Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Claudio Grech huwa Deputat Nazzjonalista responsabbli għat-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-PN Claudio Grech L-akbar taqbida politika M a' tagħtix tort li ħafna nies jaħsbu li l-qofol tal-ħidma politika hija l-intriċċi, l-alle- janzi, il-kompromessi u l-batti- bekki bejn il-protagonisti. Dan huwa l-frott ta' kultura politika li hija mibnija fuq żewġ elementi ewlenin li jimmanifestaw ruħhom b'saħħa kbira f 'pajjiżna: il-kult li joħolqu ċertu politiċi madwar- hom, fejn il-persuna tal-politiku u mhux ħidmietu jsiru ċ-ċentru ta' kollox. Fit-tieni lok, il-poli- tika kompliet issir ħafna aktar tranżazzjonali, fejn il-vot qiegħed jitqies dejjem aktar bħala munita li tista' tiġi tranżatta, fejn - irris- pettivament mis-sustanza politika - persuna tivvota skond min ser jagħtiha dak li trid. Kull min għandu x'jaqsam ma' xi kamp politiku jaf li din hija r-realta' fattwali iżda it li xejn mistqarra. Issa hawn ħafna li jwaħħlu fin-nies (l-elettorat) għal dan kollu, fejn jgħidulek li la l-poplu jagħżel hekk ma' tantx hemm wisq x'tagħmel. Jien ma' naqbilx li l-elettorat jaħti għal din is- sitwazzjoni: anzi nemmen li l-elettorat – b'mod partikolari ż-żgħażagħ – huma l-vittmi ta' din il-kultura politika li qed tnawwar l-essenza ta' dak li suppost tkun il-politika: it-tfassil ta' leġislazzjoni u l-użu tat- taxxi tal-poplu biex jitmexxa 'il quddiem il-ġid komuni. Wasalna f 'punt fejn meta titkellem fuq il-ġid komuni r-reazzjoni tvarja bejn li tiġi injorat għal li jgħadduk biż-żmien sa li jittimbrawk konservattiv jew antikwat. Kif wasalna s'hawn, it jew wisq, kulħadd jaf. Sistema politika tribali li tifga' l-liberta' tal-ħsieb kritiku u toħnoq l-analiżi politika. Anke dak li huwa manifestament ħażin għas-soċjeta' il-massa tispiċċa tappoġġjah għaliex id- diktat tal-partit iddetta li hekk għandu jkun. Sistema politika li qed toħloq eluf ta' orfni għaliex aktar u aktar nies qed iħossu li l-partiti għandhom iħallulhom l-ispazju biex jaħsbu, jgħarblu u jiddeċiedu fuq il-bażi tas-sustanza politika u mhux fuq il-kult li joħloq madwaru min qed imexxi jew il-pjaċir li jista' jakkwista mingħand il-ministru tal-llum jew t'għada. U dan huwa proprju dak li qed niffukaw fuqu fil-ħidma tat-tiġdid tal-politika tal-Partit Nazzjonalista li għaddejja bħalissa. Ħidma li qed tinvolvi mijiet ta' persuni u mijiet oħrajn li ser ikomplu jiġu inklużi fil-ġimgħat li ġejjin. Persuni li fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu jew għadhom kritiċi tal-PN iżda li fil-PN għadhom jaraw il-mezz li permezz tiegħu huma jistgħu jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna mingħajr ma' jkollhom għalfejn ibiegħu ruħhom jew joqgħodu jinċensaw lil xi kult politiku. Ħafna jaħsbu li l-akbar sfida politika hija d-distakk elettoraliubejn il-PN u l-PL. Dak huwa fattwali: il-PN kien u jibqa' l-underdog fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Iżda l-akbar taqbida politika m'hijiex dik. Elezzjoni tiġi u tmur, pajjiżna jibqa' hawn u għandna obbligu li nibqgħu mmexxuh 'il quddiem. L-akbar taqbida hija dik kontra l-kultura tal-politika bla ruħ, bla valuri, bla sustanza u bla viżjoni. Taqbida li f 'dawn l-aħħar snin saret dejjem aktar diffiċli għaliex il-Gvern abbanduna kull forma ta' viżjoni u difen il-valuri fil-politika biex mexxa ħidmietu fuq politika li tagħraf il-prezz ta' dawk li lesti jsarrfu l-appoġġ tagħhom. Din hija t-taqbida li jrid jiffaċċja l-Partit Nazzjonalista: l-għażla bejn li jipprova jikkopja l-politika tal-PL u li tmexxi l-pajjiż fuq il-bażi ta' viżjoni ambizzjuża li tgħin lil kull wieħed u waħda minnha jagħmel suċċess u jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu jew tagħha. Jien konvint li l-Partit Nazzjonalista ser ikun l-ixprun li jerġa' jagħti direzzjoni lil dan il-pajjiż mibnija fuq viżjoni fattibbli, imħaddma fuq il-valuri li jagħmluna Maltin u immexxija fuq bażi ta' governanza li tixraq lill-Stat modern u innovattiv. Jien konvint minn dan għaliex, illum aktar minn qatt qabel, huwa ċar li l-Partit Nazzjonalista mhux ser ikun vejikolu esklussiv iżda ser ikun pjattaforma li jġib flimkien perspettivi differenti li jikkonverġu fil-ġid komuni. L-akbar taqbida hija dik kontra l-kultura tal-politika bla ruħ, bla valuri, bla sustanza u bla viżjoni L-akbar taqbida hija dik kontra l-kultura tal-politika bla ruħ, bla valuri, bla sustanza u bla viżjoni. Taqbida li f'dawn l-aħħar snin saret dejjem aktar diffiċli għaliex il-Gvern abbanduna kull forma ta' viżjoni u difen il-valuri fil-politika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021