Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Aħna lkoll 'Mandraġġara' Il-bini bla rażan, l-indifferenza tal-Maltin, is-sehem attiv fil-bini ta' kull roqgħa, il-gabubi li qed jinbnew u li ħafna qed ikunu kostretti li jgħixu fihom, it-tnaqqir tal-ispazji pubbliċi u miftuħa, ifisser biss li kollha kemm aħna qed ngħixu 'ta' Mandraġġara.' Jikteb il-Professur Carmel Borg PROFESSUR CARMEL BORG F'waħda mid-diski ta' Jethro Tull, 'L-Apokalissi Urbana', il-grupp mużikali minn Blackpool isejħilna biex inwaqqfu l-għajta tal-'progress', naqilbu l-imwejjed fit-tempji, u nieqfu nistennew l-aħbarijiet ta' kuljum, għax il-Messija mhux ġej bil- bxara t-tajba. Il-grupp iwissina li qegħdin nikkompetu f 'tiġrija li nafu li se nitilfu; jitlobna biex inħallu r-raġuni terġa' ssib magħqadha, filwaqt li jfakkarna li r-riedni tal-apokalissi jinsabu f 'idejna. L-imgħallma tar-rock progressiv jemmnu li t-trażżin tal-mixja evoluzzjonarja u qerrieda tal-'progress' jinsab fit-tfittxija għal elementi atavisti minn żminijiet fejn ambjentalment konna ferm aħjar meta materjalment konna agħar. Il-mudell ekonomiku ta' aħtaf kemm ittik saħħtek, sakemm Helios, l-alla tal- Greċja l-Antika, jibqa' jxemmex fuqna, jikkontradixxi t-tfittxija għall-ħajja ta' kwalità, li żgur ma titkejjilx minn kemm binjet ir-raħal qiegħda tespandi lateralment jew 'il fuq u l-eqreb possibbli għall-ġenna mitlufa. Hekk kif il-morsa urbana tkompli tagħfas fuq ħajjitna, ma nistgħux inkomplu naħarbu mill-fatt li bl-indifferenza tagħna, l-appoġġ bla qies li ħafna minna nagħtu lill-politiċi responsabbli għat-tfassil dubjuż u abbużiv tal-politika urbana, u s-sehem attiv tagħna fil-bini regolari u rregolari ta' kull roqgħa u kantuniera ta' pajjiżna, aħna lkoll responsabbli għall-orġja urbana li tiddefinixxi lil pajjiżna. Għall-mandraġġ li ħloqna minn blata, aħna lkoll ikkundannati f 'għajnejn il-ġenerazzjonijiet futuri. Mill- iżbarra ambjentali se jkollna nammettu li aħna lkoll 'mandraġġara'. Filwaqt li ħafna huma dawk li xorbu mix-xampanja tal-iżvilupp bla qies, l-iskular kritiku li jispeċjalizza fil-politika urbana, Alessandro Busà, jistaqsina dwar min eżattament qiegħed igawdi mill- urbanizazzjoni bla rażan, u x'qed jieħu l-komun mid-dulluvju urban li qed jeqred minn kull fejn jgħaddi. Fit-tweġiba studjata li jagħtina, Busà jistqarr li deċenji ta' spekulazzjoni u kummerċjalizazzjoni tal- ispazji waslu biex il-komun sar speċi mhedda f 'ambjent aljen għall-ħajja umana. Jidher ċar li aħna l-bnedmin m'aħniex inlaħħqu mat- tibdil tant mgħaġġel tal-ekoloġija żnaturata li fiha rridu ngħixu. B'ton nekrofiliku, Busà jistqarr li ħafna minna qegħdin neżistu f 'ekoloġija urbana li żżommna ħajjin fuq il-magna tal- aljenazzjonijiet tal-ekonomija tax-xewqat, b'teknoloġiji li jtuna l-illużjoni tal-inkontru filwaqt li jħalluna f 'relazzjoni introspettiva magħna nfusna. Dan qiegħed jiġri għax ħafna mill-ispazji naturali tal- kuntatt uman inqerdu mill-iżvilupp urban nieqes mill-kwalità. 