Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166
10 analiżi IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Bejn il-ħolm u l-konkret u dawk li se jibqgħu barra Il-futur tal-ekonomija Matija. X'jgħid id-dokument tal-MIMCOL dwar dan? Fuq xiex se nibnu l-ekonomija ta' għada? It-tkabbir fuq xiex se jkun ibbażat? Se jgawdi kulħadd, inkluż il-ħaddiem u dak l-aktar batut? Ħafna kliem sabiħ, imma essenzjalment x'se jinbidel? Dr Joe Gravina janalizza l-punti ewlenin ta' dan ir- rapport.... JOE GRAVINA Kuraġġ u kompassjoni, il-futur tal- ekonomija Maltija. Jista' jkun li l-kapitaliżmu Malti qed jiswa wisq lill- gvern? Wara kriżi li għadha ma spiċċatx, il-Gvern se jkompli juża aktar flus pubbliċi biex iżomm lill-privat għaddej u jesiġi li biex inkomplu mmantnu s-sistema, għandna nisfruttaw kull riżorsa, fosthom l-impjegati li jridu jaħdmu u jkunu aktar produttivi u, importanti, paċenzjużi. Introduzzjoni – il-miti Id-dokument tal-MIMCOL, A Future- Proof Malta. A nation of courage, compassion and achievement ingħata għal konsultazzjoni sal-aħħar ta' Lulju li għadda. Fih naqraw, għal darb'oħra, dwar tkabbir ekonomiku (mingħajr, għal darb'oħra, ma nimu punt fundamentali, min gawda u qed igawdi l-aktar minnu). Li għandna hu ħjiel fuqhiex jibbaża t-tkabbir: il-konsum privat u investiment fil- gross fixed capital, magħduda mas-servizzi – gaming, finanzi, ICT – u tas-soltu, turiżmu, kostruzzjoni, merċa u manifattura. Ripetizzjoni oħra hi dik dwar ir-rata dejjem tikber tal-impjiegi. Ma nisimgħux, għal darb'oħra, x'tip ta' impjiegi qed jiżdiedu. L-impjiegi ddiskutejnihom f 'din il-gazzetta (20/06/21) fejn semmejna kif setturi ta' ħaddiema nisa, barranin u nies bi bżonnijiet speċjali jkollhom jieħdu dak li oħrajn ikaxkru saqajhom biex jaċċettaw. Dan id-dokument jirrepeti li r-rata ta' nisa fix-xogħol barra mid- dar telgħet minn 52% fl-2013 (kumbinazzjoni gvern ġdid) għal 66% fl-2019 imma mhux li din fost l-iċken rati fl-Unjoni Ewropea. Kull mit għandu bżonn l-għodda. Tkabbir ekonomiku u żieda fl-impjiegi huma spjegati bl-istatistika, lingwa dominanti għal dan it- tip ta' dokument. Imma l-istatistika, aktar milli tfisser u toħloq spazju għad-diskussjoni, hawn tintuża għal riklam. Eżempju ieħor il- kompetittività tal-ekonomija Maltija: għaliex ma jingħatawx il-persentaġġi tagħha li huma magħrufa? Diskors ta' valur retoriku politiku, jiġifieri ta' komunikazzjoni. A Future-Proof Malta. Id-dokument jitlaq mill-premessa diskursiva tal-World Economic Forum, dik tal-fundatur tagħha, ir-Raba' Rivoluzzjoni Industrijali – l-Industry 4.0. F'dan ix-xenarju, Malta tissokta fil-farmaċewtika, manifattura ta' għodod medikali u elettroniċi, l-IT, telekomunikazzjoni, eċċ. Industry 4.0 teħtieġ kontinwità u diġitaliżazzjoni: id-dokument jippreżenta l-ġenerazzjoni adatta, iż-żagħżagħ Maltin tal-lum huma aktar digitally-savvy, konnessi mad-dinja, u aktar edukati. Naqblu li din il-ġenerazzjoni tikkonsma aktar il-prodott diġitali mis-suq, imma minn fejn tistabilixxi aktar edukazzjoni ma ningħatawx ħjiel, lanqas fil-footnotes. L-istess meta jintqal li din il-ġenerazzjoni se ssir aktar meniġerjali, se tbiddel il-kultura tax-xogħol għal aktar nies jaħdmu għal rashom, ħinijiet flessibbli, eċċ u se naslu għal-kapitaliżmu tal-istakeholder. Ma nafx kemm dokumenti uffiċjali ta' dan it-tip ixandru l-ideoloġija politiko-ekonomika (i.e. il-kapitaliżmu), imma mitluf fil-ħolma, jittraskura, forsi rifless tat-tmexxija tal-MIMCOL, ir-relazzjonijiet soċjali. Meta sserraħ fuq iż-żgħażagħ, ma jonqosx li dawk anzjani ikollhom jaddattaw – jibqgħu xogħol, jagħżlu part- time, u jitgħallmu d-diġitali (p. 17). L-istess meta jissemma' iċ-ċittadin Malti. F'nifs wieħed, tbarri lil min mhuwiex (anki jekk jikkontribwixxi aktar minna għall-ekonomija Maltija). Il-Ħames kolonni Id-dokument iserraħ fuq ħames kolonni: tkabbir ekonomiku sostennibbli; Infrastruttura u Investiment; Edukazzjoni u Impjiegi; Ambjent; u, Kontabbiltà, governanza u r-Rule of Law. Hawn nikkonċentraw fuq tkabbir ekonomiku sostennibli u l-edukazzjoni u l-impjiegi. Sostennibiltà Fit-titlu prinċipali tad-dokument naqraw 'kuraġġ'. Trid bilfors ikollok bl-abbundanza, u