Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 It-Tielet Ġimgħa fiż-Żodjaku ta' Leo Mill-Ħadd 15 ta' Awwissu sas-Sibt 21ta' Awwissu Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din it-tielet ġimgħa fiż- żodjaku ta' Leo għalik Aquarius ser ikun qed iwasslek f 'dak il-mument ideali li tgħaraf aktar tiġbid u tkattar lejn dak kollu li huwa ta' ħtieġa kemm għalik kif ukoll għal kumplament tal- madwar tiegħek. Int bħalissa għandek l-aktar żmien ideali sabiex tkompli tisaħħaħ f 'kull angolu tal-ħajja li int trid.L-aktar jum ideali għalik huwa dak ta Tlieta. Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Leo. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Leo għalik Pisces ser jagħmlek iffokat iżjed sabiex jagħrfek tgħaraf aktar lil dawk ta' madwarek kemm huma verament persuni ġenwini. Ovvjament l-aktar dawk li tawk dak l-appoġġ meħtieġ meta int kont qed tesperjenza mumenti diffiċli. Dan għalhekk għandek tgħarfu u akar dejjem sabiex int titkattar. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tas Sibt.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva hi minn Scorpio. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Aries ser idaħħlek f 'dak il- mument partikolari sabiex minn issa int tkun tista' tirrifletti aktar minn xhiex eżattament għaddejt it tax-xhur ilu sabiex minn dik l-esperjenzja tkun tista' tatwa għal-benefiċji tiegħek fiż- żmien li ġej, u b'hekk tibni pedament aktar sod b'aktar tkabbir madwarek għal futur.L-aktar jum ideali għalik huwa dak ta Tnejn.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Cancer. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Leo għalik Taurus ser ikun il- mument ideali li minn issa int tibda tagħaqqad dak kollu li rnexxilek tiġbor minn bosta pariri li ħadt sabiex issa tinsab f 'qagħda li tibda tesiġi ċertu konklużjonjiet.Issa wara li smajt biżżejjed ieqaf it irriffletti fuq dak kollu li smajt u ddeċidi. Wasal il-mument li tkattar il-futur tiegħek.L-aktar jum ideali huwa dak ta Tlieta.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Capricorn. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Leo għalik Gemini ser ikun il- waqt li minn issa tibda tgħaraf id- differenzi kollha li esperjenzajt u b'hekk minn dawn l-esperjenzi tkun tista' tistabbilixxi t-tqassim tiegħek bejn il-karriera u l- kumplament tal-ħin għal benefiċju personali. Il-bilanċ huwa ferm meħtieġ f 'dan il-mument għat-tkomplija ta' l-istabbilita' tiegħek.L-aktar jum ideali għalik huwa dak ta Erbgħa.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Sagittarius. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Leo għalik Cancer ser jiaħlek il-possibilita' li tibda minn issa tkattar aktar il-ħajja ta' madwarek, dan tista' tibda twettqu kemm sabiex tkun tista' tkompli tikber fil-karriera tiegħek kif ukoll fil-madwar tiegħek. Żgur li ser tesperjenza toroq ġodda li forsi kienu magħluqin u dan żgur ser jagħmlek tħares il-quddiem.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ħamis.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Pisces. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din it-tielet ġimgħa fiż- żodjaku ta' Leo għalik l-istess Leo ser iwwaslek għal aktar tħejjija profonda sabiex minn issa tibda tgħaraf eżattament dak li huwa meħtieġ u bżonjuż għal dak li hemm riesaq lejk. Issa għandek tgħaraf li huwa l-mument sabiex tibni aktar lilek innifsek u b'hekk għandek tkompli tisaħħaħ aktar għal dak li hemm riesaq lejk.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tas Sibt.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Taurus. