Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 Konrad Mizzi u l-Panama Ma nafux dwar relazzjoni bejn Konrad Mizzi u Yorgen Fenech. Nafu biss li l-kumpanija tiegħu fil-Panama kellha tirċievi flus mingħand il-kumpanija 17 Black ta' Fenech. Mizzi kellu l-kumpanija Hearnville fil- Panama, imwaqqfa mal-kumpanija Tillgate ta' Keith Schembri. Kif spjegat, il-kumpanija 17 Black kienet deskritta bħala 'target client' ta' dawn il-kumpaniji, jiġifieri kellhom jirċievu flus mingħandha. Jekk daħlux flus fihom qatt ma sar magħruf xejn, iżda f '17 Black daħlu. Fil-fatt, kien sar magħruf li, fost oħrajn, daħlu $200,000 mingħand l-aġent lokali tat- tanker tal-LNG, parti essenzjali mill-proġett tal-powerstation ta' Delimara li welled Konrad Mizzi. Apparti minn hekk, kien ġie żvelat ukoll li f '17 Black daħlu €4.6 miljuni fi qligħ mill- proġett tal-Wind Farm fil-Montenegro. Kienet il-kumpanija Cifidex li biegħet l-ishma tal-wind farm bi prezz ta' €10.3 miljuni lill- Enemalta u li allegatament xtrat ġimagħtejn qabel biss minn Fersa Renovables - Konsorzju Spanjol - għal €2.9 miljun, differenza ta' €7.4 miljuni. Skont investigazzjoni li saret minn Reuters u e Times of Malta, €3 miljuni kienu trasferiti minn 17 Black għal għand Cidifex. Dan ifisser li l-flus ta' Cidifex biex tixtri l-Wind Farm kienu ġejjin mingħand Yorgen Fenech. Ftit wara li l-Enemalta xtrat il-wind farm mingħand Cifidex, din tal-aħħar għaddiet €7.4 miljuni lill-kumpanija 17 Black, jiġifieri t-€3 miljuni li kienu għaddew qabel u profitt ta' madwar €4.6 miljun. Konrad Mizzi wkoll kien il-moħħ wara dan il-ehim anke jekk ċaħad li xi darba kien hemm abbużi. Dawn l-allegazzjonijiet swew lil Mizzi postu bħala Deputat Laburista bl-Eżekuttiv tal-partit, kważi unanimament, ikeċċih. 'No Valletta, No Party' Jekk dettalji mill-ħbiberija ta' bejn Yorgen Fenech, Keith Schembri u Joseph Muscat ixxukjaw lil bosta, mela xi jmisshom jagħmlu d-dettalji dwar il-ħbiberija bejn Yorgen Fenech u l-eks Assistent Kummissarju Silvio Valletta. L-ewwel u qabel kollox ta' min ifakkar li Silvio Valletta kien l-ewwel persuna responsabbli mill-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jiġifieri fil-mumenti l-aktar kruċjali. Huwa kien tneħħa biss wara reżistenza mill-familja Caruana Galizia, anke għax Valletta kien ir-raġel tal-Ministru Justyne Caruana u t-tnejn li huma kienu fil- mira ta' kritika minn Caruana Galizia. Fil- fatt, dan il-każ kien spiċċa quddiem il-Qorti Kostituzzjonali li ddikjarat li l-involviment ta' Valletta fl-investigazzjoni kien qed jikser id-drittijiet fundamentali tal-familja, anke għax seta' kien hemm kunflitt ta' interess. Sa dan iż-żmien ma kienx magħruf li Valletta kien ħabib kbir ta' Yorgen Fenech anke għax Fenech ma kienx għadu suspettat. Kien aktar tard meta sar magħruf li Silvio Valletta, fid-29 ta' Settembru 2018 kien siefer ma' Yorgen Fenech biex jaraw logħba futbol. Fenech kien ilu suspettat minn Mejju 2018. Kien ġie żvelat li l-Pulizija kellha f 'idha wkoll filmat minn mowbajl u li fih l-eks Assistent Kummissarju jidher ma' Fenech fir-rolls royce tiegħu. Valletta kien ammeta dan kollu iżda kien qal li ma kellux idea li Yorgen Fenech kien suspettat