Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

B ħalissa madwar il-pajjiż għaddej proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar l-estimi finanzjari (baġit) għas-sena 2022. Kif jaf kulħadd il-baġit annwali huwa, forsi l-iktar għodda importanti li pajjiż (stat sovran) għandu biex jkun jista' jirregola l-ħidma tiegħu. Għodda, li l-kostituzzjoni tpoġġi f 'idejn il-gvern tal-ġurna- ta biex permezz tagħha flimkien l-gvern jkun jista' jwettaq l-ħidma tiegħu u jimplmenta l-programm politiku tiegħu. Programm li jkun qed jitwettaq fil-framework ta' programm elettorali li wara kollox jkun kiseb il-kunsens tal-poplu permezz tal-elezzjoni ġenerali. Kif drajna illum dan l-proċess tal-baġit ma għadux biss process ta' accounting. Jew proċess tal- ibbilanċjar tal-kontjiet tal-pajjiż. Kif jaf kulħadd, llum il-proċess tal-baġit ma' għadux proċess fejn il-Ministru tal-finanzi, f 'isem il-gvern, jippreżenta pjan lill- Parlament li wara jsir id-dibattitu u l-proċess meħtieġ, dan l-stess baġit jiġi approvat, jew f ' kas rari jiġi rriutat, u naturalment jkun ifisser it-tmiem tal-ħajja tal-gvern. Illum il-proċess tal- pjanifikazzjon jibda ħafna qabel ma' jiġi moqri mill-ministru tal- finanzi fil-parlament. U mhux biss twal iż-żmien tal-ppjanfikazzjoni tal-estemi tal-gvern, iżda twesset il-konsultazzjoni. Dan għaliex b'żieda mal-konsultazzjoni interna fi ħdan il-ministeri u l-għadd kbir ta' dipartimenti li jaqgħu taħt id-diversi ministeri, drajna wkoll b'konsultazzjoni u diskussjoni iktar wiesa' tas-soċjetà. Parti minn dan l-proċess ta' konsultazzjoni qed issir permezz ta' laqgħat li qed isiru f 'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Laqgħat li fihom minn barra l-pubblku inġenerali jkun mistiedna wkoll rapreżentanti ta' dawk hemm imsejħa l-imsieħba soċjali. Waħda minn dawn il-laqgħat, f 'dan il-proċess ta' konsultazzjoni veru wiesa' saret f 'Għawdex nhari il-Ġimgħa 24 ta' Settembru ġewwa iċ-Ċittadella ir-Rabat , Għawdex. Laqgħa li, li l-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Volontarji Għawdxin (il-Gozo NGOs Association), kienet mistiedna biex tibgħat rappreżentant tagħħa biex f 'isem l-Assoċjazzjoni jkun jista' joffri kontribuzzjoni. Kontribuzzjoni li naturlament tkun kontribuzzjoni f 'isem is-settur tal-volontarjat u dak tal-għaqdiet mhux governattvi li jaħdmu min Għawdex jew jaħdmu fl-interessi ta' materji konnessi mal-gżira reġjun t'Għawdex u tar-resident li joqgħdu f 'Għawdex. Kif ktibt iktar il-fuq, din ma kienetx l-ewwel darba li saru diskussjonijiet dwar il-baġit. Lanqas ma kienet l-ewwel darba li rappreżentanti tal-Gozo NGOs Association ħadu sehem f 'diskussjonijiet ta' importanza fejn jidħol Għawdex u l-Għawdxin, speċjalment fejn jidħlu s-setturi tal-volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin (NGOs), kif ukoll l-interess tal-mijiet tal-voluntiera attivi f 'dawn l-istess għaqdiet. Dan l-Assoċjazzjoni tagħmlu is-sena kollha b'diversi mezzi, u b'mod speċjali permezz tal- ħidma tar-rappreżentanti tagħha fuq il-Kumitat Reġjonali ta' Għawdex li jifforma parti mll- istrutturi tal-Kunsill Malti Għall- Iżvlupp Soċjali u Ekonomiku (l-MCESD). Iżda sa fejn niakar jien din kienet l-ewwel darba li l-Gozo NGOs Association ġiet uffiċjalment mistiedna mill-Minsteru tal-Finanzi biex tipparteċipa f 'diskussjoni pubblika bħala parti mill-proċess tat-tfassil tal-baġit. Dan jien ninterptrah bħala sinjal pożittiv u ta' apprezzament lejn