Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

U kien mar lura lejn id-dar. Kien għadu jħoss saqajh inemmlu. Rasu tqila. Griżmejh xotti. Fil-bidu kien iddejjaq isaqsiha. Kienu marru jimxu sal-Barrakka ta' fuq. Bla ma kellmitu, kienet poġġiet bilqegħda fuq bank u hu għamel xi kwarta jħares lejn il-veduta tal-Port il-Kbir, in-naħa tal-Birgu, l-Isla, Bormla u l-Kottonera. Għal mument kien ra qatta għasafar itiru fuq sfond ta' vapuri tal-merkanzija u dgħajjes oħra, xi luzzu 'l hawn u 'l hemm u anke vapur ġigantesk tal-kruċieri. "Ma nixtieqx inkun naf fuqha." "Twanny, naf li dak li għaddejt minnu int huwa xi it diffiċli..........." leħinha kien mieles qalb xi ilħna ta' tfal jidħqu u jgħajtu it 'l bogħod minnhom fil-ġnien stess qrib il- funtana. "Le ma tafx!" ħataa b'leħen għoli li ħasad lilu stess. "Ħadd ma jaf!" "Għandek raġun." Qamet bilwieqfa biex titlaq. Forsi dan kien żball. Forsi kien imissha baqgħet fil-ħanut tbiegħ, mhux taqbad u tagħlaq hekk ħalli tkun tista' tkellmu wara dawn is-snin kollha. Baxxiet rasha lejn l-art u għamlet l-ewwel pass sabiex titlaq. "Miżżewwġa?" staqsieha, iwaqqaa b'leħnu. "Jien?" kompliet miegħu b'ton sarkastiku. Twanny kien ser jinfaqa' jidħaq. U jibki. Kollox fl-istess ħin. "Trid iddaħħaq hux?" reġa' staqsieha b'ton imqit. "Taf li jiena kont............" u waqfet. Forsi ma kienx ġust. Opportun. "X'inti tgħid?" staqsieha jħares f 'għajnejha għall-ewwel darba minn xħin kienu ġew hawn. Simone resqet lejh. Bla ma qagħdet taħsibha darbtejn, poġġiet idejha t-tnejn fuq sidru, xuejha mbexxqin, għajnejha mejtin biex iqattru d-dmugħ. "Jiena kont inħobbok, Twanny. Int qatt ma ndunajt," kważi karbet. U dak il-ħin inħasad. Ħamiemu tar minn fuq fergħa ta' siġra fil-qrib u kompla jaħsdu. "Imma jien........." "Naf. Lilha." Twanny għamlilha iva b'rasu u tbissmilha b'mod ħelu. Għolliet idejha t-tnejn u poġġiethom f 'xagħru, tieħu gost tħoss dak ix-xagħar folt u skur bejn subgħajha. "U għadek?" "Le, Simone. Ma tarax!" weġibha jipprova jidher sinċier. "Giddieb." U telqet. Twanny kien qed iħoss għoqla fi griżmejh. Aħjar ma kien raha xejn. Aħjar le. Imbagħad fetaħ il-pala ta' idejh u nduna li kien hemm karta żgħira mgħaffġa b'nota fiha. Qalbu għamlet tikk. Dik x'kienet. Fetaħ in-nota u nduna li fuqha kien hemm indirizz. Zekzek b'ħalqu u ħass qalbu tħabbat mija mija. Tgħid dan l-indirizz kien ta' Simone? Jew.......? Beda jħossu eċċitat. Ħosbien fl-istess ħin. X'kellu jaqbad jagħmel? Ħeqq........mhux imur jara! Għal mument kien ser jaqbad jitlaq dak il-ħin. Dak il-preċiż mument. Iżda ddeċieda li jistenna. Wara kollox, ma kienx jaf ta' min kien. U jekk Simone kienet ħabbitu fil-passat, forsi kienet qiegħda tilgħablu ċajta. Twanny reġa' mar iħares lejn il-veduta, jifli l-kanuni ta' taħt il-ġnien tal-Barrakka, iħares lejn il-karozzi għaddejjin fl-isfond fin- naħa l-oħra tal-baħar Mediterran. Kulħadd kien għaddej b'ħajtu. Kulħadd għandu storja. U hu kien għadda tiegħu wara l-ħadid. Minħabba fiha. Iva, minħabba fiha! Bla ma kien jaf, kien qed jigdem ilsienu bejn is-snien. Kien qed jgħaqqad idejh ponnijiet. Kien qed iħoss il-vomtu tiela' mill-istonku. Kellu ħafna mistoqsijiet mhux imwieġba. U minflok mar f 'dak l-indirizz li kienet tatu Simone, fejn hu lanqas