Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 Mark Vella jtemm il-qari ta' Perfettament Imperfetta bit-tmaħħiħ dwar fil ta' oskurità li dejjem għaddej minn dil-ġrajja li donnha tbigħ lilha nnifsiha bħala rumanz ieħor għaż-żgħażagħ, imma li bil-mod il-mod jikxef il-qawwa tat-tema sesswali u l-investigazzjoni tax-xewqaat u l-kilbiet tagħna. fiżiku, l-imħabba, il-passjoni...il- mudullun tal-it żmien mogħti lilna fid-dinja. Erġajt qrajt il-ktieb ta' ħajti b'dan ir-rumanz, u forsi anki ħadt idea ta' kif għad inkun it snin oħra. Jien ukoll, nagħtu każ, kont ippruvajt nuża l-mużika, bħal Wade imma bil-wisq akbar minnu, biex bil-kunċett tal- mixtape nersaq lejn mara li qatt ma setgħet kienet tiegħi, u nisirqilha bewsa biex immut bis- sodisfazzjoni li bistha. U tintebaħ li l-passjonijiet, fl-essenza tagħhom, ma jistgħu jitliġġmu minn xejn, anki jekk hemm tant x'jista' jikkontrollahom. Sew Wade sew is-Sur Ruggier, fil-maturitajiet tant differenti tagħhom, Spiteri jagħtihomlna bħala ħielsa għal kollox, almenu fil-ħsieb l-aktar profond, u l-azzjonijiet tagħhom, lil hinn minn kull ġudizzju morali, joħorġu minn dan il-ħelsien stess. Hija kwalità tal-awtur li jitfa' l-karattri tiegħu f 'dinja fejn jaqdfu għal rashom: paradoss, għaliex hu qed jikkontrallhom mill-bidu sal-aħħar, imma s-suċċess ta' din il-ktieb jistrieħ f 'din il-għażla tista' tgħidilha ideoloġika fejn in-narrazzjoni titħalla timxi mill-momentum tagħha nnifsha. Charlotte, ukoll, mhijiex Eva bit-tuffieħa. Qatt ma hemm mument, u jaf hawn id- differenza ewlenija milli x'jiġi f 'moħħna bix-xebh ma' Lolita, fejn din it-tfajla, imperfetta minkejja l-perfezzjoni tagħha, tiġi mpittra bħala l-għerq ta' kull ħażen. Kull azzjoni tittieħed mill-karattri skont kif ikejlu r-responsabbiltà tagħhom u l-ġesti li jagħmlu, u fl-aħħar mill- aħħar, dik hi l-ħajja kif mgħejxa fil-mument fejn jitwettaq l-att. Wara kulħadd bravu, u mbagħad nistgħu noqgħodu mmaħħu jekk għażilniex sewwa dakinhar, u x'seta' u ma setax kien. Charlotte hija wkoll magħġuna mis-soċjetà u d-dinja ta' madwarha, kif ukoll prodott tal-passat personali tagħha: potenzjalment femme fatale li taħsdek minħabba l-età tenera imma l-attitudni żbukkata lejn dak li toffrilha l-ħajja, imma min-naħa l-oħra, it-tfajla tal- ħolm tar-riklami sajfin tal-ġelati jew tal-elf mod kif mod kif iċ- ċinematografija ppreżentatilna il-mara li ġġennen u ddawwar l-irjus. Għal darb' oħra jirnexxielu hawn Spiteri: imur lil hinn mill-konklużjonijiet faċli u skontati għal dawn il- kuntesti, u l-karattru ċentrali femminili jibqa' jingħoġob f 'din il-kumplessità tant reali. Tikka tifla, tifla mara, b'femminilità kompluta li ssostni t-tensjoni tan-nisġiet. Għal darb' oħra, taħt kull xbiha tfuh, hemm irwejjaħ oħra. Saħansitra ntejjen. U anki togħmiet tal-imrar. Perfettament Imperfetta qatt ma jagħti ċ-ċans tal-waqgħa fis-superfiċjali jew l-ovvju, u l-pjaċir tal-qari tiegħu huwa fil-fatt il-ġbid kontinwu bejn l-apparenzi innokwi u dak li għaddej minn taħt. Jaf huwa wkoll ritratt ġenerazzjonali li forsi ma jdoqqx għal widnejn kulħadd, imma jirnexxielu jammetti ż-żifna bejn id-dawl u d-dlamijiet, speċjalment b'suġġett tant qawwi bħal ma hija t-tiixa u l-iskoperta sesswali, anki, fuq livelli psikoloġiku, bħala xprun, sikwit inkonxju ta' tant mill- azzjonijiet tal-bniedem. Jibqa' xorta waħda ktieb dwar l-innoċenza, fis-sens tal- meravilja quddiem l-iskoperta u l-esperimentazzjoni, u anki l-perikoluż u l-ipprojbit. Xi ħaġa li tista' tolqotna f 'kull età, u taħjina mill-ġdid, minkejja kull konsegwenza u l-faxxinu li ġġorr magħha. L-innoċenza, hekk hu, taf tkun sexy għall- aħħar, wisq aktar milli naħsbu, u taħt kull deheb leqqien, hemm difetti li xorta jgħammxu u jħajru għalihom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021