'Pajjiżna ħoloq ambjent li jnikktek tħares lejh u jmardek tgħix fih' Pajjiżna mhux biss kiel lilu nnifsu iżda ħoloq ambjent mibni li jnikktek tħares lejh u jmardek tgħix fih. Robert Smithson, artist u skultur Amerikan, jirreferi għall- ambjent mibni bi it valur estetiku bħala 'l-arkitettura tal-entropija.' Bini bla ordni u dekadenti mid-disinn. L-estetika tal- kruha, kif sejħilha Karl Rosenkranz fis-seklu dsatax, hija ċ-ċaħda tal-valur tas-sbuħija; valur li jiddependi ħafna fuq l-armonija u l-immaljar organiku mal-ambjent. Hekk kif l-ambjent jiddeterjora, l-perit-żviluppatur- kuntrattur ma jkunx kapaċi jżomm il- burdura estetika tal-binja mill-ambjent li jdawwar il-binja, dak li jitla' ġdid isir parti integrali mill-kruha ta' barra. Il-ġerħa ambjentali tinfetta u ma jibqa' l-ebda għan li wieħed jirreżisti l-kruha. Anzi, il-kruha tant issir normalizzata li l-għażla leġittima tiżviluppa f 'għażla bejn il-varjanti tal-kruha. Il-vittmi tal-pandemija tal-kruha arkitettonika ma jitħabbrux kuljum. Sakemm il-murtal jibqa' jdawwal is-sema u l-banda tibqa' ddoqq ma nqisux il-marda urbana bħala perikoluża għas-saħħa umana, dejjem jekk l-uman jibqa' fiċ-ċentru, u għal- ekoloġija, jekk naddottaw il-filosofija tal- interdipendenza. 'L-estetika urbana tirrifletti l-burdata tal- pajjiż' Peter Marcuse, professur emeritu fil- qasam tal-ippjanar urban, u iben Herbert Marcuse, il-filosofu u teorista kritiku, jistqarr li l-estetika urbana tirrifletti l-burdata tal-pajjiż. Spazji li jinbnew f 'kuntest fejn l-iżviluppatur/spekulatur/ kuntrattur jinteressah biss li jagħmel Ewro ta' malajr u bl-anqas spejjeż possibbli, u fejn l-awtortitajiet jista' jkun li ma jaraw xejn ħażin f 'dan ir-raġunament jew, agħar minn hekk, huma wisq ġwejfin biex jirreżistu l-gaffa politika li hija msieħba attiva f 'dan ir-raġunament, għandhom it-tendenza li jiżviluppaw f 'inħawi urbani li jwieġbu għall- effiċjenza, ħeffa u produzzjoni ta' bini fuq livell industrijali. F'dan il-qafas ta' ħsieb, il-binja ssir komodità, prodott għall-bejgħ, li jekk jista' jkun jinbiegħ bilġri minn fuq il- pjanta. Bħal kull prodott li jidħol fil-loġika tas-suq urban immatur, il-profitt huwa l-għan ewlieni tal-proġett. Is-sbuħija hija sekondarja. Filfatt, dak li jidher li qiegħed isir f 'isem l-iżvilupp tal-pajjiż, il-mantra tal-politiku li jgħatti x-xemx tal-iżvilupp bl-għarbiel tal-progress, jirrifletti sotto-żvilupp li ssibu f 'pajjiżi li ħerġin bil-mod mill-faqar, u li qegħdin jiskopru l-ġid fuq livell popolari għall-ewwel darba. F'dawn il-pajjiżi, it li xejn issib nies ippreparati intelletwalment u estetikament biex jirreżistu l-kruha. Il- politiċi u l-funzjonarji tagħhom joħolqu sistema li tippermetti li l-urban, f 'ħakka t'għajn, isir foresta li jkollok timxi fiha, Għall-mandraġġ li ħloqna minn blata, aħna lkoll ikkundannati f'għajnejn il- ġenerazzjonijiet futuri. Mill-iżbarra ambjentali se jkollna nammettu li aħna lkoll 'mandraġġara'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021