għax hu ma baqax parti mill-investigazzjoni minn Ġunju 2018. Ta' min ifakkar li Valletta kien ukoll membru tal-bord tal-FIAU, l-istess entità li kienet qed tinvestiga r-rabtiet bejn il- kumpanija 17 Black, li tagħha Fenech huwa s-sid u l-kumpanija fil-Panama li kien fetaħ Keith Schembri. Apparti dan kollu, fis-27 ta' Lulju li għadda, sar magħruf li l-eks Assistent Kummissarju wkoll kellu Whatsapp chat ma' Fenech u din kien jisimha 'No Valletta, No Party." Dan żvelah Matthew Caruana Galizia. Wara dan kollu, Valletta spiċċa investigat mill-Pulizija u mhux talli hekk, talli anke Justyne Caruana, dakinhar Ministru għal Għawdex kellha tirriżenja. Is-senserija u rigal tal-Birthday D e p u t a t a li spiċċat niżlet ma' Yorgen Fenech hija Rosianne Cutajar li kellha tirriżenja minn Segretarju Parlamentari. Dan wara rapporti u investigazzjoni fuq dak li kienet żvelat il- MaltaToday f 'Diċembru 2020, jiġifieri li l-istess Cutajar u l-ħabib tagħha Charles Farrugia rċevew senserija minn fuq ehim li Yorgen Fenech kien għamel ma' sid ta' proprjetà li kien beħsiebu jixtru fl-Imdina qabel ġie arrestat. Cutajar ċaħdet li rċeviet senserija u li dan id- dħul ma ddikjaratux fid-dikjrazzjoni tal-assi. Hi kienet qalet li €9,000 li rċeviet mingħand Yorgen Fenech kienu rigal ta' għeluq snina. Is-sid tal-proprjetà qed jisħaq li Cutajar ħadet €46,500 f 'sesnerija u qed ifittixha għax iridhom lura. Il-Kummissarju għall- Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ma kienx emminha u saħaq li kisret il-kodiċi tal-etika meta ma ddikjaratx dan id-dħul. Apparti minn hekk, kien sar magħruf ukoll li hemm messaġġi fuq Whatsapp bejn Cutajar u Fenech, fejn l-eks Segretarju Parlamentari titolbu l-għajnuna finanzjarja biex tagħmel sondaġġ politiku fuq id-distrett tagħha. Fenech kien aċċetta t-talba tagħha u allegatament qalilha: "Jiena se nkun dejjem hemm għalik." Ftit jiem wara, Rosianne Cutajar kienet qamet titkellem waqt laqgħa tal-Kunsill Ewropew u kkritikat referenza għal 17 Black u każi oħra ta' korruzzjoni f 'rapport miktub mid-Deputat Olandiż Pieter Omtzigt dwar l-assassinju ta' Caruana Galizia. 'Nimmisjak ħafna' u l-'Ġaħan' L-aħħar persuna li sirna nafu li kien viċin Yorgen Fenech u x'aktarx ħabib kbir tiegħu, huwa l-Ministru għall-Ġustrizzja Edward Zammit Lewis. Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat ġew żvelati chats li Zammit Lewis kellu ma' Yorgen Fenech u dan wara li kien sar magħruf li hu s-sid tal-kumpanija 17 Black. Fil-fatt, Zammit Lewis kien tkellem ma' Yorgen Fenech wara li kien indirizza konferenza tal-aħbarijiet ma' Robert Abela (dak iż-żmien Deputat) it ħin wara li f 'Jannar 2019, il-Qorti ma kinitx laqgħet talba tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li kien qed jitlob inkjesta oħra fuq il-kumpanija 17 Black u l-iskandlu tal- Panama. Saħansitra f 'waħda mill-konverżazzjonjiet, il-Ministru Zammit Lewis jiddeskrivi lill- votanti Laburisti bħala 'Gaħan." Aktar tard, rapporti ġodda żvelaw kif il-Ministru kien jibgħat diversi messaġġi lil Fenech, anke jekk dan tal-aħħar mhux dejjem kien jirrispondih. Darba minnhom saħansitra jgħidlu li qed jimmisjah ħafna. Dan kien Awwissu 2019, jiġifieri kien