Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706
20 opinjoni IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 • illum Peppi Azzopardi Peppi Azzopardi huwa ġurnalist, xandar u opinjonista "Sibt lil sieħbi qed jitgħallaq fiċ-ċella" T oni huwa l-priġunier li sab lil sieħbu qed jit- għallaq fiċ-ċella. Jumejn ilu Toni ħareġ mill-ħabs fuq bail. Toni ċempilli għax ried jiltaqa' miegħi. Ilbieraħ ġie id- dar u qalli l-istorja kollha. Toni qalli li r-raġel li għamel l-attentat ta' suwiċidju kien iddisprat u kemm-il darba qallu li ried ineħħi ħajtu b'idejh. Toni qalli li poġġewhom ġo ċella flimkien u daru diversi divisions, fosthom kienu it-tnejn f 'single room magħluqa għal 23 siegħa u jiftħulhom għal siegħa. Fiċ-ċella single room kienu mingħajr fann. Toni qalli li tant kienet sħana fiċ-ċella li sieħbu - li aktar tard għamel attentat ta' suwiċidju - tant beda jħoss sħana li ħassu ħass ħażin u intilef minn sensih. Qalli Toni: "Jien bdejt inċapċaplu fuq wiċċu u tfajtlu flixkun ilma fuqu u bdejt ngħajjat lis-Sir biex jiftaħ iċ- ċella għal ftit arja. Imma ma ridux jiftħu." U aħna hawn barra bir-raġun nagħmlu għaġeb meta jinqata' d-dawl - aħseb u ara dawn ħutna f 'dik is-sħana, ġo ċella, bla tieqa jew magħluqa, immaġinaw, joħorġuk siegħa biss f 'ġurnata, kif tkun se tiġġennen. 'Qabel ma pprova jneħħi ħajtu b'idejh talabhom bil-ħniena biex jitfgħuh f 'division fejn ikun jista' jaħdem' Għaddew xi jiem u marru jgħidulhom li se jpoġġuhom f 'division oħra. Toni qalli: "Kien hawnhekk li dan sieħbi kompla jiddispra! Beda jitlobhom biex jeħduh f 'division oħra fejn hemm ix-xogħol għax ried jaħdem. Talabhom bil-ħniena. Meta rrifjutaw u qalulu le beda jibki u beda jsabbat rasu mal-ħajt, f 'disprament" Toni li kien miegħu fiċ- ċella. Qalli li qal lil sieħbu biex joħorġu jilagħbu logħba draft fid-division. Sieħbu qallu: " Inti mur, imma jien se noqgħod fiċ-ċella għall- kwiet." Toni ikompli jirrakkonta: "Jien tlaqt u fil-ħamsa erġajt mort lura fiċ-ċella - ittawwalt mit- toqba tal-bieb taċ-ċella u ma rajtux. Dħalt fiċ-ċella u sibtu qed jitgħallaq - kważi mejjet." Li kompla jirrrakonta mhux xieraq li nkompli nirrakontah hawnhekk. Dan ir-raġel - li ftit jiem ilu għamel attentat ta suwiċidju - żmien ilu kien diġà weħel il-ħabs. Kien daħal fuq drogi u kienu żammewh maqful għal 23 siegħa kuljum, għal aktar minn 15-il jum. Dak iż-żmien kienet kellmitni ommu biex tgħidli li binha tant hu ddisprat il-ħabs li kien qed jgħid u jagħmel atti ta' suwiċidju (dak li kienet qaltli ommu qed ngħidu bil-permess tagħha). Nistaqsi: Allura issa, meta dan il-ġuvni reġa' daħal il-ħabs ma kellhomx records ta' meta kien il-ħabs u b'dak li kien qed jgħid u jagħmel u allura li kien ċar li kellu f 'moħħu li jagħmel suwiċidju? Mat-Times ħarġu jwieġbu lili u qalu li dan ir-raġel li għamel attentat ta' suwiċidju ma kienx fuq 'suicide watch' għax il- Psikjatri li rawh erbat'ijiem qabel ma sabuhx fil-periklu. Imbaghad it-Times staqsiethom: Allura meta kien diġà daħal il- ħabs snin ilu, veru kien diġà qed jgħid li jrid ineħħi ħajtu b'idejh? It-tmexxija tal-ħabs twieġeb: "Ma nistgħux ngħidulkom minħabba id-data protection" Araw kif jinqabdu fil-gideb tagħhom stess! Mela x'qalu l-Psikjatri li rawh erbat ijiem qabel għamel l-attentat ta' suwiċidju qaluh lit-Times - bla problema ta' data protection - imma x'jgħidu ir-records ta' meta kien daħal il-ħabs, żmien qabel, qalu li ma jistgħux jgħidu minħabba id- data protection! Kellimt lil ommu u ma tistgħux tifhmu minn xhiex għaddejja. Sibt il-messaġġi tagħha li kienet tibgħatli fuq binha fil-ħabs. Fit- 8 ta' Frar ta' sentejn ilu kien hemm id- direttur tal-ħabs live f ' Xarabank u ommu kienet bagħtitli messaġġ hekk kif beda Xarabank tghidli: "Għidlu llejla Pepp fuq il-ġrieden li hemm fis-6. Għidlu tliet ġrieden jilagħbu magħhom f 'Division 6." Ma ninsewx li dan kollu fid- dawl tal-fatt li Malta għandha l-ogħla rata ta' suwiċidji mill- ħabsijiet kollha fl-Ewropa.