-kostruzzjoni tal-OWFs huma importanti biex jinħoloq ftehim aħjar tal-koeżistenza" Hawn fejn ir-rapport jelenka l-importanza ta' viżjoni fit-tul ibbażata fuq ekonomija ċirkolari u approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja sabiex jiġu vvalutati l-impatti fuq attivitajiet oħra, bħas-sajd u l-ekosistemi. Is-sajd għandu impatt relattivament żgħir fuq l-OFWs iżda huwa tal-akbar importanza għall-komunitajiet tas-sajd f 'ħafna Stati Membri, speċjalment għal gżejjer bħal Malta. Madwar 80% tal-bastimenti tas-sajd kollha fl-UE huma bastimenti fuq skala żgħira, bil-biċċa l-kbira huma negozji mmexxija mill-familja li jmorru lura ġenerazzjonijiet, li joperaw prinċipalment fl-ilmijiet kostali. Ir-rapport jemfasizza li l-użu tal- enerġija offshore, filwaqt li dejjem tiġi żgurata l-protezzjoni ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u attivitajiet ekonomiċi oħra, teħtieġ moniteraġġ. Fil-proposti ġie msemmi wkoll l-importanza tal-esplorazzjoni tar-riżorsi tar-riħ offshore tal-UE u l-promozzjoni ta' proġetti tal- baħar għall-enerġija rinnovabbli b'mod kompatibbli ma' użu ieħor tal-ispazju marittimu, primarjament is-sajd. Ir-rapport ifakkar li l-pedamenti tal-apparat offshore nnifsu jista' jattira animali u speċi oħra li jgħixu fil-baħar. Għalhekk, l-Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali (IHO) tirrakkomanda li jiġu evitati attivitajiet tas-sajd f 'distanza minima ta' 0.25 mili nawtiċi (463 metru) fuq kull naħa tal-apparat biex ir-riskju li jinħoloq sikka artifiċjali jkun inqas. Il-Parlament Ewropew b'rapport uniku li jidduskuti l-effetti sekondarji tal-inċentivi, leġiżlazzjoni u l-miżuri tal-enerġija ġġenerata mill-mtieħen tar-riħ fil-baħar fuq l-irziezet tal-ħut. X'jiġri meta dak li ħdimna fuqu għal snin twal sabiex intejbu l-ambjent, joħloq problemi ġodda? L-MEP Peter van Dalen

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021