Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 għal €300 ... minn 18,000 l-vouchers' Il-Ministru għat- Turiżmu Clayton Bartolo x'joħorġu biex naraw li s-settur kollu jieħu l-imbutattura," kompla jispjega. 'Ottimiżmu kawt għax-xitwa' Ninsabu fl-aqwa tas-sajf, imma daqt jgħaddi wkoll. Xi prospetti hemm għall- futur? Ġejja xi xitwa kwieta? Beda jisħaq li x-xhur tax-xitwa, għat- turiżmu, dejjem ikunu iebsa tant li qabel il- pandemija, il-Gvern ħadem biex kemm jista' jkun it-turist jiġi s-sena kollha. "Ġaladarba kważi qed nibnu mill-ġdid dan is-settur, din l-isfida se terġa' tkun magħna. L-isforzi tagħna huma biex insaħħu l-konnettività anke fix-xhur tax-xitwa u nsaħħu l-interess anke f 'dawn ix-xhur," saħaq il-Ministru. Insista li anke jekk ix-xogħol x'aktarx li jkun kajman, saħaq li qed iħares lejn ix-xhur li ġejjin "b'ottimiżmu kawt," anke għax bi skemi eżistenti u oħrajn li se jitħabbru, "il-Gvern se jkun qed jassigura li r-rota tkompli ddur." 'Malta trid tkun żona turistika waħda' Fl-aħħar ġimgħat l-ILLUM tkellmet ma' diversi sidien ta' ristoranti u anke ma' uffiċjali f 'lukandi li saħqu li t-turist li qed jiġi mhux wieħed ta' kwalità u mhux qed jonfoq daqs qabel. L-ILLUM tkellmet mal-Ministru dwar dan u staqsietu x'hemm bżonn isir biex Malta terġa' tattira dan it-turist. Il-Ministru ma qabilx magħna. "It-turist li hawn ilu ma jsiefer u qed naraw li l-lukandi ta' erba' u ħames stilel qed ikollhom għadd ta' bookings li huwa inkoraġġanti. Naħseb li hawn turist tajjeb." Iżda qal ukoll li f 'dan l-istadju, Malta ma tistax tkun selettiva. Fakkar imbagħad li hemm l-Istrateġija għat-Turiżmu għall- għaxar snin li ġejjin li tħares lejn kif Malta se tgħolli l-kwalità tat-turist li jiġi Malta. "Fl-immedjat irridu ntejbu l-kwalità tal- esperjenza. Ġie min ġie u jekk marx jiekol pizza jew marx jiekol fl-aqwa ristorant, irid ikollu valur għal flusu u jkollu l-kwalità għal dak li qed iħallas. Irridu noffru esperjenza ta' kwalità, li titlaq mill-prodott sal-ambjent tal- madwar," saħaq. Fakkar li fl-aħħar 12-il xahar il-Gvern ħabbar investimenti li jlaħħqu aktar minn €12-il miljun fl-infrastruttura turistika. Kompla jfakkar li dan l-investiment jitlaq mill-Mellieħa, ix-Xemxija, Buġibba, San Pawl il-Baħar, Birkirkara, Ħal Lija, in-Naxxar, San Ġiljan, Paceville, Marsaxlokk, il-Birgu u saħansitra Birżebbuġa. "Dawn huma kollha elementi tat-turiżmu, inkluż dak domestiku li waqt il-pandemija rajna kemm hu importanti. Malta rridu li tiġi żona turistika waħda biex it-turist jinfirex anke fil-villaġġi żgħar. Dan jgħin ukoll lin- negozji żgħar tal-familja," kompla jispjega l-Ministru. Nuqqas ta' ħaddiema fit-turiżmu. X'se nagħmlu? Qlibna d-diskors biex nitkellmu wkoll fuq l-isfida li l-gazzetta ILLUM kitbet ħafna dwarha, jiġifieri n-nuqqas ta' ħaddiema fis- settur tat-turiżmu. L-ILLUM tistaqsih kif se jkunu attirati aktar ħaddiema Maltin f 'dan is-settur, anke għax kif rajna, ma nistgħux nibqgħu niddependu biss mill-ħaddiem barrani. Il-Ministru Bartolo wkoll ikkonferma li din hija sfida li trid tiġi indirizata. "Jekk hemm persuna li jiem l-isfidi għall- ħaddiema f 'dan is-settur huwa jien għax fil-familja kellna r-ristoranti u naf x'jiġifieri taħdem is-Sibt u l-Ħadd, fil-Milied jew fl- Għid," beda jisħaq. "Niem is-sagrifiċċji