Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa kellna żewġ diskorsi politiċi, lejliet l-Indipendenza. Żewġ diskorsi li qed issir analiżi tagħhom f 'paġni 6 u 7, iżda li din il-gazzetta xtaqet tiaħ it aktar dwarhom f 'dan l-editorjal. Mhux tant dak li qalu, iżda aktar minn hekk, dak li ma qalux. Nibdew bl-ambjent. L-arja li nieħdu, l-art, il-bidla fil-klima, il-kostruzzjoni u tant aktar. Ħlief paroli fl-arja u fil-vojt ma smajnix mill-Kap tal-Oppożizzjoni u xi it jew wisq anke mill-Prim Ministru. Issa imbilli Bernard Grech jgħid li jrid "koalizzjoni" fuq l-ambjent!? Biex ikollok koalizzjoni fuq l-ambjent trid tipproponi miżuri drastiċi - ma hemmx għażla! Jekk irridu insalvaw il- karatteristika tal-irħula tagħna, hemm bżonn nipproteġuhom bil-liġi. U xi tfisser dik? Jiġifieri min għandu townhouse fil-pjazza ma jistax iwaqqagħha biex jibni appartamenti! Jiġifieri aktar u aktar żoni jridu jkunu konservati, li mill-ġdid ifisser li eluf fuq eluf ta' sidien ta' proprjetajiet fiż-żoni antiki f 'Ħal Qormi, Birkirkara, Ħamrun, Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar (ir-raħal l-antik), Ħal Tarxien, Marsaxlokk, iż-Żejtun, iż-Żurrieq u kważi kull lokalità oħra ma jistgħux iwaqqgħu d-dar u jibnu flats minflok! Dik hi r-realtà li la fuq il-Fosos u lanqas f 'Ta' Qali, ħadd ma tkellem dwarha. U dażgur, dan kulħadd igerger, sakemm id-dar li tkun trid taqa' biex minflokha jitilgħu l-flats tkun tiegħu! Jekk irridu insalvaw l-karatteristika tal-irħula tagħna, deċiżjonijiet iebsa hemm bżonn u inizzjattivi fiskali biex tal-inqas min ma jistax iwaqqa' ikollu inċentiv jirrestawra u jbigħ, minflok jabbanduna l-proprjetà! Il-Prim Ministru l-istess. Semma' elenku ta' proġetti tajbin, semma' proġetti ta' spazji pubbliċi li huma tajbin...imma kemm tħares madwarek u tara l-ambjent, kemm qed nieħdu ħsiebu! Ħarsu lejn is-sitwazzjoni tal-ħmieġ fit-toroq u l-bankini tagħna: Ejja nammettu li qed infallu! Dawra mat-toroq ta' Buġibba biss, diġà ġġiblek għajnejk wara widnejk! Karti, fliexken, żibel miuħ, magażins itiru mar-riħ... għarukaża kbira! U mhux Buġibba biss, kważi kullimkien. Erba' buffuri riħ u tara t-toroq mandra! Hemm bżonn sistema serja u professjonali li taċċerta tindif kuljum, kullimkien, darba jew darbtejn kuljum. Ma fihiex xi teknoloġija ta' space shuttle din! Tiswa' l-flus vera, imma trid issir. Imma la fuq il-Fosos u lanqas minn Ta' Qali ma smajna xejn! Imbagħad l-arja! X'qed tipproponi l-Oppożizzjoni differenti? Ejja nkunu onesti: Mhux biżżejjed! U x'qed jipproponi l-Gvern, li se jagħmel differenza kbira u serja għada u s-sena d-dieħla? Ejja nkunu onesti: Mhux biżżejjed! Tajjeb li qed isiru inċentivi biex aktar nies jixtru karozzi elettriċi u j'Alla l-Baġit li ġej iservi biex ikun hemm aktar inċentivi ta' dan it-tip, imma neħtieġu aktar. Neħtieġu nkomplu intejbu u nipprijoritizzaw it-trasport pubbliku fuq il-karozzi. Inkella inutli, qed ngħazqu fl-ilma għax nafu, bil-fatti, li l-akbar emissjonijiet ġejjin mill-karozzi. U t-toroq kbar tal-lum