sar magħruf li Fenech huwa s-sid ta' 17 Black. "Tkellem miegħi għax qed ninkwieta … għidli u nkun hemm … inti kont f 'qalbi f 'dan kollu," Zammit Lewis allegatament kiteb lil Fenech. Drabi oħra, Zammit Lewis saħansitra jistaqsi lil Fenech biex jiltaqgħu fil-famuża farmhouse ta' Ħaż-Żebbuġ. F'chat minnhom, Zammit Lewis jistaqsih jekk jistgħux jiltaqgħu Ħaż-Żebbuġ u jkun hemm preżenti wkoll Keith Schembri. Edward Zammit Lewis stess, meta kien qed jixhed fl- inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne, kien qal ukoll li ġieli kiel u saħansitra mar fuq il- jott ta' Yorgen Fenech. M i n k e j j a dan kollu u diversi talbiet, Zammit Lewis għadu Ministru g ħ a l l - Ġ u s t i z z j a . F'intervista mal-ILLUM, Zammit Lewis qal li l-messaġġi li bagħat hu dejjem kienu fi spirtu ġenwin (Bona fede), sostna li hu qatt ma qagħad jiddiskuti 17 Black u li meta kellem lil Yorgen Fenech 17 Black "kienet għadha allegazzjoni." Delia u l-flus kontra Casa Spiċċa niżel ukoll ma' Fenech, l-eks- Kap Nazzjonal- ista Adrian Delia anke jekk dejjem ċaħad li kien ħabib jew inkella li rċie- va xi flus mingħandu. Madanakollu, f 'xhieda ġuramentata, l-eks Chief of Staff kien qal fil-Qorti li Pierre Portel- li, l-id il-leminija ta' Delia, kien imur jiġbor flus li Fenech kien għadda lil Delia biex fost oħrajn jintużaw kontra l-elezzjoni ta' David Casa. Keith Schembri kien qal hekk fil-Qor- ti: "Il-Kap tal-Oppożizzjoni darba mar u tal- bu €50,000 biex jintużaw kontra l-elezzjoni ta' Casa. Kien jibgħat lil Pierre Portelli biex jiġbor €20,000 kull xahar. Dan seħħ fuq bażi regolari. Ġieli stennew għal siegħa biex jieħdu l-flus," kien qal Schembri. Insista wkoll li Pierre Portelli kien deher fir-reception ta' Portoma- so qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019. Portelli kien ċaħad din l-akkuża kif ċaħad Delia u t-tnejn kienu għamlu affidavit jgħidu li dak li qal Schembri ma kienx minnu. Madanakollu, din l-allegazzjoni ma għamilix Schembri biss. Kien id-Deputat Nazzjonalista David ake l-ewwel li semma dawn il-flus f 'mistoqsija lil Delia fuq Xarabank, filwaqt li Melvin euma għamel referenza għalihom waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza. Dwan dan għaddejja inkjesta maġisterjali. L-eks Kap Nazzjonalista kien akkużat ukoll li kellu chats ma' Fenech u fil-fatt dan kien ik- konfermat mill-Ispettur Keith Arnaud fil-Qor- ti. Il-gazzetta e Sunday Times kienet żvelat kif darba Fenech kien talab lil Delia biex jir- ranġa ikla bejniethom bil-gazzetta tirrapporta kif Delia allegatament qallu li Pierre Portelli se jirranġa kollox. Din il-ġimgħa ġie allegat ukoll li Fenech kien qal li Delia bagħtlu messaġġ waqt dibattitu fuq 17 Black, allegazzjoni li De- lia ċaħad "kategorikament." Dan apparti chats oħra li allegatament kien hemm bejn Portelli u Fenech biex tinħareġ in- formazzjoni fuq persuni rivali fil-partit. F'intervista mal-gazzetta ILLUM it jiem biss qabel l-elezzjoni għall-Kap tal-PN li tilef bi kbir, apparti li ċaħad li kien ħabib ta' Fenech, Delia kien qal hekk: "Ma nxtrajtx, ma ħadtx flus, ma ħallasni ħadd biex ngħid xi ħaġa. Qatt ma kont irrikattat."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021