Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 Mark Vella jagħti daqqa t'għajn ħafifa lejn il-kisbiet kbar tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f'dawn l-aħħar snin, u jara l-edizzjoni tal-2021 tal-Festival tal-Ktieb bħala kruċjali għad-destini ekonomiċi tal-industrija u għall-għixien tal- ħaddiema u l-familji assoċjati ma' dan is-settur POSTIJIET TA' SENIOR MANAGER FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Senior Manager biex jassistu avukati fil-prosekuzzjonijiet u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti jrid ikollhom degree fl-accounts, banking jew suġġett relatat. L-Applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat, għandhom jintbagħtu lill-; Amministrazzjoni Jobplus Vacancy Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali No. 369628, Permit No. 274/2021 Nru. 53, Admiralty House, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill-ag@attorneygeneral.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgha 8 ta' Ottubru 2021 fis-13:00 hrs jikber. Dmir ċivili Jien stess spiss inqiegħed fid- dubju l-valur fejjiedi tal-ktieb akkost ta' kollox, aktar għat- tqanqil tad-diskussjoni milli għax ma nemminx fih. Li nemmen, madankollu, huwa li l-ktieb, jew almenu l-kunċett tiegħu bħala vejikolu li jittrażmetti l-għerf, l-għarfien u l-ideat, huwa wieħed mill-pedamenti ta' soċjetà li tiffunzjona. Mhux fis-sens ideali-idealistiku ta' repubblika anti-Platonika mmexxija mill- poeti u l-artisti, iżda ta' pajjiż li jirrispetta l-ideat, id-diskussjoni, u l-għarfien espert, u li jmur lil hinn mill-battibekk superfiċjali u odjuż biex isolvi l-kwistjonijiet tiegħu. Il-Festival huwa wkoll simbolu tal-ħelsien tal-espressjoni li qed nintebħu kuljum kemm spiss ħadnieh bħala fatta u kemm għandna kontinwament nistinkaw biex inħarsuh. Huwa wkoll, kif anki mfisser fil-missjoni tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, parti mill-istruttura biex ikompli jitkattar l-iżvilupp kulturali fsoċjetà ċivilizzata u demokratika, u għalhekk l-importanza fundamentali tal-qari u tal-kotba. Proġett għall-ġejjieni Inħarsu għalhekk 'il quddiem. L-aħħar Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb, immexxi minn Mark Camilleri, għamel ħwejjeġ kbar li l-industrija dejjem xtaqet u ħolmot bihom, iżda qatt ma kellha s-saħħa fl-għaqda biex tikkonċepihom u twettaqhom. Il-Festival huwa biss il-quċċata tax-xogħol li sar: minn aktar serħan il-moħħ għall-operaturi fir- rigward ta' drittijiet, aspetti legali u ħlas, sal-pagamenti regolari lill-awturi u l-pubblikaturi għas- self mil-libreriji, l-esportazzjoni tal-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna, u l-esplorazzjoni ta' sinerġiji ġodda ma' arti kuġina, bħaċ-ċinematografija. Ftit eżempji li l-Kunsill il-ġdid ġa daħal bir-ras u s-sieq biex ikompli jevolvihom mill-pedament samm li nbena tul medda ta' snin storiċi għall- industrija. Il-Kap Eżekuttiv il-ġdid, omonimu ta' qablu, diġà beda juri d-direzzjoni lejn rispett dejjem akbar għall-professjoni tal-kittieb u tal-ħaddiema tal-kotba, u dan il- Festival, anki għal Mark Camilleri, għandu jkun il-ħolqa bejn is-sisien imqiegħda u l-bini li għad irid ikompli jitla. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 se jsir fl-MFCC, Ta' Qali, bejn l-Erbgħa 3 ta' Novembru u l-Ħadd 7 ta' Novembru. Għal aktar tagħrif żur https://ktieb.org.mt Irvine Welsh - Il-mistieden internazzjonali tal-Festival. Ritratt: Ullf Andersen Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 se jsir fl-MFCC, Ta' Qali, bejn l-Erbgħa 3 ta' Novembru u l-Ħadd 7 ta' Novembru

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021