Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 • illum aħbarijiet Nies bil-Fibromyalgia u l-ME qed jiffaċċjaw problema jeżerċitaw id-dritt ta' moviment ħieles madwar l-UE Rapport ta' Alex Agius Saliba approvat mill-Kumitat tal-petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew jisħaq favur armonizzazzjoni tal-istatus ta' diżabilità madwar l-UE biex il-moviment ħieles ta' persuni kollha b'diżabilità madwar il-kontinent ikun iffaċilitat ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Sfortunatament għad ma hemmx - sa issa - rikonoxximent tal- istatus ta' diżabilità bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li qed tagħmilha aktar diffiċli biex persuna b'diżabilità tkun tista' tgawdi mid-dritt ta' moviment ħieles bl-iktar mod iffaċilitat. Għalhekk rapport mill-MEP Malti Alex Agius Saliba qed jisħaq u jappella lill-Istati Membri kollha biex jirrikonoxxu l-istatus ta' diżabilità mogħti minn stat membru ieħor, sabiex b'hekk tkun massimizzata l-mobilità tax-xogħol u l-benefiċċji relatati ma' kundizzjonijiet ta' servizz. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM Alex Aguis Saliba jagħti żewġ eżempji ta' dawk li qed jiġu affetwati b'mod ħażin minn dan in-nuqqas ta' armonizzazzjoni: Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia u anke dawk li jbatu mill-Chronic Fatigue Syndrome (ME). Huwa jispjega illi minkejja li f 'Malta u f 'ħafna pajjiżi oħrajn tal-UE dawn għandhom status ta' persuna b'diżabilità, f 'ċerti pajjiżi oħrajn tal-UE dan l-istatus jaqa' - għax dawn il-kundizzjonijiet mhumiex meqjusin bħala diżabilità. "Din hija l-akbar problema ta' persuni b'diżabilità u dan ir-rapport - 'Dra Report on the Protection of Persons with Disabilities through Petitions: Lessons Learnt' - huwa mibni proprju fuq drittijiet mibnijin u msemmijin fil- Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda u fuq numru ta' petizzjonijiet matul is-snin li telgħu quddiem il- Parlament Ewropew," sostna Aguis Saliba. Agius Saliba qal li l-unika strument li jaċċerta xi ħaġa simili hija l-Karta ta' Diżabilità li ssemmiet fl-Istrateġija għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. Huwa jgħid i l l i l-proposta t a l - K u m m i s s a r j u Ewropew Helena Dalli li din il-card tkun obbligatorja għall- pajjiżi kollha tal-UE "huwa pass 'il quddiem" imma jisħaq li mhuwiex biżżejjed. Mal-ILLUM Agius Saliba jfakkar li din il-card mhux se tagħti definizzjoni armonizzata ta' diżabilità, xi ħaġa li jgħid illi hija faċli li ssir u li diġà ġiet proposta mill-European Disability Forum. Ir-rapport jinnota kif madwar 25% taċ-ċittadini Ewropej ibatu minn xi forma ta' diżabilità u jgħid li anke l-UE innifisha tgawdi minn status ta' diżabilità armonizzat minflok is-sistema preżenti ta' regoli u definizzjonijiet differenti għal pajjiżi differenti. Ir-rapport juri tħassib għall-fatt li l-aċċessibilità u l-aċċess f 'ambjent mibni ma kienx inkluż fl-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità, filwaqt iżda li tfaħħar l-inizjattiva tal-istess Kummissjoni għal Pjan ta' Azzjoni għall-Aċċessibilità Onlajn. Ir-rapport iħeġġeġ lill-entitajiet tal-UE biex jassiguraw illi l-websites kollha tagħhom huma aċċessibbli għal kulħadd, inkluż dawk bi bżonnijiet speċjali. B'mod iktar ġenerali r-rapport jisħaq li persuni b'diżabilità jeħtieġ ikunu parti mit-trasformazzjoni diġitali. 1% tal-petizzjonijiet quddiem il- PE kienu minn persuni b'diżabilità Ir-rapport tal-MEP Agius Saliba jgħid illi 1% tal-petizzjonijiet li waslu quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew (PE) kienu ġejjin minn nies b'diżabilità b'diversi kwistjonijiet fosthom nuqqas ta' aċċess fit-trasport pubbliku, trattament ugwali u anke fuq kwistjonijiet ta' awtonomija. Fil-fatt fit-tmiem tiegħu r-rapport jelenka l-petizzjonijiet kollha li resqu quddiem il-PE, fosthom il-qagħda prekarja tas-sitwazzjoni għal persuni b'diżabilità fl-Ungerija (2015), fuq kif il-GDPR tista' taffetwa l-aċċess għall-internet għal persuni b'diżabilità (2018) u fuq il-bżonn ta' akkomodazzjoni aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u dawk bi problemi ta' mobilità (2020). Ir-rapport ifakkar kif il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Anti-Discrimination Directive għadha ma kisbitx il- kunsens tal-Kunsill Ewropew (mill-Istati Membri, jiġifieri). Fir-risposta Parlamentari tagħha fi Frar ta' din is-sena l-Kummissarju Ewropew għall- Ugwaljanza Helena Dalli sostniet illi l-Kummissjoni qed tkompli bit-tentattivi tagħha biex tasal fi ehim f 'dawn in-negozjati. Fir-risposta tagħha lill-MEPs hija qalet illi l-Pjan tal-UE kontra r-Razziżmu (2020 - 2025) U L-Istrateġija għall-Ugwaljanza LGBTIQ (2020 - 2025(4), it-tnejn jappellaw lill-Kunsill biex jadottaw tali proposta. Ir-rapport ta' Agius jgħid illi diversi petizzjonijiet li saru fl- aħħar żmien juru wkoll kemm il-pandemija Covid-19 iggravat il-ksur ta' drittijiet tal-bniedem fil- konfront ta' persuni b'diżabilità. Agius Saliba u l-MEPs l-oħrajn fil-Kumitat sejħu lill-Kummissjoni Ewropea biex twaqqaf Aġenzija Ewropea għall-Aċċessibilità, li tkun responsabbli għall- iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet fuq l-aċċessibilità f 'leġiżlazzjoni u politika tal-UE u biex tqajjem aktar għarfien dwar l-importanza ta' aċċessibilità. Fil-fatt l-għanijiet ta' dan ir- rapport jistgħu jinqasmu fi tlieta: Il- bżonn ta' aktar għarfien, il-bżonn li l-Unjoni Ewropea tassigura li l-Liġijiet qed jiġu mħarsa u finalment li l-Kummissjoni ttejjeb liġijiet eżistenti fejn dawn mhumiex adegwati. Dan ir-rapport ġie approvat b'31 vot favur u tliet astensjonijiet. Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Alex Agius Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021