biss kien induna li kienet poġġietlu l-karta f 'idu, mar id-dar. Daru. Poġġa l-karta fin-nofs tal-mejda, fetaħ birra u qagħad iħares lejha, ilegleg bilmod, jieħu gost jassorbi t-togħma morra u ħelwa fl-istess ħin. "Dik togħma ta' sadid!" kienet tgħidlu Graziella meta kien xorob il-birra magħha. "Mela qatt xi darba doqt is- sadid int, tromba!" kien iweġibha daħqan. Fil-bidu li kien raha, kien sar jgħożż l-apparenza tagħha, il-ġisem perfett li kellha, imma mbagħad aktar ma kien beda jsir jaa, aktar kien rabat qalbu magħha. U kien sar iħobbha b'qalbu kollha. Qatt ma kien immaġina li Simone kienet ser tgħidlu xi ħaġa bħal dik. Qam minn fuq is-siġġu tal- mejda. "Iva." Leħinha. Graziella. Fl-awla. Beda jieħu n-nifsijiet twal. Iħoss l-għaraq ixoqq għalih. Qabad il-karta li kien hemm f 'nofs il-mejda. U telaq 'il barra. Qabad taxi u tah in-nota. L-indirizz kien f 'raħal ieħor. Ftit 'il bogħod. Imma kien lest li jara ta' min kien. Beda jħares lejn id-djar li kienu għaddejjin minn magħhom fuq iż-żewġ naħat. Beda jipprova jifli l-postijiet minn fejn kienu għaddejjin. Għalkemm kien ilu xi żmien barra issa, kien għadu ma darax dak li ġġib magħha l-liberta. Ħass il-palmi ta' jdejh xi it umdużi bl-għaraq, saqajh bdew jirtogħdu waħedhom u bla ma kien jaf, kien qiegħed iressaq nokklu minn xagħru lura b'mod kemmxejn goff għax ma kellu moħħ xejn. U t-taxi wasslitu eżatt quddiem kanċell fejn dehret dar kemmxejn kbira mibnija fuq żewġ sulari. Dar moderna. Sempliċi. Ftit pjanti fuq iż-żewġ naħat, twieqi jidhru nodfa tazza u l-ġebla miżbugħa kulur il-qamħ. Ħareġ minn ġol-karozza u mexa lejn il-kanċell. Fetħu u daħal fil-parapett. Resaq lejn il-bieb magħmul minn injam abjad. Għolla idu bilmod. Ried iħabbat iżda ma felaħx. Berraq għajnejh, xarrab xuejh b'ilsienu u reġa' prova. Ħabbat bilmod. Żgur ħadd ma kien ser jisimgħu hekk. Imbagħad dar biex jitlaq. Imbagħad reġa' dar biex iħabbat. Jitlaq. Iħabbat. Jitlaq. U ħabbat. Taħbita soda. Hekk. Kif kellu jkun. Beda jħossu eċċitat. L-art taħt saqajh donnha bdiet iddur bih. "Għidli, Graziella, din akkuża serja............" Leħen il-maġistrat. "L-imputat Twanny Cassar għamel dawn l-atti żienja kollha illi inti qiegħda tgħid?" U kienet għamlitlu iva b'rasha. "Mhux nisimgħuk........." "Iva." Sema' takkuna ttakkan minn hemm ġew fid-dar, riesaq minn naħa ta' ġewwa tal-bieb. U l-bieb. Il-bieb infetaħ bilmod. Twanny ħass għoqla fi griżmejh. Fetaħ għajnejh beraħ. Qalbu waqfet. Għal mument. U kien hemm wiċċ familjari quddiemu. Minn wara l-bieb. "Int?" staqsieha b'ton xejn allegru. Simone. Tbissmitlu. "Jien." Twanny ħa nifs twil. Lanqas ħaqq kien ħass ruħu eċċitat! Kien ser idur biex jitlaq. Kien qed iħossu ser jaqbad jirrabja. Din it-triq kollha għalxejn! Iżda mbagħad ra id oħra tbexxaq il-bieb kemmkemm aktar. Għajnejh iltaqgħu ma' tagħha. Dak il-wiċċ fin. Dawk l-għajnejn sbieħ. Xuejn. Xagħar. Arja ta' tifla. Avolja kien għadda ż-żmien. Kienet għadha l-istess. Sabiħa bħal qatt qabel. "Graziella," qalu xuejh waħedhom, hekk kif kienet qiegħda tħares lejh, b'għajnejha kollha dmugħ. 23 rakkont illum • Il-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 Ħati (It-tielet parti minn erbgħa) Sharon Calleja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021