imma hemm ukoll sodisfazzjon." Spjega kif il-problema ġejja minn żewġ fatturi, jiġifieri l-ħaddiema barranin li telqu u oħrajn li ma setgħux jiġu jaħdmu għax ma ħadux il-vaċċin u anke ħaddiema Maltin li telqu mis-settur f 'nofs il-pandemija, sabu xogħol ieħor u issa mhux se jmorru lura għax għandhom pagi aħjar. "Hemm element li it qed insemmuh. Hemm żgħażagħ li ma għadhomx ifittxu dan is-settur bħala part time fis-sajf. Ħafna studenti tal-Università qed jingħataw impjieg fis-sajf fis-settur li jkunu qed jistudjaw dwaru," kompla jisħaq. Kien hawn li għamel mill-ġdid referenza għall-Istrateġija tat-Turiżmu u semma l-introduzzjoni ta' "Skill Cards" li jirrikonoxxu lill-ħaddiema għax-xogħol u l-ħiliet. Fi kliemu, dan se jgħin lill-ħaddiem biex ikun sodisfatt b'dak li qed jagħmel u anke biex jogħlew il-pagi, mhux għax jordna dan il-Gvern, imma għax is-servizz mogħti jkun aqwa. "Jekk dan iseħħ, mill-ġdid se jkollok studenti li jħarsu lejn din l-industrija bħala karriera u mhux bħala part-time għas-sajf," kompla jisħaq. '...aħjar milli ngħaġġlu u nitilfu s-sagrifiċċji' Tkellimna wkoll dwar l-attivitajiet, partikolarment dawk tal-massa li kienu qed jattiraw lejn pajjiżna ħafna turisti wkoll. L-ILLUM tistaqsi lill-Ministru jekk jaqbilx li dawn jibqgħu pprojbiti, issa li Malta għandna rata ta' tilqim eċċellenti. Fakkarnih li l-Gvern Ingliż fetaħ kollox u l-pandemija baqgħet taħt kontroll. Il-Ministru saħaq li jiem lill-artisti u lil dawk kollha involuti fl-industrija iżda reġa' tenna dwar l-importanza fuq il-bilanċ u li r-restrizzjonijiet jitneħħew gradwalment. "Inħares 'il quddiem li nkomplu nnaqqsu r-restrizzjonijiet mingħajr impatt fuq il- kontroll tal-pandemija. Deċiżjoni teħodha meta tħares lejn l-istampa kollha kemm hi. Huwa aktar għaqli li nkomplu mexjin bil- pass li mexjin bih, milli ngħaġġlu ħafna u nipperikolaw is-sagrifiċċji kollha li għamilna," kompla jisħaq. 'Aktar linji tal-ajru se joperaw minn Malta' Fl-aħħarnett tkellimna dwar il-konnettività bl-ajru u jekk Malta rnexxilhiex tirkupra aktar rotot li tilfet fil-pandemija, għax ngħiduha kif inhi, għal gżira bħal Malta, il-konnettività hija kollox. Il-Ministru Bartolo insista li Malta diġà rkuprat aktar minn 75% tal-konnettività li kellha fl-2019 u l-Ministeru determinat li jkompli jaħdem fuqha. Fakkar kif f 'pandemija, għall-ewwel darba, Malta rnexxielha tistabilixxi konnettività diretta bejn l-Amerka u Malta biex turisti Amerikani jiġu jaqbdu cruiseliners minn Malta. Insista li minn dawn it-turisti, ħafna minnhom qed jibbukjaw biex iqattgħu wkoll it jiem f 'Malta qabel jerġgħu jirritornaw f 'pajjiżhom. "Irridu nestendu r-rotot li għandna eżistenti u nattiraw mill-ġdid linji tal-ajru li waqqfu t-titjiriet lejn Malta fil-pandemija," kompla l-Ministru. Fakkar li hekk ġara fil- każ tal-Emirates, li reġgħet bdiet topera minn Malta u hemm linji oħra (anke jekk ma kienx f 'pożizzjoni jiżvela isimhom) li fi kliemu, se jagħmlu l-istess fix-xhur li ġejjin. Fakkar ukoll li Malta għadha rotot ġodda, fosthom Korfu, Brindisi, Tel Aviv u Lisbona, inkluż għax-xhur tax-xitwa. "Għalkemm is-sitwazzjoni għadha fluwida, qed jirnexxilna nkomplu nattiraw aktar turisti u se nkomplu ntejbu l-konnettività," temm jisħaq Bartolo.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021