is-settur tal-volontarjat Malti b'mod ġenerali u b'mod iktar partikolari u speċifiku lejn is-settur tal-volontarjat Għawdxi. Settur li f 'Għawdex jidher li għandu nfluwenza li b'mod ġenerali ikbar minn dik li għandu f 'Malta. Huwa pprovat li s-settur tat-turiżmu u huwa settur li jagħti kontribut ewlieni fl-iżvilupp u progress fejn jidħol Għawdex. U kif żgur li kulħadd huwa konxju, biex post - pajjiż, kbir jew żgħir; reġjun; gżira jew lokalità - jiġbed lejh turisti ta' kwalità, irid jassigura li fost affarijiet oħra dan l-stess local jrid jassigura li jkun hemm offrut programm attraenti u ta' kwalità u ta' attivitajiet kulturali, sportivi eċċ., u matul is-sena kollha. B'hekk waqt li l-viżitaturi jkollhom il-ħin jgawdu l-veduti u l-baħar jkollhom ukoll fejn jattendu u jipparteċipaw f 'attivitajiet li barra li jkunu divertenti jkunu wkoll kultualment ta' livell tajjeb. U fl- stess ħin jkunu jistgħu jitgawdew mir-residenti permanenti tal-istess lokalità. U f 'Għawdex huwa s-settur tal-volontarjat u tal- NGOs li jesegwixxu b'mod assolut dan d-dover li jfasslu u jattwaw dan il-programm kontinwat ta' attivitajiet ta' livell għoli matul s-sena kollha. Huwa dan is-settur, li illum huwa msejjaħ wkoll it- tielet settur, li f 'Għawdex għandu sehem kbir biex tiddawwar ir-rota tal-ekonomija Għawdxija. U mhux biss. Dan is-settur tal- volontarjat qed jagħti sehem kbir biex jogħla l-iżvlupp kultural, flantropiku, fost oħrajn tar- residenti li jqisu lil Għawdex bħala pajjżhom. U fil-kuntest tat-tħejjija tal-baġit għas-sena d-dieħla il- parteċipazzjoni tar-rappreżentant tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin tikseb importanza ikbar meta wieħed jqis dak li kellu x-għid il- Mnistru tal-Finanzi fid-diskorsi li qed jagħmel waqt dawn is-sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni pubbliċi u iktar u ikar dak li kiteb l-istess Ministru fl-introduzzjoni tad-Dokument ta' Qabel il- Baġit li jitħejja u jiġi mqassam biex jkun jista' jiffaċilità l-istess Konsultazzjoni. U nsaħħaħ din l-idea, iktar u iktar meta nħares lejn id- dokument ta' qabel il-baġit li tħejja bħala preparazzjoni għal dan il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika. B'mod iktar preċiż, l-Onor. Clyde Caruana, Mnisru tal-Finanzi jgħid bl-iktar mod ċar li "l-Baġit ma għandux – u mhux ser – ikun eżerċizzju biss ta' numri u tkabbir. Imma għandu jkollu agenda integrata, fl-aspetti kollha tagħha, ma aspetti 'green' (niem f 'sens ambjentali/sostenibbli) u dawk soċjali" Fl-istess waqt Clyde Caruana jgħid ukoll li ''dan kollu jrid jiġi inkwadrat f 'ambjent ta' nfiq sensibli mill-Gvern u mill- entitajiet kollha tiegħu biex b'hekk jkun jista' jiġi miksub l-valur massimu ta' kull Euro li jintefaq". U hawn naturalment, u b'wiċċi minn quddiem nsostni li s-settur tal-volontarjat u dak tal-NGOs Għawdxin huma u naħseb li ser jibqgħu, jekk naturalment jibqgħu jirċievu s-sosstenn meħtieġ, imsieħba ewlenin biex jiġu milħuqa l-għanjiet elenkati mill-istess Mnistru iġifieri żvilupp li jkun integrat mas-sostenniblità ambjentali u agenda soċjali kif ukoll li dak li għandu jsir isir b'mod li jinagħata 'value for money'. Il-volontarjat f'Għawdex - Imsieħeb ewlieni għall- iżvilupp futur u sostenibbli ta' Għawdex 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 Saviour Grech huwa President tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tal-NGOs Saviour Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021