Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Sittax-il pajjiż fl-Unjoni Ewropea għadu juża l-asbestos, partikolarment fil-materjal tal- bini u filwaqt li jipproduċuh jesportawh ukoll. Għalhekk il-Kumitat tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sigurtà tal-Ikel tal- Parlament Ewropew f 'rapport ta' Opinjoni, li ġie approvat b'77 vot, qed jinsisti li jkun hemm il-projbizzjoni assoluta tal-asbestos fl-UE kollha u anke l-pajjiżi li jinsabu fil-fruntiera tal-Baħar Mediterran. L-istess rapport - miktub mill- MEP Manuel Bompard - jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipprepara l-istrateġija għall-eliminazzjoni assoluta tal- asbestos u ssejjaħ għall-Istati Membri biex jadottaw azzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw tali strateġija. L-istess rapport qed jinsisiti li t-tranżizzjoni lejn UE li tkun "ħielsa" mill-asbestos jeħtieġ tkun soċjalment ġusta, tipprevjeni milli tkisser is-suq intern u tinkludi "appoġġ iffukat u adegwat" lis-sidien privati, impjegaturi u intrapriżi żgħar u medji. Ifakkar fl-importanza ta' appoġġ finanzjarju "adegwat" mill-fondi Ewropej sabiex it- tneħħija tal-asbestos issir b'mod sigur u jfakkar illi t-tneħħija sigura ta' dan l-asbestos hija konnessa direttament mal- Green Deal Ewropew. Qed ikun propost ukoll li l-ispejjeż mediċi kollha relatati mal-asbestos jitħallsu mill- impjegatur meta dan ma jiħux biżżejjed miżuri biex jipprevjeni lill-ħaddiema milli jkunu esposti għall-asbestos. Iktar studji, spetturi u bidliet proposti Ir-rapport qed jipproponi wkoll li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent twettaq aktar riċerka għall-eliminazzjoni tal- asbestos, fost oħrajn fi xmajjar u anke l-effett tiegħu fuq il-ħaxix u l-ħajja fis-selvaġġ. Ir-rapport jgħid illi Stati Membri tal-UE għandhom iżidu n-numru, frekwenza u anke l-kwalità tal- Inspectors lilhinn mill-minimu stabbilit mill-Organizzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). L-ILO tesiġi li jkun hemm spettur wieħed għal kull 10,000 ħaddiem. Ifakkar li ċerta ħaddiema huma aktar esposti għall-asbestos minn oħrajn, li allura jfisser illi inugwaljanzi ekonomiċi jiġu msaħħin - speċjalment fil-konfront ta' ħaddiema tal- kostruzzjoni. Qed jisħaq ir-rapport ta' Bompard li f 'każ ta' nirien għandha tiġi rrapportata l-preżenza ta' asbestos. Jipproponi li sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022, tiġi aġġornata d-Direttiva tal- Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol, billi tieħu għarfien tal-bidliet xjentifiċi u żviluppi tekonoloġiċi. U finalment dan ir-rapport qed jipproponi u jinsisti dwar il-bżonn ta' faċilitajiet adegwati għall-iskart li jkun fih l-asbestos, li jfakkar illi jekk ma jkunx mormi kif suppost jista' jagħmel ħafna ħsara. Ir- rapport jgħid li dan jista' jsir billi madwar l-UE jsiru ċentri ta' trattament u tneħħija ta' skart li jkun fih l-asbestos, flimkien mal-eliminazzjoni tat-tfigħ ta' asbestos f 'miżbliet. "L-UE għandha tuża l-mezzi kollha fir-riċerka u l-investiment biex tuża teknoloġiji kontra l-asbestos ... filwaqt li fil- fora internazzjonali għandha ssemma' leħinha kontra r-rimi tal-asbestos b'mod li mhuwiex sigur," jgħid ir-rapport. Fost is-77 MEP li vvotaw favur dan ir-rapport kien hemm l-MEP Malti Cyrus Engerer. 11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Hekk kif 16-il pajjiż ewropew għadhom jużaw l-asbestos issir sejħa biex dan jiġi projbit fl-UE Madwar id-dinja qed imutu 250,000 persuna fis-sena minħabba l-asbestos - b'mard bħal kanċer tal-pulmun u fis-sider. Kumitat tal-Parlament Ewropew jipproponi li l-użu tiegħu u anke r-rimi f'miżbliet, jiġu projbiti... L-asbestos .... fil-qosor! Ir-rapport tal-Parlament Ewropew ifakkar li l-asbestos jwassal għall-kanċer u huwa responsabbli għall-kanċer fil-pulmun, dak ovarjan u mesothelioma (kanċer fis-sider), fost oħrajn. Dan il-kanċer huwa kkawżat meta persuna tieħu nifs u fin-nifs iddaħħal tip ta' fibres li jinsabu fl-arja u li huma ta' periklu għas- saħħa. Xi drabi dawn idumu sa 40 sena biex saħansitra jidhru fil-ġisem. Ifakkar illi anke jekk tkun espost għal ftit asbestos, xorta tkun fir-riskju li tiżviluppa kanċer. Ifakkar ukoll illi apparti ħaddiema li jkunu esposti għall-asbestos, anke dawk li jqattgħu ħafna ħin magħhom jaf ibatu mill-konsegwenzi tal-asbestos. Jgħid saħansitra li f 'xi każi, sa anke 30 sena wara, beda ħiereġ l-effett tal-asbestos fost ir-residenti ta' madwar l-industrija jew tarzniet. Naturalment f 'persuni li jpejpu r-riskju ta' kanċer fil-pulmun huwa ogħla u għalhekk ir- rapport tal-PE qed jħeġġeġ li jsiru kampanji biex ħaddiema esposti għall-asbestos ma jpejpux. Fl-istess ħin iżda li ħaddiem li jpejjep ma għandu qatt iwassal biex ikun mċaħħad minn rikonoxximent tal-marda jew minn kumpens u trattament mediku. Ir-rapport juri tħassib dwar il-fatt li "proporzjon kbir" ta' skejjel li nbnew qabel l-2005 għad għandhom l-asbestos, bir-riskji kollha li dan ipoġġi fuq it-tfal. B'kollox, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas- Saħħa, 125 miljun persuna madwar id-dinja huma esposti għall-asbestos fuq il-post tax- xogħol u kull sena jmutu 250,000 bħala riżultat dirett tal-asbestos, bl-aktar vulnerabbli jkunu dawk li ma għandhomx aċċess għal- servizzi tas- saħħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021