Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Edizzjoni kruċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Il-pandemija laqtitna lkoll, u speċjalment lis-settur ekonomiku li l-industrija tal- ktieb tagħmel parti minnu. Bħalma l-Gvern u l-Unjoni Ewropea daħlu biex jagħmlu tajjeb għad-danni ekonomiċi li ħalliet din l-imxija globali, fil-partikolarità tiegħu għamel l-istess il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li stinka biex iżomm l-industrija f 'wiċċ l-ilma: Sew bix-xirjiet straordinarji ta' kotba mill-pubblikaturi kif ukoll bl- organizzazzjoni eċċellenti ta' Festival virtwali u b'konsulenza mal-pubblikaturi u l-bejjiegħa dwar l-attivitajiet online tagħhom sabiex ir-rota tkompli, minkejja kollox, iddur. Għalhekk, issa li rġajna bil-mod il-mod għan-normal, u anki fid- dawl li issa Malta għandha waħda mill-aktar rati baxxi ta' infezzjoni fl-Ewropa, il-Kunsill qiegħed fl- aħħar waqtiet tal-organizzazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal- Ktieb ta' din is-sena, li għandu importanza bħal qatt qabel. Festival li l-ewwelnett jimxi bil- pinna u l-klamar mal-protokolli tas-saħħa u mal-aħħar żviluppi fl-illaxkar ta' ċertu restrizzjonijiet, anki fid-dawl tal-fatt li bi pjaċir rajna r-ritorn ta' fieri tal-kotba organizzati minn xi entitajiet privati. Bħalma qed jiaħ u jillaxka kollox tikka tikka u bi prudenza raġunata, l-istess jgħodd għall-industrija tal-ktieb li diġà kellha l-ewwel sfida it xhur ilu meta ma setgħetx tibqa' tuża Dar il-Mediterran għall-Konferenzi bħala s-sit tradizzjonali tagħha. L-użu ta' din is-sena tal-MFCC madankollu għandu l-potenzjal għal udjenzi akbar u anki ġodda u differenti. Tant hu hekk li din is-sena se tara wkoll għadd rekord ta' esebituri, sinjal ċkejken minn ħafna, iżda xorta importanti, tal-mod kif l-industrija tal-ktieb baqgħet tipprova tegħleb id- diffikultajiet li ġab miegħu daż- żmien imwiegħer. Barra minn hekk, se jkun hemm l-ingredjenti tas-soltu li jagħmlu dan il-Festival avveniment tant importanti, mhux biss fil-kalendarju kulturali Malti, imma wkoll fil-kuntest kummerċjali: l-enfażi fuq it-tfal u t-tixrid tal-importanza tal-qari, l-ispazju biex il-pubblikaturi u l-awturi jniedu xogħlijiet ġodda, l-avvenimenti ta' diskussjoni u qsim ta' ideat, u l-mistednin speċjali, l-ewlieni fosthom dis- sena l-awtur Skoċċiż Irvine Welsh. Bla flus... ...għax, fl-aħħar mill-aħħar, id-dinja tal-lum tmexxina lejn il- famuż bottom line, minkejja kull ħsieb għoli tagħna dwar il-fejda tal-ktieb. Mhix biss kwistjoni ta' bejgħ u qligħ tal-mument, minkejja li fatt magħruf li l-Festival huwa mistenni minn kull min jaħdem fid-dinja tal-ktieb bħala dawk l-erba/ħamest ijiem fejn il-balance sheet tirpilja daqsxejn u l-imħażen jitbattlu tikka oħra. L-aħħar statistika tal-NSO dwar l-industrija tal-ktieb (u x'aktarx l-ewwel waħda komprensiva dwar is-settur) turi biċ-ċar li, minkejja kull ċokon relattiv, is-settur jiġġenera madwar €5 miljun bejgħ, anki jekk qala' daqqa tajba fis-sena tal-pandemija. Toħroġ naturali li, fid-dawl ta' dawn il-flejjes, iż- żieda fil-kotba maħruġa, u anki l-għarfien tar-realtà kumplessa tal- pubblikazzjoni li mhijiex biss it- tlieta erba' djar tas-soltu, għandek għadd ta' nies li b'xi mod jew ieħor jaqilgħu x'jieklu minn din il- professjoni. Ħaddiema b'familji xi jmantnu. Mill-bejjiegħ bl-imnut, sad- distributur u l-istampatur, biex ma nsemmux il-waħdiet relattivi tal-pubblikaturi, imma anki xibka ta'ġ professjonijiet anċillari li xorta waħda jiddependu, min fi grad min f 'ieħor, mis-saħħa tal-industrija, bħat-tradutturi, il-qarrejja tal-provi u l-edituri, id-disinjaturi grafiċi. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa għalhekk, prożajkament, it-termometru tas-saħħa tal- industrija, imma wkoll il-mument indispensabbli għall-promozzjoni tal-prodott lil udjenzi usa' u għat- tiix ta' qligħ fundamentali li, l-ewwelnett, jgħajjex lin-nies, u sussegwentament, iwitti t-triq biex jitkomplew il-ħolqien u l-produzzjoni. Poetry in motion Lil hinn mill-proża xotta tal-fatti u ċ-ċifri, hemm dejjem il-poeżija tal-ktieb. Ħaġa li bosta fl-industrija jinvestu fiha u jmexxuha bl-istess ħrara li biha jfittxu l-bejgħa li jmiss. L-introduzzjoni ta' ktieb lil tifel, fejn tiaħlu l-maġija tal-qari li taf tibqa' miegħu sakemm jixjieħ. Id- disinn u s-sengħa tal-produzzjoni ta' artefatt. Id-diskussjoni li kapaċi jqanqal test, u d-dinjiet li jfantas rakkont. U, prinċiplament, is- sens ta' komunità: mhux biss tal- qarrejja tas-soltu u tal-addetti ai lavori, li jiltaqgħu darba fis-sena u jqabblu x-xogħlijiet minkejja li jikkompetu fuq il-lant tax-xogħol. Imma l-qsim tal-ideat, l-iskoperta tal-ġdid, u t-tlaqqigħ ta' tant saffi tas-soċjetà taħt saqaf wieħed. Tassew, la tgħannaq u lanqas tbus mingħajr il-flus. Imma għal min iħobbha l-fiera, kif l-antiki bħali baqgħu jsejħulu l-Festival, hija l-okkażjoni li bosta jistennew ħerqana għal-laqgħat ma' ħbieb antiki u għall-waqtiet ta' ħbiberiji ġodda u qsim bla heda ta' ideat u proġetti. Nistgħu ngħidu li l-Festival huwa żgur wieħed mill- akbar, jekk mhux l-akbar, siti ta' skambju intellettwali fil-pajjiż, li l-eku tal-it jiem tiegħu jibqa' b'xi mod jidwi għall-bqija tas-sena u jwassal għal xogħlijiet u prodotti ġodda, filwaqt li jkompli jintroduċi nies ġodda f 'dan is-settur dejjem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021