Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 aħbarijiet Alfred Zammit jisħaq li l-Beltin eleġġew il-Kunsill tagħhom u għalhekk dan għandu jkun irrispettat u kkonsultat YENDRICK CIOFFI "Il-Beltin tellgħu l-Kunsill Lokali tagħhom u dan għandu jkun irrispettat." Hekk saħaq mal- gazzetta ILLUM is-Sindku tal- Belt Valletta, Alfred Zammit waqt li lmenta mal-gazzetta ILLUM li kontinwament, il-Kunsill Lokali qed ikun injorat u mhux qed ikun ikkonsultat fuq affarijiet importanti li jsiru fil-Belt. L-ILLUM poġġiet bilqiegħda ma' Zammit wara l-aħħar kontroversja li qamet hekk kif Boutique Hotel fi Triq Merkanti, ramat pjattaforma kbira għall-imwejjed u s-siġġijiet. Dan qajjem rabja kbira fost ir- residenti, bil-Kunsill Lokali jwieġeb li hu ma ġiex ikkonsultat dwar dan u li se jappella mid-deċiżjoni. Zammit jibda jisħaq li l-Kunsill Lokali tal-Belt, is-saħħa, jagħtuhielu mhux l-entitajiet imma l-liġi li tgħid iswed fuq l-abjar li kunsill lokali għandu jkun ikkonsultat. "Ma jsir xejn fil-Belt jekk il- Kunsill ma jkunx ikkonsultat," insista Zammit. Minnufih tkellem fuq il- kontroversja tal-pjattaforma u saħaq li minkejja li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tisħaq li bagħtet notifika dwar l-applikazzjoni għal din il-pjattaforma, la hu bħala Sindku u lanqas is-Segretarja Eżekuttiva, qatt ma rċevew xejn. "Kieku rajniha żgur li konnha se nopponu. Jiena sirt naf kumbinazzjoni meta xi ħadd mill-istaff ġie jagħmel permess mingħand il-Kunsill. Jiena ktibt lit- tmexxija tal-lukanda Rosselli biex jiltaqgħu miegħi u ħadd minnhom ma ġie," insista. Saħaq li hu favur iż-żoni pedonali u ma għandu xejn kontra l-imwejjed u s-siġġijiet sakemm dawn ma jagħlqux l-aċċess għan- nies. Fi kliemu, b'din l-istruttura, il-lukanda ħadet iż-żona pedonali għaliha. "Il-Kunsill Lokali mhuwiex kontra l-imwejjed u s-siġġijiet għalkemm it-triq hija tan-nies u għandu jkun hemm aċċess għall- pubbliku u li kwalunkwe struttura tiżżarma f 'sekondi f 'każ li jkun hemm attività jew bżonn li tidħol ambulanza jekk vettura tat-tifi tan- nar," kompla jisħaq. Insista wkoll li l-lukanda ma kellha qatt taqbad tarma l-istruttura qabel ma skada ż-żmien li fih il-permess ikun jista' jiġi appellat. Tenna li malli jinfetħu l-applikazzjonijiet, il- Kunsill Lokali se jkun qed jappella biex dan il-permess ikun irrevokat. Kien hawn li s-Sindku insista li "kontinwament" isiru xogħlijiet fil-Belt Valletta mingħajr ma jkun infurmat il-Kunsill. Fil-fatt, it ħin biss qabel din l-intervista, Zammit spjega kif sar jaf li l-Enemalta ħaffret parti minn Triq in-Nofsinhar, għax ċemplulu r-residenti. "Konsultazzjoni ma ssirx b'notifika. Jiena niakar żmien meta l-Awtorità tal-Ippjanar kienet tibgħat għas-Sindku wiċċ imb'wiċċ biex tispjega l-applikazzjoni biex wieħed jiddiskuti," kompla jisħaq. Insista li l-Belt Valletta ma tistax tibqa' tiġi meqjusa daqs kwalukwe lokal ieħor. "Din hija l-Belt kapitali. Il- pjattaforma sabiħa se tiġi imma mhux adattata għall-Belt. Il-Belt mhijiex San Ġiljan jew Paceville. Din se ssir fi Triq il-Merkanti, quddiem l-Università l-Antika u l-Knisja tal-Giżwiti. Id-dehra ma tmurx mal-bini storiku. Din mhijiex pjattaforma żgħira," insista s-Sindku waqt li fakkar li mill-istess triq jgħaddu diversi purċissjonijiet, inkluż dawk ta' San Duminku u San Pawl u anke tad-Duluri, tal- Ġimgħa l-Kbira u l-Għid. Staqsa x'se jiġri fil-festa ta' San Duminku meta jintramaw il- pedistalli tal-festa. Staqsa jekk il- lukanda hux se tkun lesta li żżarma l-pjattaforma għal tliet ġimgħat f 'din il-festa u kull meta tgħaddi xi purċissjoni mit-triq. "Il-UNESCO tagħmilha ċara li apparti li nieħdu ħsieb il-bini storiku, irridu nieħdu ħsieb il- komunità u t-tradizzjonijiet tagħha. Irridu nipproteġu l-festi. Malli rajtha, il-festi l-ewwel li ġew f 