Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 storja IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 • illum L-Indipendenza: X'inbidel għall-poplu Din il-mistoqsija hija waħda kumplessa għax l-Indipendenza mhijiex biss il- ġurnata li fiha tkun seħħet imma hija marbuta ma' dak kollu li jkun seħħ mhux biss dakinhar tal-Indipendenza imma minn dak li seħħ qabel u dak li seħħ fis-57 sena minn dak il-jum. Dan joħroġ ċar jekk fl-analiżi tagħna nitilqu mill-jum tal-21 ta' Settembru 1964 u mhux nagħmluh il-fulkru tad-diskussjoni. Sa minn sitt snin qabel, iż-żewġ partiti kbar kienu wrew id-determinazzjoni li jiksbu l-Indipendenza għall-Malta meta fil-Parlament Malti, f 'Diċembru 1957, fuq mozzjoni ta' Dom Mintoff, issekondata minn Ġorġ Borg Olivier, is-sejħa għall- Indipendenza ġiet milqugħa unaninament. Iż-żewġ partiti kienu jafu li Malta kienet għadha 'l bogħod milli tkun ippreparata għall-Indipendenza imma kienu jafu li ma kienx hemm triq oħra. U naħseb minn dan il-fatt li għandna nibdew infittxu t-tifsira tal-Indipendenza. Fil-prattika, nhar il-21 ta' Settembru 1964, la kellu tifsira ekonomika u lanqas soċjali. Ftit li xejn inbidel wara li f 'nofs il-lejl niżlet il-bandiera tar-Renju Unit u telgħet dik Maltija. Ir-Reġina kienet qabel u baqgħet wara bħala l-Kap tal-Istat Malti. Ekonomikament Malta kienet għadha kwazi totalment dipendenti fuq in-nefqa tas-servizzi militari tar-Renju Unit bħalma kienet għal 164 sena qabel dan il-jum storiku. Jekk sas-snin ta' qabel il-gwerra din in-nefqa kienet ta' soljev għall-poplu Malti għaliex kienet sors important ta' impjiegi u qligħ, minn wara l-gwerra 'l quddiem din kienet saret mażżra ma' għonq il-poplu Malti. Iż-żewġ temi li kienu parti mid- diskussjoni ta' kuljum kienu s-sensji minn mas-servizzi u l-emigrazzjoni. Ir-Renju Unit u Malta Ir-Renju Unit kien qiegħed dejjem inaqqas in-nefqa tiegħu f 'Malta waqt li it li xejn telaq il-kontroll tiegħu fuq Malta. Malta kienet tajba biex isservi l-interessi imperjali Ingliżi jew is-sehem tar-Renju Unit anki f 'attivitajiet illeċiti. Kienet storja ta' mewġa waħda wara l-oħra ta' kriżijiet ekonomiċi. Il-privatizzazzjoni tat-Tarzna mill-Ammiraljat, pereżempju, issarfet f 'telf ta' eluf ta' impjiegi u ta' theddida għal din l-industrija. Fir-realtà, mingħajr in-nefqa militari Ingliża, f 'Malta ma kien hemm ebda ekonomija. Eluf kbar ta' nies bla xogħol ma jgħinux ekonomija tikber anzi l-istat irid jara kif jagħtihom l-għajxien. L-emigrazzjoni kienet tista' tgħid l-unika policy li setgħet twieġeb għal din is- sitwazzjoni u eluf kbar ta' Maltin, ħafna minnhom mgħejjuna mill-Istat, sakemm sirna indipendenti, kienu diġà għamlu din l-għażla. Soċjalment kienu seħħew numru ta' żviluppi: edukazzjoni għal kulħadd minn sitt snin sa 14-il sena fl-1949, id-dħul tal- iskema ta' Assigurazzjoni Nazzjonali fl- 1956 u xi skemi tas-saħħa matul l-istess żmien. Imma biex dawn segħtu jseħħu kien hemm bżonn ta' ħafna pressjoni fuq il- Gvern tar-Renju Unit għall-fondi meħtieġa. F'Malta in-nies dejjem kienu jżommu n-nifs biex jaraw kif dawn in-negozjati se jispiċċaw. U kien dan il-qtugħ ta' nifs li it it beda jħajjar lin-nies joħolmu dwar l-indipendenza u l-ħolma li bis-saħħa tal- għażliet tagħna nibnu ekonomija ġdida u ħajja aħjar. Fil-21 ta' Settembru 1964, bħal fis-snin ta' qabel, in-nefqa militari kienet u baqgħet il-fus li fuqu d-dur l-ekonomija Maltija. U l-Inglizi kienu assiguraw ruħhom min dan billi rabtu l-għajnuna finanzjarja lill- Malta ma' dik imsejjaħ Ftehim ta' Difiża. Bis-saħħa ta' dan