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Leo għalik żodjaku ta' Virgo ser ikun iż-żmien ideali għalik sabiex tgħaraf aktar dawk is-sitwazzjonjiet l-aktar meħtieġa u mportanti qabel ma tkompli għaddej b'ċertu deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. Għalhekk trid tkun mimli b'għaqal biżżejjed sabiex tkun lest aħjar għat-tisħieħ li hemm riesaq lejk.L- aktar jum ideali huwa dak ta Tnejn.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Gemini. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Leo għalik Libra ser iwwaslek għal aktar għarfien dwar dak kollu li esperjenzajt u akkwistajt matul dawn l-aħħar xhur.Meta issa ser tħares lura u tara dak kollu li rnexxilek twettaq ovvjament ser tħoss dak is-sodifazzjon u dan ser ikun biżżejjed sabiex tkompli titkattar fil- proġġeti li hemm resqin lejk.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ġimgħa.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Aries. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Leo għalik Scorpio ser ikun iż-żmien ideali sabiex tkun aktar iffokat fuq it-tkabbir kollu li sa issa esperjenzajt fil-karriera tiegħek. Ovvjament tkompli tiffoka fuq il-proġetti li għandek imħejji għax xhur li ġejjin u dan sabiex tkompli tkattar u tisaħħaħ lejn ġejjini aktar stabbli u pożittiv.L-aktar jum ideali għalik huwa dak ta l-Erbgħa. Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Virgo. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Leo għalik Sagittarius ser ikun żmien ta'pjanar aktar fil-profond ta' dak li int tant ilek taħseb għalih. Għalhekk f 'dan il-perjodu għalik ta' konċentrazzjoni għal dan l-ippjanar trid tkun ta' importanza massima. Taqtax qalbek għal xi ntoppi u kompli miexi lejn il-futur li hemm jistennik.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal Ħamis.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Aquarius. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Leo għalik Capricorn ser ikun mument ta'kalma fil-madwar tiegħek. Din il-kalma ġewwa fik sejra sservi sabiex dak li hemm ġewwa fik minħabba ċertu ostakli differenti li qed tesperjenza ma jkunux il-kaġun ta' xi telf. Trid tgħaraf biss li xi kulltant irridu naqdfu kontra l- kurrenti. Għalhekk trid temmen iżjed fik innifsek.L- aktar jum ideali għalik huwa dak ta Tlieta.Iż-żodjaku li ser jimlik b'ħeġġa pożittiva ġej minn Libra. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont ta' 25% fuq il- publikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont ta' 10% fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Magda Xerri mir-Rabat filwaqt li t-tieni premju ntrebaħ minn: Sandra Mizzi mill-Qrendi Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa: Ix-xemgħa lewn id-deheb, ix- xemgħa ħamra jew ix-xemgħa safra tinxtgħel fit-tielet ġimgħa taż-żodja- ku ta' Leo? Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Namaste IX-XEMGĦAT IKKOMBINATI MAŻ-ŻODJAKU TA' LEO Wara li l-ġimgħa l-oħra wassalt informazzjoni dwar il-Kristalli kkombinati ma'żodjaku ta' Leo, din il-ġimgħa ser inwassal dawk l-Erba' xemgħat ikkombinati ma' dan iż-żodjaku. L-Erba' xemgħat ikkombinati maż-żodjaku ta' Leo huma dawn : Fl-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo bejn it-23 ta' Lulju u 29 ta' Lulju (fażi Qamar Kwinta) tinxtegħel ix-xemgħa kulur: ISFAR. Fit-tieni ġimgħa bejn it-30 ta' Lulju u l-5 ta' Awwissu tinxtegħel ix- xemgħakulur: AĦMAR. Fit-tielet ġimgħa (fażi New Moon) bejn is-6 ta' Awwissu u 12 ta' Awwissu tinxtegħel ix-xemgħa kulur: LEWN ID-DEHEB. Fir-raba' u l-aħħar ġimgħa bejn it-13 ta' Awwissu u t-22 ta' Awwissu tinxtegħel ix-xemgħa kulur ORANĠJO. Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.pauljon13.com Namaste KOMPETIZZJONI MA' PAULJON

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021