Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 Carmel Bonnici Il-gwerer tal-Imperu Brittaniku fiċ-ċinema (1) (...ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Matul il-milja taż-żmien nibtu bosta imperi qawwija bhall-Imperu Grieg ta' żmien Alessandru l-Kbir, l-Imperu Ruman, qawwi u mxerred li l-waqa' tiegħu ma kinitx l-aktar minn xi konkwistaturi barranin iżda minn diżordni u kaos minn ġewwa stess, l-Imperu Ottoman jew Tork u imperi oħra ta' dimensjoni iżgħar. Dawn kollha ntrebħu bi gwerer imdemmija u massakri ħorox. Jiżboq lil dawn kollha nsibu lill-Imperu Brittaniku li, minkejja xi gwerer ma ntrebaħx bil-ġlied. L-Imperu Brittaniku kien l-aktar wieħed estensiv fl-istorja tad-dinja u għal xi żmien kien il-qawwa globali ewlenija. Kien il-prodott ta' żmien Ewropew ta' skoperta, li beda bl-esplorazzjoni tal-ibħra mill-Portugal u Spanja lejn l-aħħar snin tas-seklu ħmistax. Sal-1921, l-Imperu Brittaniku kien jaħkem fuq popolazzjoni ta' bejn 470 u 570 miljun ruħ, kważi kwart mill-popolazzjoni tad-dinja ta' dak iż-żmien. Kien ikopri mas-37 miljun kilometru kwadru, kważi wkoll kwart mill-art tad-dinja. Għalkemm issa sar il- Commonwealth tan-Nazzjonijiet, l-influwenza Brittanika baqgħet qawwija mad-dinja, fil-prattika ekonomika, sistemi legali u governattivi, sports u l-aktar fil- lingwa Ingliża nniffisha. Għal xi żmien, l-Imperu Brittaniku kienu jirreferu għalih bħala "l-Imperu li fuqu x-xemx qatt ma tinżel", frażi li qabel kienet tiddeskrivi l-Imperu Spanjol u wara, l-influwenza Amerikana fid- dinja. Ir-raġuni hi li dan l-imperu kien tant imferrex matul il-globu li f 'xi post taħt il-ħakma tiegħu jew f 'xi wieħed mill-kolonji tiegħu dejjem kien taħt ir-raġġi sħan tax- xemx. Fuq naħa waħda, l-Brittaniċi żviluppaw sens tad-destin tagħhom stess u responsabilita' morali, għax kienu konxji li s-suġġetti (nies) tal-kolonji tagħhom kellhom bżonn minn jiggwidahom u li l-liġi Brittanika kienet opposta għall-anarkija u kaos. Is-sistema edukattiva Brittanika kienet ixxerred u tinkorpora l-bżonn ta' dawn il-valuri, bħal liberta', dinjita' umana, l-ugwaljanza anki meta dawk li tgħallmu spiss kienu josservaw li s-sidien kolonjali tagħhom ma jipprattikawx dak li jgħallmu. Negattivament, in-nies u r-riżorsi kienu sfruttati għall- avvanz tal-Brittanja u aktar iva milli le, à spejjeż tal-artijiet barranin tagħha. Ħafna Brittaniċi kienu tal-fehma li din is-supremazija tagħhom kienet xi parti minn xi pjan divin. Kull min jaħseb li l-istorja mhijiex biss serje ta' inċidenti, jista' jara l-id t'Alla wara l-waqfien tal-imperu minkejja li l-biża' ta' sistema mperjali mposta fuq ċittadini kontra qalbhom ħalliet ukoll legat kulturali, letterarju, legali u politiku li għaqdet flimkien nies ta' reliġjonijiet u razez differenti. L-isem "Imperu Brittaniku" kien spiss jintuża wara s-sena 1685. L-oriġini tal-Imperu Brittaniku bħala espansjoni territorjali "l barra mix-xtut Ewropej hu kreddtu għall- politika marittima tar-Re Enriku VII li rrenja mill-1485 sal-1509. Kien hu li stabbilixxa s-sistema tal-flotta merkantili marittima li tat spinta tal-bini ta' bastimenti Ingliżi. L-Imperu Brittaniku baqa' sod sal-1947, wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Ħafna mill-pajjiżi taħt il-ħakma ta' dan l-imperu bdew jitolbu l-indipendenza. Wara, kważi kollha saru parti mill-British Commonwealth. Naturalment, issuċċedew bosta gwerer li wkoll sabu ruħhom fuq il-liżar taċ-ċinema. Xi wħud imporatanti minnhom huma dawn: Fl-Afrika Films li wrew kombattimenti u rewwixti fl-Afrika huma, Zulu, e Four Feathers, Khartoum, Sundown, Rhodes Of Africa, Zulu Dawn, Storm Over e Nile, Simba Safari u Something Of Value u dak li wera veduti kontra l-Brittaniċi Ohn Kruger, film Germaniż tal- 1941 dwar il-gwerra mal-Boeri fl- Afrika tas-Sud. Il-konflitt fis-Sudan tas-snin 1890 ispira lill-awtur A. E. W. Mason jikteb in-novella klassika tiegħu tal-1902, e Four Feathers. Uffiċjal Ingliż meta jsir jaf li r-riġment tiegħu se jmur is-Sudan biex iwaqqaf rewwixta mmexxija mill-Mahdi (kap Għarbi), jirriżenja mis-servizz. It-tliet iħbieb tiegħu, ukoll suldati, jibgħatulu rixa bajda, jiġifieri li hu beżżiegħi u anki l-għarusa tiegħu tagħmel l-istess. Missieru, li hu Ġeneral, ma jkunx irid jaf bih. Wara li r-riġment ikun ingaġġat fil-ġlied, hu jitlaq waħdu lejn is-Sudan, jinbidel u jilbes ta' Gharbi bit-turban u b'erojiżmu sfiq isalva lil sħabu fl-eqqel tal-battalja, għalkemm wieħed minnhom ikun għama bix-xemx. Fl-aħħar jerġa' jirbaħ l-imħabba ta' Ethne, l-għarusa tiegħu. Dan ix-xogħol inħadem bosta drabi għaċ-ċinema sa mill-1915. L-aħjar versjoni kienet dik tal- 1939 bl-attur John Clements; oħrajn kienu ħarġu fl-1977, oriġinaljament għat-TV, bl-attur Robert Powell u fl-2003 bil-mibki attur Awstraljan Heath Ledger. Fl- 1955 inħadem bl-isem Storm Over e Nile bil-protaginist Anthony Stee Ikompli nhar il-Ħadd li ġej ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021