Illum previous editions

ILLUM 15 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1401706

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 kultura IL-ĦADD 15 TA' AWWISSU 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Joe Chetcuti. Żgur li ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni mad- dilettanti tal-festi, partikolarment dawk li jħobbu l-baned u l-marċi. Ħafna jafuh għall-programm 'Marċi u Bandalori' li ilu aktar minn 20 sena jippreżenta fuq Net FM. Huwa involut f 'diversi każini tal-banda u tul is-snin ippreżenta għexieren ta' kunċerti u programmi mużikali fil-festi tagħna l-Maltin. Kif jgħid hu stess: "Malli nisma' banda, qalbi tfur." Fil-jum għażiż ta' Santa Marija, ġurnata għall-qalb il-Maltin u l-Għawdxin, mhux biss għax diversi parroċċi jiċċelebraw il-festa titulari tat-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna, imma għax niakru wkoll fil- wasla tal-Konvoj ta' Santa Marija, li għen mhux it lill-Maltin fl-aħħar ġimgħat kruċjali tat-Tieni Gwerra, il-gazzetta ILLUM qed tiltaqa' ma' Chetcuti li anke jekk joqgħod Ħaż- Żebbuġ, huwa Mosti kbir. Kif inhu xieraq, bħall-bqija tal- Mostin, anke jekk b'differenza minħabba l-pandemija, Chetcuti se jkun qed jiċċelebra lil Santa Marija fis-Santwarju Bażilika tal- Mosta. Madanakollu ma hemmx bżonn imur fir-Rotunda biss biex jiċċelebra l-festa. Fil-fatt, fis-skiet tad-dar tiegħu, fejn jgħix ma' martu Phyllis, Chetcuti għandu knisja minjatura li, bla dubju, iddedikaha lil Santa Marija. Propju dwar dan id-delizzju, li l-gazzetta ILLUM iddeċidiet li tkellem lil Chetcuti. Kemm ilu b'dan id-delizzju? Illum, Chetcuti għandu 59 sena, iżda ilu minn meta kien żgħir ħafna b'dan id-delizzju. Mal-ILLUM irrakkonta kif meta kien għadu daqxejn ta' tifel, wieħed superjur tal-MUSEUM kien tah artal żgħir bħala rigal tal-Milied. Fi kliemu, minn hemm beda jinteressa ruħu fil-knejjes. "Niakarni niffitta lill-ġenturi tiegħi biex almenu darba fil- ġimgħa mmorru għand is-Sur Cordina, ta' Cordina Emporium ta' Triq il-Merkanti l-Belt li kien u għadu jbigħ affarijiet sagri u anke affarijiet f 'minjatura bħal statwetti u gandlieri," saħaq Chetcuti. Fi kliemu, qatt ma telgħu l-Belt u marru lura d-dar, il-Mosta, b'idhom f 'idhom. "Dejjem konna nixtru xi ħaġa għal dan l-artal," insista. Iżda dan l-artal ma baqax għand Chetcuti għal dejjem. Fil-fatt kien tah lil ħabib tiegħu għax f 'moħħu dejjem kien iberren li jkollu xi ħaġa akbar. Tant hu hekk li kien żamm xi aċċessorji bħalma huma xi gandlieri u uretti. "Dawn baqgħu għandi sal-lum il-ġurnata," kompla. … kellhom jħaddu s-snin Madanakollu, kellhom jgħaddu diversi snin biex Joe Chetcuti reġa' kellu knisja minjatura sakemm xi snin ilu tela' Għawdex biex jara wirja tal-Ġimgħa l-Kbira tal-ħabib tiegħu George Mercieca. "Waqt illi kont qiegħed hemm, ġie missieru, Amante Mercieca u spjegali li kien ħadem kollox hu, inkluż l-artal u l-bankuni għall- istatwa," kompla jirrakkonta Chetcuti. "Ħa pjaċir ħafna meta faħħartlu xogħlu. Kumpliment mingħand dilettant niżillu għasel." Minn dakinhar, għaddew xahrejn u Chetcuti kien mistieden jippreżenta Akkademja Mużikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Għasri, taħt id-direzzjoni ta' iben Amante Mercieca, is-Surmast Antoine Mercieca. "Nara lil Amante ġej b'barżakka magħluqa u qalli: din għalik. Kif aħtha nsib ġmiel ta' artal tal- injam. Lanqas ridt nemmen. Ma nafx kemm-il darba għidtlu grazzi," kompla. "Waqt li kont fuq il-vapur bdejt nhewden kif se nagħmel minjatura." Ma tantx dam jaħsibha għax l-għada, Joe Chetcuti mar għand il-ħabib tiegħu, il-mastrudaxxa Żebbuġi Michael Camilleri biex jaħdimlu prospettiva għal wara dan l-artal ċkejken. Ix-xewqa ta' Joe kienet li din tkun għandu sa Mejju 2016, jiġifieri xahar qabel it-tieġ tat- tifla tiegħu Pauline Marie. Il-mastrudaxxa hekk għamel. Il-prospettiva waslet u Chetcuti ħadha għand Manwel Chircop għall-irħamar u anke ħadem mejda tal-kewba għal taħtha għand l-istess mastrudaxxa. "Sadanittant lill-mara ma kont għidtilha b'xejn. Malli ratha għoġbitha mmens," insista. 'Is-sabiħ ta' dan id-delizzju huwa li qatt ma int lest' Illum dan huwa l-post fejn Chetcuti jgħaddi l-ħin tiegħu u jistrieħ. Fi kliemu stess: "Allaħares ma jkunux dawn l-affarijiet." Insista mal-ILLUM li s-sabiħ ta' dan id-delizzju huwa li qatt ma int lest. "Il-mument li tgħid li int lest, id-delizzju jispiċċalek," saħaq. "Il-gost jinsab filli dejjem tipprova toħloq xi ħaġa ġdida għall-knisja u tarmaha għall-festa li tkun ġejja." Kien hawn li Chetcuti semma lil ħabib tiegħu Alfred Camilleri, li wkoll għandu knisja minjatura u jmorru għand xulxin biex jarmaw flimkien il-knisja tagħhom għall- festa li jkun imiss. 'Meta nlesti nkun fis-seba' sema' "Malli tkun lesta nkun fis-seba' sema u xi ritratt ma jonqosx ukoll!" insista Chetcuti. Saħaq ukoll li l-hena tiegħu, minn żmien għal żmien, jagħmel xi ħaġa ġdida biex iżid l-armar u jkollu xi jbiddel għal festi u okkażjonijiet differenti. Fil-fatt, meta r-Rotunda tal-Mosta ngħatat id-dinjità ta' Bażilika Minuri, Chetcuti ma damx ma xtara umbrellun żgħir (wieħed mis-simboli tal-Bażilika) għall- minjatura tiegħu wkoll. "L-hena tiegħi noqgħod ingawdiha tul dak iż-żmien li ddum armata. Xi talba ma tonqosx lanqas!" kompla jirrakkonta mal- ILLUM. Bla dubju ta' xejn, l-aktar li 'Għalija allaħares ma jkunx dan fid-dar f'Santwarju ta' Santa Marija L-ILLUM tiltaqa' ma' Joe Chetcuti, vuċi sinonima mad-dilettanti tal-festi, tal- marċi u tal-baned u titkellem miegħu dwar delizzju partikolari, li ma ssibu mkien aktar fid-dinja ħlief f'xi djar Maltin, partikolarment ta' dawk li l-festi huma ħajjithom Il-minjatura ta' Joe Chetcuti armata għall-festa ta' Santa Marija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 August 2021