il-ehim ir-Renju Unit żamm f 'idejh oqsma strateġiċi u anki f 'dan iż-żmien ma naqqas milli juża lil Malta fl-intriċċi tiegħu. Barra minhekk il-firxa ta' proprjetajiet li kien żamm f 'idejh il- Gvern tar-Renju Unit kien ta' xkiel għall- iżvilupp ekonomiku bħal pereżempju fl- oqsma tat-turiżmu. Imma l-istess Gvern Ingliż kien jaf li huwa stess kellu kriżijiet finanzjarji kbar ma xiex jissielet u beda jħares kif jittrasferixxi l-preżenza militari mingħandu għal għand in-NATO. Għal kull tip ta' kummerċjant Malti post il-baħri Ingliż beda jieħdu dak Amerikan jew tan- NATO. Il-Gvern Malti beda jfittex toroq biex jiddiversifika ekonomija u għalhekk beda jfittex sorsi ta' għajnuna barranija biex jitwettqu proġetti u jitħajjar l-investiment barrani. L-għajnuna barranija u investiment barrani biss segħtu jagħmlu d-differenza. Fl-1966, wara li l-PN kien għadu kif rebaħ elezzjoni ġenerali, f 'Memorandum lill-Kabinett, il-Prim Ministru esprima d-diżappunt tiegħu bl-attitudni tal-Gvern Ingliż u n-NATO lejn Malta u esprima l-fehma li Malta kellha bżonn li tħares 'il barra minn dawn ir-rabtiet tradizzjonali billi tiżviluppa relazzjonijiet anke ma' pajjiżi wara l-Purtiera tal-Ħadid. Fl-1967 il-Gvern Ingliż kien ħabbar wieħed mill-ikbar rundowns fl-istorja ta' Malta. Fit-toroq kellna pellegrinaġġi, "silent marches" mill-barranin li jgħixu Malta, flimkien mal-Gvernatur Ġenerali, u talb fil- knejjes. Fil-Parlament wkoll ġiet mgħoddija mozzjoni, imressqa minn Ġorġ Borg Olivier u ssekondata minn Dom Mintoff, biex tiċħad lill-Ingliżi u lin-NATO l-użu tal- faċilitatjiet militari f 'Malta. U f 'Diċembru tal-istess sena, il-Prim Ministru mar l-Italja biex jitlob lill-Prim Ministru Taljan biex jaqbeż għal Malta għaliex in-NATO qed titratta lil Malta qisha xi kolonja. Minħabba dan kollu l-emigrazzjoni reġgħet ħadet rankatura qawwija 'il fuq. '21 ta' Settembru kellha tifsira psikoloġika' Għalhekk il-21 ta' Settembru la kienet u lanqas setgħet tkun xi data maġika li kienet se tissarraf f 'bidla mil-lejl għan- nhar. Imma xorta kellha tifsira. Kellha tifsira psikoloġika. Għall-Maltin din kienet ġurnata ta' tama li forsi tiaħ il-bieb għal żmien aħjar. Għalkemm is-sens ta' pessimiżmu li kien jaħkem f 'Malta ma tarx mil-lum għal għada, il-fatt li kellna iktar għażliet kien meqjus bħala pass pożitiv. Pereżempju ma kienx hemm aktar il- bżonn li Malta titlob xi permess mill-Gvern Kolonjali biex tilħaq xi ehim kummerċjali ma' xi pajjiż barrani jew tiaħ relazzjonijiet diplomatiċi ma' pajjiżi oħra kif kienu l-affarijet sa l-1964. Dan kien diġà pass 'il quddiem u ma damx ma ta' xi frott. Jum l-indipendenza kellu wkoll tifsira ta' dinjità. Malta bdiet tissieħeb f 'għaqdiet internazzjonali u poplu żgħir bħal tagħna ma setax ma jħossux kburi jara l-bandiera Maltija tittajjar flimkien ma' dawk ta' pajjiżi oħra fuq binjiet bħal tal-Ġnus Magħquda u l-Kunsill tal-Ewropa fost l-oħrajn. Forsi għal popli oħra li kienu imdorrija jaraw lilhom infushom parti mid-dinja Ftit jiem oħra niċċelebraw Jum l-Indipendenza u għalkemm huwa jum li jagħmel lil ħafna Maltin kburin, bħall-bqija tal- Festi Nazzjonali, ftit li xejn nifhmu l-importanza tiegħu. Inbidel xi ħaġa fil-21 ta' Settembru 1964? X'differenza għamlet fil- ħajja tan-nies? Jikteb il-Professur Godfrey A. Pirotta Il-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier dakinhar li Malta kisbet l-Indipendenza Il-Monument tal-Indipendenza li juri lil Malta toħroġ mir-rabtiet li żammewha qaddejja ta' ħaddieħor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021