Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 aħbarijiet WWW.AGRIKOLTURA.GOV.MT EMFF 6.2.3 - DATA COLLECTION MULTI-ANNUAL PROGRAMME 2020-2021 Maritime and Fisheries Operational Programme 2014-2020 Part-financed by the European Union European Maritime and Fisheries Fund Co-financing rate: 80% EU Funds; 20% National funds Investing in sustainable fisheries and aquaculture The EU's Data Collection Multi-Annual Programme (DC-MAP) sets out the basic principles and the general rules on the collection, management and use of fisheries and aquaculture data needed for scientific advice, in line with the Common Fisheries Policy. The DC-MAP includes biological, environmental, economic, and social data. The framework needs to ensure accuracy, reliability and timeliness, safe storage and improved availability of data. Age reading from an otolith (ear bone) extracted from the head of the fish of (left) common dolphinfish (lampuki), ca. two months old [scale bar: 500 μm] and (right) European hake, ca. two years old [scale bar: 5 mm]. European Maritime and Fisheries Fund Il-lukanda Rosselli ma tilqax talba tal-ILLUM għal intervista dwar il-pjattaforma kontroversjali YENDRICK CIOFFI L-AX Group ma laqax stedina tal-gazzetta ILLUM għal intervista mat-tmexxija tal-lukanda Rosselli fil-Belt Valletta dwar il-pjattaforma kontroversjali li tpoġġiet fi Triq Merkanti u li qajmet rabja fost il- Beltin u anke persuni li għandhom għal qalbhom il-Belt Kapitali. Il-gazzetta ILLUM talbet lill-AX Group intervista mat-tmexxija tal- lukanda biex tistaqsi l-mistoqsijiet li qed jagħmlu diversi residenti Beltin, fosthom jekk il-lukanda hux lesta tneħħi din il-pjattoforma kull meta jkun hemm attività jew purċissjoni, anke għax minn din il-parti fi Triq Merkanti, jgħaddu ħafna purċissjonijiet antiki. L-ILLUM spjegat ukoll lill- Grupp li kienet lesta tagħti l-ispazju kollu lil-lukanda biex tispjega u twieġeb għall-kritika li qed issir fosthom dwar jekk kienx hemm konsultazzjoni, inkluż mal-Kunsill Lokali. Madanakollu, wara diversi jiem, l-AX Group bagħat biss l-istqarrija li ppubblika fit-30 ta' Awwissu li għadda. F'din l-istqarrija, il-grupp jgħid li qabel tpoġġiet il-pjattaforma, saru l-proċessi kollha kif stipulati fil-liġi u anke kien hemm konsultazzjoni mal-istakeholders kollha, inkluż fl- ippjanar. Insistew kif minkejja li kien hemm żmien twil fejn setgħu saru l-oġġezzjonijiet, għal din il- pjattaforma ma daħlitx oġġezzjoni waħda. Qal ukoll li għall-pjattaforma hemm il-permessi kollha u tista' tiżżarma kull meta jkun hemm xi attività. Insista li din l-istruttura se tkun qed tgħin biex jitjieb il-prodott turistiku fil-Kapitali. F'intervista mal-gazzetta ILLUM, is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit kellu opinjoni differenti. Insista li l-pjattaforma ma tmurx mal-estetika tal-Belt u saħaq ukoll li anke jekk hu mhux kontra l-imwejjed u s-siġġijiet, ma jistax jaċċetta li dawn jieħdu triq sħiħa. Insista li l-prijorità fit-toroq, partikolarment dawk pedonali, għandhom jibqgħu n-nies. Zammit insista li mal-Kunsill Lokali ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni, lanqas min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar. Fil-fatt, il- Kunsill Lokali qed jappella din id- deċiżjoni u qed jitlob li l-permess ikun irrevokat, anke għax fi kliemu, dan se joħloq preċendent. L-istess pjattaforma wasslet biex grupp ta' residenti Beltin fuq Facebook jingħaqdu b'mod formali. Il-Grupp Valletta Resident Revival qed isemma' leħnu dwar it-tħassib tar-residenti filwaqt li jkun proattiv u joffru soluzzjonijiet għal dak li hemm bżonn isir fil-Kapitali. "Fil-belt hemm ħafna illegalitajiet u serq ta' spazju li ħadd għadu ma kellu l-ħila u l-kuraġġ jieħu passi dwarhom," kien saħaq kelliem ta' dan il-grupp mal-ILLUM. Il-gazzetta ILLUM xtaqet tistaqsi lit-tmexxija tal-lukanda l-mistoqsijiet li qed jagħmlu r-residenti Beltin filwaqt li tagħtiha spazju twieġeb għall-kritika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021