Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 • illum 'L-istudenti ma ġewx għal student, 1,200 ħadu l-vouchers' Alan Borg YENDRICK CIOFFI L-istaġun tat-turiżmu jinsab fl-aqwa tiegħu, anke jekk ma għandu x'jaqsam xejn ma' dak li Malta kienet drat bih. Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal- Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo biex tipprova tiem aħjar l-andament ta' dan is-settur li qala' l-akbar daqqa bil- pandemija u anke tistaqsih il-mistoqsijiet li qed jagħmlu bosta, fosthom għaliex tajna €300 lil żgħażagħ mhux imlaqqma biex jiġu Malta jistudjaw l-Ingliż. Nibdew pass pass. L-ILLUM tistaqsi lill- Ministru dwar l-andament tat-turiżmu u jekk Malta hux qed tilħaq l-aspetattivi li kellha. Wieġeb minnufih li n-numri huma 'l bogħod ħafna minn dawk tal-2019 u li "massa ta' turisti ma hawnx," iżda insista li s-sitwazzjoni hija aħjar minn tas-sena li għaddiet, meta l-pajjiż kien reġa' beda jaħseb biex jagħlaq. "Għamilna avvanz kbir fejn jidħol it-tilqim. Dak qed jagħmilna attraenti għal nies li qed ifittxu btala f 'pajjiż sigur. Il-fatt li għandna 85% tal-popolazzjoni li hija mlaqqma u qed jiġu biss turisti bil-vaċċin, żgur li qed tagħmilna destinazzjoni attraenti," insista. Madanakollu, il-Ministru, għal aktar minn darba, tkellem fuq l-imporanza tal-bilanċ bejn dak li għandu bżonn is-settur tat-turiżmu u s-saħħa pubblika. "L-akbar differenza mis-sena l-oħra huwa l-vaċċin u l-fatt li ġejjin biss turisti imlaqqma. Il-wasliet qed ikomplu jinbnew b'mod sostenibbli u mingħajr skossi. Kien hemm min qalilna li hija restrinġenti żżejjed imma ridna naraw li ma nitilfux is-sagrifiċċji kollha li għamilna fl-istess waqt li s-settur tat- turiżmu jibqa' jinbena," insista. 'It-turist irid jiġi Malta ... aktar milli tħassru, il-bookings ġew posposti' Iżda l-ILLUM tistaqsih mill-ġdid jekk hux qed nilħqu l-aspetattivi li kellu l-pajjiż, bil- Ministru jammetti li dakinhar li tħabbar li Malta se taċċetta biss turisti mlaqqma, "in- numri qalgħu daqqa ta' ħarta" u kien "xokk." "Kienet l-aktar ġurnata li bħala pajjiż rajna kanċellazzjonijiet. Madanakollu rriklamajna lil pajjiżna bħala destinazzjoni sigura u fi żmien ġimagħtejn in-numri reġgħu bdew telgħin u issa qed jistabilizzaw. Is-sena l-oħra, f 'Awwissu, konnha bdejna nagħlqu. Din is- sena qed naraw li nkomplu niħu b'mod sostenibbli, responsabbli u gradwali," kompla jisħaq il-Ministru. Insista li minkejja kollox, ix-xewqa li t-turist jiġi Malta għadha hemm għax fi kliemu, aktar milli tħassru, il-bookings ġew posposti. "Kellek turisti li kienu jafu li waslu biex jieħdu t-tilqima u pposponew. Jekk nieħdu s-suq Daniż, meta tħabbret il-miżura tal- vaċċin kellna numru ta' kanċellazzjonijiet. Issa reġgħu żdiedu u qed nilħqu n-numri li kellna qabel," spjega. Kien hawn li saħaq li fejn jidħol in-numru ta' turisti, meta tqabbilhom mal-prospetti, il-pajjiż qed "jibni tajjeb biex l-irkupru jkun sostenibbli u fit-tul." 'Bħal dan iż-żmien sena t-turisti bdew jonqsu ... illum qed jiżdiedu' L-ILLUM tfakkar lill-Ministru li x-xahar li għadda, għaddew mill- Ajruport 311,692 turist, jiġifieri rkupru ta' 39% tat-traffiku rreġistrat f 'Lulju 2019. Madanakollu, ir-rata medja ta' rkupru f 'ajruporti fin-Nofsinhar tal-Ewropa kienet ta' 57%. La hemm daqshekk interess mit-turisti, għaliex għadna lura ħdejn ħaddieħor? Il-Ministru beda jfakkar li Malta qed taċċetta persuni mlaqqma biss u allura hemm persuni li għadhom ma jistgħux jiġu Malta għax f 'pajjiżhom it-tilqim għadu lura u għalhekk se jmorru f 'pajjiżi oħra li xorta jaċċettawhom. "Imma qed ninnutaw li dawk il-pajjiżi li ma għandhomx dan ir-rekwiżit ta' Malta, f 'xi mument jew ieħor qed ikollhom iżidu r-restrizzjonijiet. Aħna mhux nagħmlu dan, anzi qed naraw li nkomplu miexja 'l quddiem b'mod sostenibbli," saħaq. "Bħal dan iż-żmien sena, jekk tħares lejn in-numri, mit-tieni ġimgħa ta' Awwissu, it-turisti bdew jonqsu. Sa issa, dis-sena għadna telgħin." 