Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Numru ta' residenti minn Wied il-Għajn kitbu lill-Ministru tat- Turiżmu Clayton Bartolo biex jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-Kompetizzjoni tad- Disinn tal-Awtorità tat- Turiżmu (MTA) u l-pjanijiet ta' 'riġenerazzjoni' tagħha. L-ittra ntbagħtet ukoll lill-Prim Ministru Robert Abela, li jgħix Wied il-Għajn, u l-Ministru tal- Ambjent Aaron Farrugia. L-ittra tesprimi l-biża' tar- residenti li l-Kompetizzjoni tad- Disinn tal-Awtorità tat-Turiżmu hija "skuża uffiċjali" biex isiru xogħlijiet fi Ġnien Sant' Anna u l-madwar - "xogħlijiet li diġà ġew pjanati minn sottokumitat li waqqaf is-sindku u li, għal iktar minn sentejn, iltaqa' bil-moħbi biex jaħdem fuq bosta proposti għal Wied il-Għajn fi sħab ma' Infrastruttura Malta u l-Awtorità tat-Turiżmu," sostna fi stqarrija l-Moviment Graffitti. Huma qalu li s-sottokumitat fassal pjanijiet li jservu interess ekonomiku speċifiku fiż-żona u li "jisirqu mill-art ta' kulħadd." Fl-istqarrija tiegħu Moviment Graffitti qal li t-titjib propost jinkludi l-bini ta' spazju tal- konkrit ġdid fuq in-naħa l-oħra tal-bajja, "x'aktarx billi tittieħed iktar art mill-bajja ta' Wied il- Għajn u b'konsegwenzi għadhom mhux magħrufa fuq l-ambjent." Il-proposti tas-sottokumitat jinkludu wkoll - tkompli tgħid l-istqarrija - li t-traffiku dieħel u ħiereġ minn Wied il-Għajn jibda jgħaddi minn taħt l-iskola u minn quddiem il-knisja parrokkjali, "u b'hekk jesponi l-komunità, partikolarment it-tfal u l-anzjani, għal perikli tat-traffiku kbar." Fid-dawl ta' dan - f 'din l-ittra - ir-residenti ta' Wied il-Għajn qed iħeġġu lill-Awtorità tat- Turiżmu twaqqaf minnufih din il-Komptezzjoni tad-Disinn "fażulla" u tniedi minflok perjodu twil ta' konsultazzjoni mar- residenti ta' kull età u stil ta' ħajja dwar pjan olistiku għal Wied il- Għajn. Il-PN iħeġġeġ lill-Gvern jikkonsulta mal-Iskalin Intant dwar dan anke l-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ lill-Gvern biex jikkonsulta lir-residenti ta' Marsaskala, lis-sidien tan-negozji lokali u lill-esperti ambjentali qabel jittieħdu kwalunkwe passi oħra fuq l-iżvilupp tal-marina. Il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista, Peter Agius qal li l-firxa tal-iżvilupp li qed jiġi propost "hija sproporzjonata u aktar minn hekk, m'hemm l-ebda ħjiel ta' salvagwardji ambjentali." Agius sostna li ma sar l-ebda studju dwar kif il-proġett se jaffettwa l-kurrenti fil-bajja, bir- reklamazzjoni tal-art proposta kif ukoll is-700 punt tal-irmiġġ li potenzjalment iwasslu għal staġnar tal-ilma fil-partijiet interni tal-bajja. Ikompli jistqarr li l-iżvilupp propost "lanqas ma kkunsidra kif it-tħammil u l-iżvilupp se jaffettwaw il- "magħluq", ekosistema unika tal- ilma salmastru, ħabitat tal-uniku ħut tal-ilma salmastru Malti: il- Bużaqq." 04 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 • illum L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qiegħda tilqa' espressjoni/jiet ta' interess mingħand pubblikaturi u awturi li joħolqu u jippubblikaw materjal edukattiv bil-Malti, ngħidu aħna, għodda għat-tisħiħ tal- litteriżmu, kotba tal-qari li jappellaw għat-tfal li jsibuha diffiċli jaqraw, leħħiet, kartelluni, kotba diġitali, apps, eċċ. Il-materjal sottomess irid ikun jaqbel mal-għanijiet tal-Istrateġija Nazz jonali tal-Litteriżmu. Il-proġetti li jintgħażlu jiġu sponsorjati sa €2,500 mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Il-kundizzjonijiet applikabbli jiġu stabbiliti bi ftehim bejn l-Aġenzija u l-pubblikaturi u/jew awturi. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tirriserva d-dritt li tirrifjuta kull proposta għall-isponsorjar, jekk il-proġett ippreżentat ma jissodisfax lill-Aġenzija. Issir evalwazzjoni ta' kull proposta skont il-merti tagħha. Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu sat-30 ta' Settembru 2021 u għandhom jintbagħtu b'ittra elettronika lil john.b.farrugia@gov.mt jew bil-posta lis-Sur John Farrugia, Segretarju Eżekuttiv, L-Aġenzija Nazzjonali tal- Litteriżmu, Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Ġużè Abela Scolaro, Il-Ħamrun HMR1304, Malta. Espressjoni ta' Interess Produzzjoni ta' Riżorsi tal-Litteriżmu bil-Malti Residenti minn Wied il-Għajn qed jitolbu li jsir proċess twil ta' konsultazzjoni dwar proġetti fil-lokal Huma bagħtu ittra dwar dan lill- Ministru għat-Turiżmu u lill-Prim Ministru...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021