immaġinazzjoni, biex tiem kif it-turiżmu, il-kostruzzjoni u l-infrastruttura se jixprunaw it-tkabbir sostennibbli. Fejn ikkolonizzaw, ma kinitx prijorità. X'serjetà hi meta hawn tiaħar li ġibt 2.8 miljun turist f 'sena? Politika ta' sostennibbiltà, ironikament, hi li spazji komuni jibqgħu jingħataw lill-kumpaniji privati ħalli dawn jirrenduhom, direttament jew le, f 'kapital privat. Id-dubji jiżdiedu meta tinnota mijiet ta' intrapriżi privati żgħar, skont id-dokument, il-'qalb li tħabbat tal- ekonomija Maltija', u nostalġija sfukata ta' small is beautiful tas-snin 70, li m'għandhomx biex isostnu dan jekk ma jgħinuhomx flus pubbliċi. Id-dokument għalhekk itenni li flus il-pubbliku għandhom jgħinu lill-privat. (p. 25) Minħabba li trid tiffinanzja żvilupp periferali, u l-baġits miċ-ċentru huma essenzjali, trid tagħti kas il-catch phrases minn Brussell. Għalhekk il-Green Deal ma tistax tinjoraha anki għax għandha baġit kontinentali. Id-dokument ma jistqarx preċiz is-sehem ta' Malta mir-Recovery and Resilience Facility, baġit marbut mal-Green Deal mogħni b'672.5 biljun ewro. Joffri proposti ta' kif jistgħu jintefqu: teknoloġiji li ma jniġġżux, bini li jaħli anqas enerġija, trasport, broadband, diġitalizazzjoni tas-servizz pubbliku, data cloud, edukazzjoni u taħriġ f 'ħiliet diġitali. Baġit ieħor, dak prinċipali, il-Multi-Annual Financial Framework 2021- 2027 hu aktar spjegat fejn tidħol Malta imma meta tgħodd kif se jitqassmu it-2.25 biljun ewro lokalment, stramba u mhux spjegata, jibqgħu 118 miljun mhux assenjati fit-tabella li tiġbor il-flejjes kollha. Barra l-ironija fit-tifsira ta' sostennibbiltà, u l-materja konkreta tal-iffinanzjar, il-bidu tas-sezzjoni dwar sostennibilità jagħti ħjiel x'ġej. Wara ripetizzjoni tal-ġenesi tat-tkabbir ekonomiku fis-sena 2013, tfaqqa' l-ewwel kuntradizzjoni: is-sostennibbiltà ekonomika li tul il-Covid (għal darb'oħra, ekonomija privata li żammha l-gvern bi flus pubbliċi) uriet kontinwità mhijiex, fis-setturi tradizzjonali, ħabiba tas-sostennibiltà Green Deal mixtieqa mill-Unjoni. Mal-kuntradizzjoni nsibu wkoll perspettivi dubbjużi. Perspettiva minnhom, tirrigwarda ċ-ċentri b'xejn għat-tfal u l-iżvilupp tal-infrastruttura, meqjusa frott tat-tkabbir ekonomiku u mhux l-għeruq ta' dak it-tkabbir. L-istess meta naqraw li l-pensjonijiet u ċ-children's allowances huma frott tat-tkabbir; naħseb tonqos mir- rispett lejn il-pensjonanti meta tirraġuna li dawn jeħduha b'kundizzjoni li jkun hemm tkabbir. Inkella dan tkabbir sinonimu ma' ingassa – jew tħalli l-azjendi jagħmlu aktar ġid għalihom (u b'hekk weġibna l-mistoqsija, min jiggwadanja l-aktar) jew inkella nirrevedu l-pensjoni u l-benefiċċji. Ma tistennix dan minn dokument li jistqarr li jixtieq jibdel il-valur tas-suċċess (bħalissa valuta finanzjarja) għal valuri oħrajn bħal pereżempju saħħa fiżika u soċjali, l-ambjent u l-kwalità tax-xogħol. Sfortunatament hemm aktar perspettivi mgħawwġa fosthom meta l-Għawdxin jitqiesu bħala opportunità sabiex tittestja / tesperimenta inċentivi u policies ġodda (p.26); forsi tort il-komunikattiva tar- rapport imma jistħoqqilhom aktar rispett. L-edukazzjoni Is-sostennibiltà tista' tiġi protetta meta tibni pedament fl-edukazzjoni. Hawn niltaqgħu ma' kuntradizzjoni oħra – x'jiġri meta l-edukazzjoni mħabbra hi dik ta' taħriġ għax-xogħol? It-Tielet kolonna tissejjaħ Edukazzjoni u Impjiegi, kif tidher li hi l-ħolma tal-imħuħ wara dan id-dokument, imma meta taqra l-kapitlu tinduna li żbaljaw it-titlu; kellu jkun 'Taħriġ u Impjiegi'. L-għan hu li tibni 'riżorsi-nies' f 'ħaddiema kompetittivi. Il-kurrikuli tat-tagħlim iridu jimtlew bil-ħiliet tajbin (the right skills; p. 37) marbuta mas-suq tax-xogħol. Imma anki f 'dan il-ħsieb tiltaqa' mal-paradossi: il- ħiliet mixtieqa mill-employers jinbidlu. X'se tagħmel l-iskola bi programmi li jieħdu snin? Hawn jidħlu kompetenzi ġeneriċi, fosthom fl- imġieba interpersonali (eż., l-azjenda tħossha 'familja'). Dan l-argument ta' kompetenzi hu marbut mal-employability (dejjem lest għal tibdil fix-xogħol) kontra l-job-for-life ta' qabel. Kompetenzi jirrendu kull ħaddiem kompetitur. Ma' dan, l-unjin tikkollabora … TRAĊĊI TAL-FUTUR EKONOMIKU