Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum kummerċjali Taħt il-Belt hemm univers ieħor, bi storja rikka u diversa daqs il-belt kapitali ta' fuqha. L-Awtorità tal-Ippjanar issa qed taħdem biex tippreserva l-wirt li jinsab taħt il-Belt Valletta billi tippreżenta mudell 3D kif jispjega d-Deputat Direttur għall-ICT, Mapping u Servizzi Diġitali Joseph Gauci. L-istorja tal-Belt hija waħda t'intriċċi, ġlidiet u atti ta' kuraġġ enormi. Minn mindu tqiegħdu l-pedamenti tagħha mill- Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann sekli ilu, il-Belt Valletta dejjem kienet fuq quddiem tal-aktar ġrajjiet storiċi f 'Malta, u evolviet f 'belt kapitali kontemporanja li tinkorpora il-preżent mal-passat. Madankollu, dan il-wirt affaxxinanti ma jinsabx biss fuq l-art. Taħt l-art tal-Belt Valletta hemm netwerk vast ta' strutturi li jagħtu xhieda tal-istorja rikka tal-belt. "Il-labirint estensiv taħt il-Belt Valletta huwa teżor mill-passat tagħna. Għadu f 'kundizzjoni relattivament tajba minkejja li nbena fi żmien il-Kavallieri, il-post għandu inġinerija tal- ilma u sistemi ta' drenaġġ, passaġġi u toroq li jgħaqqdu l-palazzi monumentali u bini importanti ieħor fil-Belt Valletta. Il-mini jgħaqqdu wkoll xelters li nbnew matul it-Tieni Gwerra Dinjija - li wħud minnhom huma wesgħin biss it metri," jispjega Joseph Gauci, Deputat Direttur għall-ICT, Mapping u Servizzi Diġitali fl-Awtorità tal- Ippjanar (PA). "Dawn l-istrutturi jagħtuna għarfien importanti dwar kif kienet il-ħajja tan-nies ta' dak iż-żmien, u għalhekk il- preservazzjoni tagħhom għall- ġenerazzjonijiet futuri hija t'importanza kbira." Biex tagħmel dan, il-PA, b'kollaborazzjoni mal-Professur Saviour Formosa mill-Università ta' Malta, daħlet għal proġett bil- għan li jinħoloq mudell 3D ta' taħt il-Belt Valletta biex jissalvagwardja l-wirt tagħha permezz ta' sower ta' skannjar innovattiv. It-tim tal-proġett tal-PA juża tagħmir u sower speċjalizzat, inklużi skanners tad-dejta terrestri, biex jiġbor u jipproċessa l-ammont kbir ta' dejta u ritratti tas-sit meħtieġa biex jinħoloq mudell preċiż ta' dan it-tip. "Dan il-proġett irrikjeda ħafna tagħlim, u spirana biex niskopru tekniċi ġodda u bidla fil-mod kif noperaw internament," jgħid is-Sur Gauci. "Madankollu, dan huwa proġett interessanti ħafna li jgħinna niddeterminaw eżattament x'hemm taħt il-belt kapitali tagħna - informazzjoni li hija ta' valur għal tant awtoritajiet u organizzazzjonijiet madwar Malta." B'ħidma ma' Heritage Malta, s-sejbiet tat-tim se jindikaw ukoll b'mod ċar il-grad ta' restawr meħtieġ biex jiġu kkonservati l-istrutturi ta' taħt l-art. Bl-istess mod, it-tnedija tal-portal SIntegraM lejn l-aħħar tal-2019 għamel uffiċjali l-qsim ta' din id-dejta bejn l-awtoritajiet lokali rilevanti. Minbarra li jippermetti għarfien aktar profond tal-kapaċità ta' żvilupp f 'Malta, din id-dejta tiżgura li s-siti jiġu riveduti bir-reqqa meta, pereżempju, jiġu installati provvisti t'utilità taħt l-art. "L-iskan jgħinna niddeterminaw dak li jeżisti taħtna u jiżgura l-preservazzjoni permezz tal- ippjanar," ikompli s-Sur Gauci. "Dan il-proġett ta' seba' snin huwa mmexxi mill-PA, allura wieħed mill-għanijiet primarji huwa li jagħmel strateġija ta' kif tinġabar id-dejta biex jiġbor flimkien il-partijiet interessati fost l-awtoritajiet ta' Malta. Permezz tal- integrazzjoni u l-kooperazzjoni, nistgħu nagħtu ħarsa ġdida lejn kif nipproċessaw dejta ġeografika biex nużaw l-assi ta' Malta u nkabbru l-għarfien dwarhom." L-iskannjar ta' dawn l-istrutturi taħt l-art kien ukoll t'interess kbir għat-tim tal-proġett. "Jien twelidt il- Belt Valletta, u minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nitgħallem aktar dwar dak li kien hemm taħt saqajja waqt li kont inkun miexi fit-toroq tal-Kapitali tagħna," jirrimarka Steve Austin, uffiċjal tekniku fuq il-proġett. "Meta nżilt taħt l-art l-ewwel darba, bqajt impressjonat bid-daqs enormi tal-mini u l-ħafna xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija (WWII). Imma l-iktar impressjonajtni kienu l-ġwiebi l-kbar mibnija mill-Kavallieri, li fihom stajna naraw anke għeruq imdendlin mis-saqaf, li jappartjenu għas-siġar ta' quddiem il-Qrati." Emanuel Pisani, li huwa wkoll uffiċjal tekniku fuq il-proġett, kellu esperjenza simili. "Biex nesploraw it-teżori moħbija u d-dinja misterjuża taħt l-art tal-Belt Valletta, jien u t-tim tiegħi użajna tliet daħliet biex nidħlu fil-labirint tal-mini mitlufa li jwasslu għal ċisterni enormi. Minkejja l-umdità, xi xelters tal-mini għadhom imżejna b'madum sabiħ u pitturi li jikxfu devozzjoni reliġjuża. Hemm ukoll graffiti, simboli u marki storiċi minn għedewwa li attakkaw lil Malta dak iż-żmien, sinjal tat- turment imġarrab. L-esperjenza Nippreservaw l-istorja sigrieta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021