Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 'Muġugħin, jistennew 10 jew 11-il siegħa u l-cubicles meħudin minn nies jistennew ir-riżultat tal-Covid-19' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-ħin tal-istennija fid- Dipartiment tal-Emerġenza "sploda" 'l fuq biex hemm pazjenti li saħansitra qed jagħmlu seba', 10 jew 11-il siegħa jistennew qabel jittellgħu f 'ward, anke f 'ċerti każi li huma meqjusin bħala "serji imma mhux ta' theddida għal ħajjet il- pazjent" bħal per eżempju jekk pazjent iħoss uġigħ f 'sidru. Dan huwa ħafna aktar mill- istennija normali u sorsi mid-Dipartiment spjegaw illi dan id-dewmien, qabel il- pandemija kienu xi minn daqqiet jesperjenzawh biss dawk li kellhom problemi minuri. Is-sorsi ta' din il-gazzetta spjegaw ukoll x'inhuma r-realtajiet li qed iwasslu għal dan id-dewmien eseġerat u jaqsmuhom fi tnejn prinċipali: L-ewwelnett il-fatt li l-ammont ta' nies li reġgħu qed imorru l-Emerġenza żdiedu sew mil- livelli tal-eqqel tal-pandemija u t-tieninett il-protokolli tal- Covid-19 - fosthom li kull min jagħmel it-test tal-Covid-19, qabel jittella' f 'ward, irid jistenna fl-Emerġenza! Dan kien ikkonfermat mal- ILLUM minn rappreżentant tal-General Workers' Union (GWU), li tirrapreżenta numru ta' ħaddiema f 'dan id-dipartiment, u li spjega illi s-sitwazzjoni fl- Emerġenza bħalissa hija "gravi mmens". Sostna illi "qed infallu lill-pazjenti tagħna nħalluhom jistennew seba' jew 10 sigħat, meta għandhom uġigħ f 'sidirhom jew forsi kellhom stroke żgħir għax l-ispazju meħud minn xi ħadd li qed jistenna r-riżultat tat-test tal- Covid-19." 'Waqt il-pandemija flaħna għaliha ... għax ġew ħafna inqas nies hawn' "Qabel il-pandemija kienu jiġu ħafna nies hawnhekk, imma konna nimxu b'sistema - it- tabib jieħu t-testijiet, il-pazjenti jistennew sagħtejn jew tlieta imbagħad jitilgħu 'l fuq fil-wards u malli jlesti mill-cubicle, pazjent ieħor jidħol minfloku," jispjega s-sors ta' din il-gazzetta. Ikompli jgħid kif malli faqqgħet il- pandemija iddaħħlu l-protokolli, li jfisser illi l-proċess sar wieħed li jtul aktar minħabba li l-pazjenti jridu dejjem jistennew fil-cubicle sakemm jirċievu t-testijiet, minflok imorru lura fis-sala ta' stennija. "Dan huwa proċess li kellu jsir, pero' waqt l-eqqel xhur tal-pandemija ma ħassejnihiex daqstant għax filli kienu jiġu l-Emerġenza madwar 300- 350 persuna kuljum, filli dawn niżlu għal madwar 200. Jiġifieri minkejja protokolli ma kienx hemm dewmien għax naqsu n-nies" spjega dan is-sors mal- ILLUM. Fakkar li waqt il-pandemija ħafna anzjani li kienu jħossu xi wġigħ ma kinux imorru l-isptar minnħabba l-biża' tal- Covid, tant li jispjega kif darba minnhom f 'ġurnata nstabu disa' persuni mejta fi djarhom, probabbilment għaliex ma fittxewx l-għajnuna. "Issa fid-dawl tal-fatt li n-numri naqsu u l-proċess tal-vaċċin aċċellera sew ħafna nies reġgħu qed jiġu. Allura qabel konna qed inlaħħqu imma llum le. Għalhekk l-ħin ta' stennija sploda!" Protokoll ġdid: L-istennija għat- test tal-Covid-19 fl-Emerġenza Is-sors spjega wkoll li apparti dan issa ddaħħal protokoll ieħor, jiġifieri li l-pazjenti jridu jistennew ir-riżultat tal-Covid fl- Emerġenza wkoll. "Li jfisser illi apparti l-istennija għat-tabib u għat-testijiet tat- tabib issa jridu jistennew ukoll għat-test tal-Covid-19 qabel ma jitilgħu fil-ward - madwar stennija ta' 10, 11 u xi kultant aktar sigħat." Ir-rappreżentant tal-GWU f 'dan id-dipartiment ikkonferma dan u qal li bħalissa is-sitwazzjoni hija tali li filwaqt illi cubicle huwa meħud minn persuna li qed tistenna t-test tal-Covid-19, "għandna l-pazjenti barra fis-sala tal-istennija bl-uġigħ jistennew." It-tnejn li huma kkonfermaw ukoll mal-ILLUM li każi minuri - li mhumiex urġenti u jistgħu jinqdew minn tabib jew minn ċentru tas-saħħa qed idumu ħafna sigħat aktar minn hekk. Is-sors mid-Dipartiment qal illi "qabel forsi pazjent mhux urġenti kien idum daqshekk. Illum anke pazjent urġenti imma mhux b'kundizzjoni li qed thedded il- ħajja sar idum dawn is-sigħat kollha." Mistoqsijin iżda x'qed jaraw li hija s-soluzzjoni, is-sorsi ta' din il-gazzetta sostnew li l-protokolli hemm bżonnhom imma staqsew għalfejn il-pazjenti qed jintbagħtu jistennew fl-Emerġenza għat-test tal-Covid, meta qabel kienu jkunu f 'wards. "Biex tgħaxxaq jekk ikollna każ pożittiv trid iddaħħlu għalih, iżżomm iż-żona vojta - u l-ispazju hu li hu," temm jisħaq dan is-sors mid-Dipartiment li qal ukoll li pjanijiet biex dan id- dipartiment jitkabbar jidher li waqgħu lura. "Dan dipartiment li fis-7:00 a.m ikun diġà mimli ta," sostna mal- ILLUM is-sors tal-gazzetta fid- Dipartiment Intant ir-rappreżentant tal- GWU kkonferma dan ukoll u appella biex dan il-piż tal- istennija għar-riżultat tal- Covid-19 jinqasam mal-Isptar kollu. "Kienet taħdem tajjeb kieku r-riżultat tat-test jasal malajr - imma qed idum mal-erba' sigħat u f 'dawn l-erba' sigħat persuna qed tokkupa spazju ta' xi ħadd muġugħ, waqt li qed tistenna test tal-Covid" temm jgħid. PREMJU BUONAMICO 2021 Sejħa għal nominazzjonijiet L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fetħet sejħa għal nominazzjonijiet għall-Premju Buonamico 2021. Dan il-Premju jirrikonoxxi dawk li bl- azzjonijiet u bil-kisbiet egħu/tagħha bbenefikaw il-bijodiversità u l-ambjent. Jekk taf b'xi persuna jew en tà li ħaqqu/ha li jiġi/ ġi rikonoxxut/a b'dan il- Premju, nis ednuk biex nnominah/ha għall-premju ta' din is-sena. Għal aktar informazzjoni fuq dan il-Premju u kif sso ome nominazzjoni, ċempel fuq 2292 3500 jew żur era.org.mt Is-so omissjonijiet jintlaqgħu sal-5 ta' Se embru 2021.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021