Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-innoċenza: aktar sexy milli naħsbu li hi Love's Baby So kienet fwieħa tas-sebgħinijiet li l-islogan tiegħu kien "Because innocence is sexier than you think". Fwieħa kummerċjali, xejn ta' barra minn hawn, b'riħa li xxaqleb bejn il-lavandi tan-nisa u t-terra tat-trabi, u li f 'termini ta' marketing, kienet ipprezzata bix- xieraq biex tinxtara minn bniet żgħażagħ li qed jaspiraw li jkunu nisa anki mill-irwejjaħ li jarmi ġisimhom. Ir-riklam ċelebri, li llum ssibu fl-interent diskuss mil- lati kollha tal-politika kulturali, huwa t-tip ta' pubbliċità li daż- żmien 'qas jirnexxielha toħroġ mill-istudio ta' min wħoloqha: x'ċuċ hu l-aħħar riklami psewdo- seduċenti tal-Benna! U l-aktar f 'dawn iż-żminijiet estremi li qed ngħixu fihom, fejn donnha tiġik nostalġija perikoluża ta' era fejn ma konniex nieħdu għalina għal kull ħaġa ta' xejn, anki jekk nafu li kienu żminijiet ta' preġudizzji imfannda tant li kellna bżonn minn iqajjimna minnhom. Imma donnu din it-triq ħadet mogħdija li ma nafux fejn se teħodna, kif naraw mill-kultura tal-isnowflakes sensittivi li trid toqgħod sebgħa għajnejn biex ma tnaffarhomx, u l-cancel culture li tissogra teqred kull imgħoddi, kif donnu qed itihom it-Talibani dan l-aħħar, f 'ġieħ il-politkament korrett jew l-ideoloġiku aktar maħsusa milli maħsuba, u żgur mhux b'mod approfondit. Hawn mhuwiex lok għal trattati politiċi, u l-paragrafu ta' qabel inżidlu ċ-ċaħda li qed jinkiteb biss għall-effett aħħari tal-artiklu. Imma Perfettament Imperfetta, li mhux se jaqla' kjass bħal Li Tkisser Sewwi, żgur qatt mhu se jsib ruħi fis-sillabi, u nissogra ngħid li jaf isib il- bibien imsabbta f 'wiċċu minn bosta libreriji tal-iskejjel. Jaf il- pubblikatur ukoll kellu dubju u problema kif se jippustjah, minkejja li għandna skoperta sorprendenti oħra mill-Merlin. Kirsten Spiteri, li s'issa kien beda jagħmel isem bħala kittieb tal- fantaxjenza bl-Ingliż, ibiddel għal kollox ir-rotta tal-kitba tiegħu, u jippreżentalna xogħol tal-apparenzi qarrieqa, kapaċi jagħmilha ta' rumanz għaż- żgħażagħ mingħajr ma jinduna l-bouncer quddiem il-grada tal-moralità. Imma ma ddumx wisq ma tintebaħ bit-triangolu ta' imħabba, qatt magħqud, kważi inter-ġenerazzjonali, bi sfumatura, jekk mhux timbru msabbat bil-linka tqattar, Lolitesk. Charlotte, tfajla qrib it- tmintax, li l-perfezzjoni tagħha tidher l-iktar mill-warrani grazzjuż tagħha, iġġennen lil Wade, tifel pubexxenti, u li s-Sur Ruggier, li ż-żmien sajru, imma li, kif ngħidu bejnietna, għadu jrid, bil-kilba tat-tfajjel għadu qed jiskopri d-dinja. Dan iż-żewġ karattri jalternaw il-ħsibijiet tagħhom dwar din it-tfajla u kif eventwalment tibda tolqtilhom ħajjithom, f 'kapitli datati miktuba daqqa minn wieħed u daqqa minn l-ieħor, li jagħtu lir- rumanz forma ta' djarju minkejja li mhuwiex. Donnha din hi t-trovata tal-awtur li jinstema' fuq il-paġna biss mit-tqassim temporali tal-ġrajja, u għall-bqija jħalli liż-żewġ karattri ewlenin jillustraw il-fissazzjoni tagħhom b'din it-tfajla-mara li, jekk ma ġġenninhomx lejn it-tmiem ta' Humbert Humbert, xorta waħda għandha ġibda manjetika li ssammarhom għal fuqha. L-awtur Spiteri, fil-fatt, ma jeżistix bħala xi forma ta' narratur evidenti. U allura ma jindaħalx fid- deher. Madankollu, il-qari ffukat ta' dan ix-xogħol jikxef attitudni interessanti, forsi anki kuraġġuża, fil-mod kif il-karattri jingħataw il-libertà li jesprimu rwieħhom, l-istinti u l-ħsibijiet intimi u profondi tagħhom, mingħajr ma jħalli r-rumanz jaqa' fl-iskabruż, il-vulgari jew il-banali. Għax dan, essenzjalment, storja ta' sess. Minkejja t-tjubija innata ta' kull persunaġġ, hemm dejjem fil oskur għaddej minn dan ir-rakkont, fejn kważi tista' tinħasad, minkejja kull attitudni liberali li jista' jkollok, fejn donnu xejn minn xejn, mit- teħid ta' space cake 'l hawn u pirmla 'l hemm, sad-dettall dwar it-tnemmis u l-masturbazzjoni u l-faċilità tal-penetrazzjoni anali preludju għal orgażmi inkredibbli. Spiteri mhuwiex pornografu, għalkemm kitbietu taf tqanqal sew fil-kuntest li jtiha. Jippreżenta ġrajja ta' passjoni umana kif inhi, mingħajr ebda piżijiet morali jew ħtieġa ta' ġustifikazzjonijiet, ikunu xi jkunu, la biex iħarsu lill-awtur u lanqas biex iliġġmu lill-karattru. Il-mod kif il- persunaġġi jirrakkontaw dak li jgħaddu minnu, l-ewwelnett lilhom infushom, u hawnhekk naraw is-sens tal-organizzazzjoni djaristika, huwa msoffi mil-limiti tal-ħtija u tad-dnub, għax dawk forsi jiżviluppaw wara, imma mhux sakemm tkun nibtet għal kollox ix-xewqa. U jaf din it- teknika tagħmel lill-ktieb mill- aktar awtentiku: realistiku mhux f 'sens naturalistiku, imma ritratt riżonanti ta' fażijiet differenti fil-ħajja tal-bniedem li, minkejja d-differenzi tagħhom, għandhom l-istess għatx klubi għat-twettiq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021