Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 • illum Min iqisu ħabib u min spiċċa f'butu … il-politiċi u r-rabtiet tagħhom ma' Yorgen Fenech Kull ġimgħa nisimgħu b'xi aħbar ġdida dwar xi rabta jew xi ħbiberija bejn xi politiku u Yorgen Fenech, daqqa minn xi xhieda u daqqa minn xi Whatsapp chat li tispiċċa għand il-midja. Min kienu l-politiċi li spiċċaw fl-inkwiet minħabba Fenech? L-ILLUM tagħti ħarsa lura lejn dak żvelat YENDRICK CIOFFI Yorgen Fenech. Kien hawn min kien jaf min hu (milli jidher b'mod partikolari nies fil-politika) iżda oħrajn it li xejn kienu semgħu dwaru. Madanakollu, minn sentejn ilu 'l hawn sar wieħed mill-aktar persuni popolari f 'Malta, anke jekk għar-raġunijiet il-ħżiena. Fenech huwa akkużat bħala l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia iżda apparti hekk huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black, il-kumpanija li kellha tgħaddi flus lill-kumpaniji fil-Panama tal-eks Ministru Konrad Mizzi u tal-eks Chief of Staff Keith Schembri. Inċidentalment, huwa wkoll parti mill-konsorzju GEM Holdings, liema konsorzju huwa sid ta' 33% tal-ishma fl- Electrogas, il-kumpanija li tmexxi l-powerstation ta' Delimara, il- proposta ewlenija li kellu l-Partit Laburista fl-2013, meta għamel rebħa elettorali storika. Fl-aħħar xhur, kemm ilu arrestat, ma waqafnix nisimgħu dwaru u kemm kien viċin persuni fil-poter, mhux biss fil-Gvern, iżda saħansitra viċin uffiċjali tal- Pulizija li kienu responsabbli mill- investigazzjoni tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Anke jekk għadu ma nstabx ħati, isem Yorgen Fenech niżel fil-baxx u mhux talli niżel hu talli niżżel miegħu lil dawk li għax rawh mimli miljuni, ma tantx qagħdu lura milli jilgħaquh. F'dan l-artiklu, il- gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn dawn ir-rabtiet bejn persuni prominenti u fil-poter, ir-rigali li qalgħu mingħandu, il-familjarità bejniethom u kif irnexxielu jdaħħal uħud minnhom f 'butu sakemm spiċċaw għerqu miegħu. 'Ix-xiħ' li qala' l-Petrus u l-Bvlgari Ma nistgħux ma nibdewx bl-eks Prim Ministru Joseph Muscat li kien sfurzat jirriżenja it ġimgħat biss wara l-arrest ta' Yorgen Fenech. Madanakollu, ħafna affarijiet dwar il-ħbiberija u l-familjarità bejn Fenech u Muscat sirna nafuhom biss wara li dan tal- aħħar irriżenja. Tul il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, bis-saħħa tar-recordings li żamm Melvin euma (l-intermedjarju fl- assassinju ta' Caruana Galizia) sirna nafu li Yorgen Fenech kien jirreferi għal Joseph Muscat bħala 'x-xiħ.' Jekk xejn, dan jikxef familjarità bejn it-tnejn u jekk wieħed xorta waħda jkollu dubju, xi ngħidu għal Whatsapp chat bejn Fenech, Yorgen Fenech u Joseph Muscat? "Konnha qisna aħwa," kien qal Fenech lill- Pulizija meta mistoqsi dwar dan il-grupp. Tant kemm kien hemm familjarità bejn it-tnejn, li anke jekk kien jaf li qed ikun investigat dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, Joseph Muscat kien kostrett (almenu kif jgħid hu) li jistieden lil Fenech għal festin ta' għeluq sninu fil-palazz tal-Girgenti, biex ma jagħtix fil-għajn. Dakinhar, Yorgen Fenech kien għadda tlett ifliexken inbid Petrus (inbid li jiswa ħafna) lill-familja Muscat. Mhux talli hekk talli wieħed minnhom kien tal-1974, is-sena li fiha twieled l-eks Prim Ministru u t-tnejn l-oħra