Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 aħbarijiet Ir-rappreżentant Nazzjonalista fl-ERA ma jivvotax fuq l-inċineratur minħabba "kunflitt ta' interess" ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Membru tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Bord tal- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kien l-uniku wieħed li ma vvotax u lanqas attenda l-Laqgħa li approvat l-impjant kontroversjali tal- Waste-to-Energy (l-inċineratur). Chris Ciantar - eks policy director fil-Ministeru ta' George Pullicino - ma setax jivvota għaliex skont Kelliem tal-PN kellu kunflitt ta' interess minħabba xogħol ma' waħda mill-kumpaniji li esprimiet interess biex twettaq dan il-proġett massiċċ. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-PN għaliex Ciantar ma kienx preżenti għall-vot fuq proġett daqstant maġġuri u importanti għall-pajjiż, bil-Kelliem tal-PN jikkonferma u jgħid illi Ciantar bħalissa qed jikkoordina proġett iffinanzjat minn fondi ewropej u lokali fuq produzzjoni ta' biofertilizzant. Huwa spjega mal-ILLUM kif Ciantar qed jagħmel dan permezz ta' kumpanija ewlenija li esprimiet interess fil-proġett tal-inċineratur. "Għalhekk Ciantar ħass li għandu jirrikuża ruħu mid-diskussjoni f 'każ li tali kumpanija tintagħżel minnu fuq il-proġett li hu stess qed jikkoordina." Il-Kelliem tal-PN qal ukoll li Ciantar kien esprima din l-intenzjoni qabel is-smigħ u l-vot, kemm lill-PN u anke liċ-Chairman tal-ERA. Sorsi qrib il-Gvern li kellmu lil din il-gazzetta qalu iżda li hija stramba u opportunista kif il-PN ma jiħux pożizzjoni - permezz tal- vot fl-ERA - fuq proġett bħal dan "biex la jfuħ u lanqas jinten". Nhar il-Ġimgħa 17 ta' Settembru li għadda l-ERA approvat il- kostruzzjoni ta' faċilità ġdida Waste-to-Energy fiż-żona tal- Magħtab, flimkien ma' toroq għall- aċċess ta' dan l-impjant u faċilitajiet anċillari. Dan l-impjant se jkun qed juża skart mid-djar u dak kummerċjali u jiġġenera elettriku, filwaqt li - skont stqarrija tal-ERA - "drammatikament inaqqas l-iskart li effettivament ma jistax jiġi riċiklat u allura jkollu jitpoġġa f 'landfill." Il-Gvern kien esprima l-intenzjoni li jiżviluppa dan l-impjant lura fl-2018. Dakinhar il-Ministru Josè Herrera kien ħabbar li l-impjant se jkun mifrux fuq 5,000 metru kwadru ta' art u se jiswa' bejn €120 miljun u €150 miljun. Kien qal ukoll li l-impjant se jkun qed jitratta mal-40% tal-iskart li jkun iġġenerat f 'pajjiżna. Lura f 'Ottubru 2020 tliet konsorzji internazzjonali kienu shortlisted għal dan il-proġett. Dawn huma: FCCMA-Hitachi JV Malta, Urbaser-Terna u Consortium Suez - Tecnimont - Termomeccanica. Mal-gazzetta ILLUM il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia kien sostna li filwaqt li l-investiment li kien għamel Gvern Nazzjonalista biex il-Magħtab tiġi "issiġillata" u ma tnixxix dak li huwa tossiku, kien tajjeb, "xħin dħalt f 'Jannar (2020) għidtilhom li b'din ir-rata, se nispiċċaw ħdejn l-akkwarju tal-Qawra bil-miżbliet. Għalhekk bdejna l-proġett tal-Waste-to- Energy." Farrugia kien qal lil din il- gazzetta li professjonisti u persuni bħal Harry Vassallo, Edward Mallia u oħrajn "għamlu studju illi juri illi Malta għandha bżonn waste-to-energy u kien deċiż li dan l-inċineratur isir fil-Magħtab ukoll... Issa jiena mort għall-mudell build and operate, jiġifieri min se jirbaħ it-tender se jiddiżinja, jibni u jmexxi l-inċineratur." Huwa kien fakkar ukoll li kuntrarjament għall-perċezzjoni popolari, f 'postijiet bħal Vjenna, l-inċineraturi b'teknoloġija moderna huma attrazzjoni u f 'dan il-każ saħansitra jmiss mal- Università.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021