'moħħi. Ħa nagħmilha ċara. Ħadd mhu se jiġi jgħidli li l-purċissjoni tad-Duluri tgħaddi minn xi triq oħra!" insista. Apparti minn hekk insista li hu jinkwieta li dan il-permess se jkun qed joħloq preċedent għax ġaladarba ħareġ dan il-permess, se jkun hemm min jitħajjar u l-Awtorità tal- Ippjanar ma tistax tgħid le. Issa ilu sentejn Sindku u l-ILLUM staqsietu jekk iħossx li huwa stmat biżżejjed . "Jiena nitkellem ma' sindki oħra. Mhux jiena biss ma nkunx ikkonsultat. L-idea li s-Sindku qiegħed hemm biex jiġbor iż-żibel biss ilha li spiċċat," saħaq. Ilmenta li lanqas fl-okkażjonijiet tal-Istat li jsiru fil-Kapitali, is- Sindku lanqas jingħata importanza. "Affarijiet żgħar imma li jkissrulek l-entużjażmu. Aħna eletti b'mod demokratiku. Aħna mhux kap ta' entità tal-Gvern li jista' jitneħħa kull meta jfettilu l-Prim Ministru," saħaq. Tkellimna dwar il-fondi u insista li l-fondi li jingħata l-Kunsill Lokali Belti "huma tad-daħk," tant li qal li llum jiem għaliex il-Kunsilli ta' qabel kienu jispiċċaw bid-dejn. Kien hawn li saħaq li l-Belt ma tistax tkun trattata daqs kwalunkwe lokalità oħra, inkluż fejn jidħlu l-fondi. Fil-fatt, skont is-Sindku, apparti fondi oħra, il-Belt Kapitali tingħata fond speċjali ta' €100,000, liema fond ilu snin l-istess. "X'se tagħmel b'€100,000 llum?" kompla jistaqsi. Minkejja dan, insista li l-Kunsill Lokali qed jirnexxielu jaħdem tant li bħalissa, wara ħidma mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, qed isiru xogħlijiet f 'diversi toroq. Fit-28 ta' Settembru se tkun qed tinfetaħ ukoll il-Valletta Community Clinic, li saret wara ħidma konġunta bejn il-Kunsill Lokali u l-Ministeru għas-Saħħa. Għaddej ukoll ix-xogħol fuq proġett ta' Belvedere fl-inħawi tal-Qanpiena tal-Assedju, se jkun irrestawrat l-iljun storiku li jgħasses l-inħawi tal-Barrakka ta' Isfel u diversi xogħlijiet oħra ta' tisbiħ. Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, jisħaq li bil-permess għall- pjattaforma enormi quddiem lukanda fi Triq Merkanti, l-Awtorità tal- Ippjanar ħolqot preċedent CAREER OPPORTUNITY Deputy Director Jobsplus Permit No: 411/2021 The Environment & Resources Authority (ERA) is seeking highly mo vated individuals to join the management team in the posi on of Deputy Director. The Deputy Directors within ERA are responsible for the management of the func ons and the overall running of the assigned unit/s as directed by the Authority, in accordance with any applicable Na onal, EU and Interna onal laws. The posi ons of Deputy Directors at ERA are challenging and offer a good remunera on package. The Person: • Leadership skills to build organisa onal capacity and drive excellence performance • Effec ve management skills, with the ability to manage mul disciplinary teams • Strong inter-personal and people-skills to mo vate colleagues • Pro-ac ve and visible styles of leadership and management, capable of driving change effec vely • Experience of strategy development with result-oriented mind-set • Ability to carry out research and respec ve analysis of findings • Ability to generate synergies and collabora on within teams and among stakeholders Candidates must be in possession of the necessary qualifica ons and experience required by the call. Further informa on may be obtained on era.org.mt or via the QR code below. Interested candidates are invited to submit their applica on, together with a detailed Curriculum Vitae via email on vacancies.era@era.org.mt by noon (CET) of Monday 27th September 2021. For further informa on, kindly contact: Human Resources Unit Environment and Resources Authority Ref: Deputy Director Email: vacancies.era@era.org.mt Il-pjattaforma kontroversjali li ġiet installata fi Triq Merkanti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021