xi darba, xorta mhux se jservu. Fid-dawl ta' dan it-tħabbira ta' Robert Abela li jrid diskussjoni fuq il-Metro u li l-Gvern għandu l-istudji lesti, tiġi bħal nifs frisk u ġdid u tant bżonnjuż. Probabbilment hija l-unika ħaġa li qajmet interess notevoli, miż-żewġ diskorsi! Jekk Metro hija vijabbli u jekk ser issir flimkien ma' rijorganizzazzjoni tat-trasport pubbliku u inċentivi biex wieħed juża metro u mhux karozza, mela ejja nibdew ix-xogħol illum qabel għada! Imma ma nilludux ruħna li din ser issir f 'sena u ser issir mingħajr sagrifiċċji, l-aktar il-qalba mill-karozzi għat-trasport pubbliku (u allura l-metro u tal-linja). Jekk il-politiku, lin-nies se jibqa' jgħidilhom u jurihom li se jibqa' jipprijoritizza l-karozzi u jirregalak talli tuża l-karozza, mela l-Metro tkun ħela ta' flus! A White-elephant in the making! Fuq l-ekonomija smajna xi differenza? Le ma hemmx differenzi kbar, lilhinn mir- rettorika. Il-Gvern għandu track record tajjeb fejn jidħol finanzi u miżuri ta' fejda fl-aħħar snin, imma issa jrid imur pass oltrè. Irid juri t-triq biex niħu aktar niċeċ ekonomiċi ġodda u biex ma nibqgħux niddependu wisq fuq setturi tradizzjonali. Il-Covid-19 għalmitna dan, bi prezz qares! Il-Kap tal-Oppożizzjoni x'ekonomija jrid? X'tip ta' turiżmu irid? Iżgħar, imma aktar ta' kwalità? Liema setturi ġodda qed iħares aktar lejhom? Jitkellem ħafna dwar ir-rgħiba Bernard Grech u l-PN, ir-rgħiba għal flus u kemm hi ħażina. Imma x'se jagħmel biex inaqqasha? Ħa jitla' l-PN fil-Gvern, u mil- lum għall-għada il-poplu jsir missjunarju? Minn naħa l-oħra huwa tajjeb u xieraq iva li Bernard Grech ippropona żieda fil-pagi tal-għalliema u l-infermiera, wasal iż-żmien li jkun hemm aktar rikonoxximent ta' dawn is-setturi tant importanti għal pajjiżna u li bosta drabi kienu f 'kunflitt mal-Gvern fl-aħħar sena u nofs, l-aktar riżultat tal- Covid-19. Nappellaw lill-PM, biex lilhinn miċ-ċapċip u l-paroli jagħti rikonoxximent xieraq lill-frontliners tal-pandemija issa li jidher illi l-kbir għadda! Għamel tajjeb dan il-Gvern? Iva, u ħafna wkoll speċjalment iffaċċjat bl-akbar kriżi ekonomika u soċjali mit-Tieni Gwerra Dinjija. Qed tagħmel passi 'l quddiem l-Oppożizzjoni? Iva qed tagħmel, u qed tkun aktar propożittiva u qed tipprova tibni pontijiet ma' dawk li weġġgħet jew injorat għal snin! Imma l-poplu jrid jisma' s-soluzzjonijiet għall-futur. Irid ikun jaf kif il-problema li għandu llum, se tkun solvuta għada. Kif il-pajjiż li ngħixu fih se jkun u se jidher aħjar ix-xahar id-dieħel, kif l-arja li nieħdu se tkun aktar nadifa pitgħada, x'ekonomija se jkollna fl-2022 - suppost wara l-pandemija, jinteressah kif se jkollu but aktar mimli biex jgħix aktar komdu, jinterssah fuq min, meta tasal kriżi oħra, huwa l-aktar kapaċi imexxi fl-ibħra imqallbin! Fuq hekk irid jiddeċiedi l-poplu mhux fuq ir-rettorika! Ir-rettorika, aktar kemm jgħaddi żmien, inqas qed timpressjona! Soluzzjonijiet, mhux ħafna rettorika jekk jogħġobkom!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021