tal-2007, meta twieldu t-tewmin ta' Muscat. Dan ma kienx l-uniku rigal. Fil-Milied tal- 2014, Yorgen Fenech ħaseb ukoll f 'Muscat u tah arloġġ, tad-ditta Bvlgari, magħmul mid-deheb abjad. Dan kien wieħed minn 25 arloġġ li kienu ġew iddisinjati biex ifakkru d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Kumbinazzjoni (jew le?), l-arloġġ kien tal- kollezzjoni #17, in-numru tant marbut ma' Yorgen Fenech. Dan kollu x'wassal? Joseph Muscat niżel ma' Yorgen Fenech u ħadem kemm ħadem meta kien Prim Ministru, meta tħares lura, ħlief f 'dawn il-każi ma tiakarx. Dnub għax il-legat seta' kien ħafna isbaħ. 'Nidħol fin-nar għal Yorgen' Jekk nafu biċ-ċert li Joseph Muscat ħa rigali mingħand Yorgen Fenech, ma nistgħux ngħidu l-istess għal Keith Schembri għalkemm nafu wkoll li l-kumpanija li hu fetaħ fil-Panama kellha tirċievi flus mingħand il-kumpanija 17 Black ta' Yorgen Fenech u kien l-istess Schembri li ammetta li xtaq jagħmel negozju ma' Fenech wara li ma jibqax fil-politika. L-istess Yorgen Fenech kien ħallas parti mill-ispejjeż li sab ma' wiċċu Keith Schembri meta kellu jirċievi kura f 'Mayo Clinic f 'Minnesota. Fil-fatt, kienet il-gazzetta oħt MaltaToday li żvelat li Fenech kien ħareġ madwar €24,000. Li kien hemm ħbiberija kbira bejn it-tnejn ammettiha wkoll Keith Schembri meta kien qed jixhed fil-Qorti u qal ċar u tond li hu "lest jidħol fin-nar" għal Yorgen Fenech. Ta' min ifakkar li minkejja din il-ħbiberija, Keith Schembri kien jaf ukoll x'inhu għaddej fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u li Fenech kien suspettat, għax kien jattendi għal-laqgħat mal-Prim Ministru. Skont Schembri qatt ma qal xejn lil ħadd dwar dan. L-opinjoni ta' Melvin euma, almenu skont dak li kien qed jgħidlu Yorgen Fenech, hija xort'oħra. Ta' min ifakkar ukoll li Keith Schembri x'aktarx li kien l-aħħar persuna li kellem Yorgen Fenech qabel ma pprova jħalli Malta abbord il-jott tiegħu, meta ġie arrestat. Fil- fatt, Keith Schembri kkonferma li kien ċempel lil Yorgen Fenech u dam ikellmu 24 minuta, jipprova jikkonvinċih biex ma jitlaqx minn Malta, għax inkella kien se jkompli jitfa' l-attenzjoni fuqu. Biex tkompli tgħaxxaqha, skont Schembri, kien Joseph Muscat li qallu biex iċempel lil Fenech u jikkonvinċih. Kif kien jaf Joseph Muscat li Fenech kien se jħalli Malta għadu misteru, anke jekk dan jikxef ukoll il-fatt li Joseph Muscat kien jaf li hemm ħbiberija u kunfidenza bejn l-id il-leminija tiegħu u (dak iż-żmien) is-suspettat. Impossibbli nidħlu fid-dettall tal-ħbiberija bejn Keith Schembru u Yorgen Fenech għax inkella jkollna bżonn gazzetta sħiħa. Li hu żgur huwa li Keith Schembri ħa l-akbar tisbita. Jiltaqgħu ma' Fenech għal sala Mhux membri tal- Gvern biss kienu jiġru wara Yorgen Fenech. Fil-fatt kien żvelat ukoll li żewġ Deputati li kienu viċin ħafna l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, jiġifieri Hermann Schiavone u Kristy Debono, kellhom laqgħa ma' Yorgen Fenech biex jitolbuh "sponsorship" għal konferenza li kien se jorganizza l-Partit Nazzjonalista. Huma marru jitolbu dan il-pjaċir, wara li sar magħruf li Fenech huwa s-sid tal- kumpanija 17 Black. Iż-żewġ Deputati kienu kkonfermaw din il-laqgħa, iżda Adrian Delia, dak iż- żmien Kap Nazzjonalista kien qal li ma kienx konxju.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021