'Irridu nikkunsidraw aspetti oħra ... fosthom il-ftuħ tal-iskejjel' Kien hawn li l-Ministru Bartolo enfasizza fuq l-importanza ta' rkupru kawt anke għax, fi kliemu, wieħed irid jikkunsidra aspetti oħra, fosthom il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel. "Ma nistgħux nieħdu deċiżjonijiet li huma tajbin fl-immedjat imma ma jagħmlux sens fix-xhur li ġejjin," saħaq. 'Aħjar morna pass lura u issa għadna niftħu' Komplejna dwar il-fatt li Malta qed taċċetta biss turisti mlaqqma. L-ILLUM tistaqsih għaliex din il-miżura ma ddaħħlitx mill- ewwel u anke jekk il-fatt li daħħalniha f 'salt, f 'nofs sajf, bagħtitx il-messaġġ li Malta tinsab f 'paniku u ma tafx x'qed tagħmel. Il-Ministru beda jispjega li dan ir-rekwiżit ma setax jiddaħħal mill-bidu għax kien hemm qbil fuq livell Ewropew li l-pajjiżi jaċċettaw turisti bil-vaċċin jew inkella li jkunu għamlu test għall-Covid-19. Madanakollu insista li meta Malta rat li s-sistema mhux taħdem, kellha l-kuraġġ tieqaf u ddaħħal din il-miżura. "Wasalna għall-konklużjoni li aħjar immorru pass lura u nibqgħu niħu milli niġu f 'sitwazzjoni li jkollna nerġgħu nibdew nagħlqu," saħaq Bartolo. "Dejjem ħarisna fit- tul biex l-irkupru jkun wieħed sostenibbli." L-ILLUM tfakkru kif minkejja li l-intenzjoni kienet waħda tajba, din id-deċiżjoni li ttieħdet f 'salt wasslet għal ħafna tgerfix u inċertezzi, anke minn Maltin li nqabdu barra għax kienu laħqu siefru. "Il-ħin f 'pandemija huwa kontrik. Minn ġurnata għall-oħra jkollok tieħu deċiżjonijiet, anke jekk ikunu straordinarji. Mhux qed nibżgħu niddeċiedu, anke jekk ikun hemm ċertu kritika fl-immedjat, id-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq ix-xjenza. Dan qed narawh biċ-ċar. It-turiżmu għaddej u l-pandemija taħt kontroll. Iż-żmien urina li kellna raġun." wieġeb minnufih. Insista kif filwaqt li jiem il-kritika, anke minn persuni li nqabdu barra, jistenna li l-poplu jiem li s-settur tat-turiżmu ilu jsofri 18-il xahar u ma jistax jibqa' magħluq u l-pajjiż irid jaddatta għas-sitwazzjoni. 'L-istudenti ma kinux ġejjin għat-€300' L-ILLUM ma setgħetx ma tistaqsix lil Bartolo dwar l-istudenti tal-Ingliż u l-famużi €300. Tistaqsih jekk illum jiddispjaċihx li ħadem biex jattira żgħażagħ li fil-bqija tal- pajjiżi Ewropej, huwa ċar li ħafna minnhom għadhom mhux imlaqqma. Mhux lgħabna man-nar? Il-Ministru beda jisħaq li Malta ma setgħetx tiddiskrimina bejn żagħżugħ Taljan ta' 20 sena li kien ġej b'Malta b'test negattiv tal-Covid-19 għal btala u żagħżugħ ieħor Taljan ta' 20 sena, li wkoll kien ġej b'test imma biex jitgħallem l-Ingliż. Iżda l-ILLUM tfakkru li Malta kienet saħansitra qed tinċentiva lil dawn iż-żgħażagħ jiġu biex toffrilhom €300 x'jonfqu. Il-Ministru beda jispjega li sa qabel ħarġet l-iskema diġà kien hemm ħafna studenti li kienu bbukkjaw biex jiġu Malta u l-iskema kienet tgħodd biss għal dawk li kienu għadhom se jibbukjaw. "Mill-1 ta' Ġunju sal-14 ta' Lulju ġew madwar 18,000 student. Ftit aktar minn 1,200 student ħadu l-iskema tal-vouchers. L-istudenti kienu ġejjin irrispettivament mill- iskema," insista. 'L-iskejjel tal-Ingliż huma importanti' Apparti minn hekk saħaq li din l-industrija tal-iskejjel tal-Ingliż ma tistax tingħata l-ġenb. "Sa qabel il-pandemija, it-tielet l-akbar skola tal-Ingliż fid-dinja kienet waħda Maltija. Dan huwa settur li miegħu jgawdu ħafna l-lukandi ta' tliet stilel, familji li jilqgħu l-istudenti, l-għalliema u oħrajn," kompla l-Ministru. "Dan wieħed mis-setturi tat- turiżmu u ma għandek qatt tipponta s-swaba lejn settur u mhux ieħor." Insista li fil-pandemija ħadd ma jista' jbassar x'se jiġri iżda l-Gvern qed jipprova jieħu dawk id-deċiżjonijiet li huma fl-aħjar interess ta' kulħadd. "Kull deċiżjoni u skema li hemm fil-pjan ta' rkupru, hija intiża biex tgħin lis-settur kollu kemm hu. Ħarġu skemi u fadal skemi Kif inhu l-andament tat-turiżmu? Ġej turist ta' kwalità? Ma stajnix bdejna mill-bidu naċċettaw turisti mlaqqma? Għaliex inċentivajna studenti mhux imlaqqma jiġu Malta? L-attivitajiet tal-massa ma għadhomx importanti għat- turiżmu? Malta attirat linji tal-ajru ġodda? L-ILLUM tistaqsi lill-Ministru Clayton Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021