Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 • illum aħbarijiet L-Awtorità tal-Ippjanar tgħin f'xogħlijiet ta' rinovazzjoni fit-Teatru Salesjan f'Tas-Sliema It-Teatru Salesjan f ' Tas-Sliema, li bħalissa għaddej minn xogħlijiet ta' rinnovazzjoni estensivi, irċieva għotja finanzjarja mill-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jitlesta l-proġett. Ir-rinnovazzjoni tat-teatru jiżgura li l-post isir spazju aktar professjonali u ambjent aktar komdu għal udjenzi differenti. Il-proġett ġie introdott mid-Direttur Eżekuttiv tat-Teatru Salesjan, Fr Charles Said, fil-preżenza tal-Ministru għall- Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar Onor. Aaron Farrugia, iċ-Chairperson tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp, Perit Vincent Cassar, u s-Sindku ta' Tas- Sliema, s-Sur Anthony Chircop. L-Awtorità, permezz ta' għotja ta' €92,000, se tkun qed tkopri l-ispejjeż tar- restawr tal-aperturi kollha tad-dawra tal- bini, xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq il- faċċata, inkluż ż-żewġ gallariji tal-ġebel, u rinnovazzjoni tal-metall ornamentali tul il-ġnien eżistenti fuq in-naħa tat- teatru. Perit Vincent Cassar, Chairperson tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp qal "l-appoġġ li qed nagħtu għax-xogħlijiet strutturali u ta' rinnovazzjoni li qed isiru ġewwa dan it-teatru se jwassal għall- benefiċċju għall-komunità ta' Tas-Sliema. It-Teatru Salesjan jagħti lill-komunitajiet sens ta' sjieda fix-xogħol tagħhom u jintroduċu modi innovattivi sabiex iġibu l-arti qrib in-nies. Mhux ta' b'xejn li s-sena li għaddiet ingħataw il-Premju tal- President għall-Kreattività." "Għandna obbligu mhux biss li nissalvagwardjaw il-wirt mibni tagħna imma responsabbiltà li nipprovdu spazji fejn komunitajiet futuri jistgħu jintegraw u jibnu relazzjonijiet aħjar permezz ta' proġetti bħal dan." temm Perit Cassar. Fl-2019, il-proġett irċieva wkoll appoġġ finanzjarju konsiderevoli permezz tat- Theatre Spaces Funding Scheme li huwa ġestit b'mod konġunt mill-Arts Council Malta u Teatru Malta. It-Teatru Salesjan, li jinsab fil- parti residenzjali ta' Tas-Sliema, huwa l-eqdem teatru eżistenti fil-lokalità u wieħed mill-eqdem teatri li għadhom jintużaw f 'Malta. Imwaqqaf fl-1908, it- Teatru Salesjan kien sors popolari ta' divertiment għall-pubbliku. Is-snin 30 kienu żminijiet kruċjali fl-istorja tat- teatru, meta Carmelo Galea, Fra Salesjan Malti, irritorna lejn pajjiżu minn Modica ġewwa Sqallija. Wara l-wasla tiegħu, it-teatru żied il-produzzjoni artistika tiegħu, partikolarment fejn tidħol il-mużika. Wara l-mewt tiegħu fis-sebgħinijiet, it-teatru baqa' jintuża mill-grupp teatrali Atturi Salesjani sakemm il- maniġment eventwalment biddel l-idejn fl-2011 u beda jaħdem biex jirriġenera l-produzzjoni tat-teatru għal dak li hu llum. Fuq il-proscenium tat-Teatru Salesjan hemm pittura speċjali ħafna fiż-żejt fuq il-ġebla tal-artist Malti Giuseppe Calì. Il- pittura turi Il-Virtujiet tal-Umanità; Fidi, Onestà, Morali, Għarfien u Tjubija, u ġiet inawgurata fl-1910 minn Don Allegra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021