Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2021 Jerome Caruana Cilia Irkupru, tkabbir u suċċess I rkupru, Tkabbir u Suċċess – L-aħjar żmien għall-bidla – hija din it-tema tad-doku- ment ta' qabel il-budget, li għal sena oħra l-Partit Nazzjon- alista, b'mod mill-aktar pożittiv u proattiv ippreżenta fl-aħħar jiem. Dan id-dokument kien preżentat mill-Kap tal- Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u mill-Kelliem tal-Finanzi Mario de Marco lill-korpi kostitwiti u l-imsieħba soċjali waqt preżentazzjoni u diskussjoni li fiha kien spjegat fid-dettal dan id-dokument. F'dan l-artiklu se nispjega wħud mill-proposti tal-Partit Nazzjonalista. Id-dokument jikkonċentra fuq 5 temi: Is- Saltna tad-dritt, ir-reputazzjoni ta' pajjiżna u l-Governanza tajba. L-impatt tal-COVID-19 fuq l-ekonomija u s-soċjetà. L-istat tal-finanzi pubbliċi. Is- suq tax-xogħol. Opportunitajiet ekonomiċi ġodda – għaliex il-Partit Nazzjonalista jemmen li s-sitwazzjoni kif inhi bħalissa tagħti opportunità li jkun hemm trasformazzjoni tal- ekonomija tagħna. Proposti li fihom tibqa' tingħata importanza lill- ambjent ta' madwarna, b'aċċen partikolari lejn is-sotenibbiltà – proposti li jindirizzaw ukoll l-problemi tal-għoli tal- ħajja, li diversi familji Maltin u Għawdxin qed jisħqu li għandhom jiġu indirizzati mill- Gvern. Malta bħala ċentru ta' eċċellenza Fil-25 ta' Ġunju li għadda, Malta tpoġġiet fuq il-lista l-Griża. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista offriet l-id tal- ħbiberija iżda l-Gvern Laburista irrifjuta din l-għajnuna. Il-proposta tal-Partit Nazzjonalista biex titwaqqaf task force nazzjonali wkoll ġiet rifjutata. Fadal ħafna xi jsir biex nerġgħu nibnu r-reputazzjoni ta' pajjiżna. Irid isir dak kollu possibbli biex l-awtoritajiet ikunu verament indipendenti mill-kontroll tal-Gvern. Fid- dokument ta' qabel il-budget, il-Partit Nazzjonalista ressaq 10 proposti biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni ta' pajjiżna u l-governanza tajba u b'hekk pajjiżna jerġa' jsir ċentru ta' eċċellenza. Minkejja li l-Gvern Laburista prova jxejjen l-impatt tal- greylisting u jagħti impressjoni li s-sitwazzjoni mhix waħda gravi, ir-realtà hi kemxejn differenti. Il-fatt li issa għandna l-ewwel u l-uniku pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li ġie greylisted, ħalliet impatt dirett fuq il-qasam tas-servizzi finanzjarji u ekonomiċi u anke s-settur bankarju f 'pajjiżna. Numru ta' kumpaniji ma ġeddux il-liċenzja u l-agenzija Fitch biddlet l-outlook ta' Malta għal negative. Barraminnhekk, skont stħarriġ tal-Malta Employers Association (MEA) irrizulta li fil-maġġor parti, il-kumpaniji f 'pajjiżna huma imħassba dwar dan il-fatt. Filfatt 64% tal-kumpaniji saħqu li d-deċiżjoni tal-FATF se jkollha impatt qawwi fuq l-ekonomija Maltija filwaqt li 71% sostnew li qed ibassru li dan kollu se jaffettwa n-negozju tagħhom. Xogħol ta' kwalità b'pagi li jrendu Dawk li jaħdmu (gainfully occupied) żdiedu, anke minħabba l-politika ta' immigrazzjoni ta' ħafna ħaddiema barranin li addotta dan il-Gvern matul l-aħħar snin. Bl-ammissjoni tal-Gvern stess, din il-politika ħalliet effetti negattivi kbar fuq il- kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Minħabba n-nuqqas ta' pjanar, iż-żieda qawwija fil-popolazzjoni ta' pajjiżna ħalliet impatt ħazin kemm fuq l-infrastruttura u anke fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Dan minbarra li nħoloq prekarjat ġdid bl-għafsa fuq il-pagi tal-ħaddiema Maltin. Dan l-aħħar il-Gvern Laburista qisu irrealizza s-sitwazzjoni mwera li l-politika tiegħu ġabet fuq il-ħaddiem iż-żgħir. L-impatt tal-pandemija COVID-19 wassal biex bosta ħaddiema barranin jitilqu minn Malta u jmorru lura lejn pajjiżhom. Barraminnhekk, rapporti jindikaw kif il-Gvern impjega mal-20,000 ruħ mas- settur pubbliku. Dan kollu affettwa lin-negozji żgħar u medji li qed isibuha diffiċli biex isibu alternattivi oħrajn u ħaddiema b'ħiliet partikolari. Ħemel ta' proposti favur il- ħaddiema u s-self employed Il-Partit Nazzjonalista ressaq 26 proposta biex itejjeb il- kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Fost dawn il- proposti nsibu li għandu jkun hemm aktar aġġustamenti fis- sistema ta' tassazzjoni tagħna: biex jiġu inċentivati ħaddiema full-time li jaħdmu part-time ukoll, biex jiġu inċentivati pensjonanti li jaħdmu u jkunu attirati ħaddiema u professjonisti b'ħiliet speċifiċi li l-ekonomija tagħna jeħtieġ li tattira. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi wkoll sistema ta' taxxa aktar ġusta sabiex in-negozji Maltin ma jiġux żvantaġġjati. Il-Partit Nazzjonalista jelimina parti kbira mill- burokrazija relatata mal-VAT billi tiġi estiża l-bracket ta' min jibda jħallas il-VAT minn €30,000 għal €60,000. Proposta oħra hi li jestendi il-bracket ta' 25% taxxa ħalli b'hekk jinkoraggixxi aktar persuni jkunu tax compliant. Dan ifisser li aktar persuni jkollhom iżjed flus fil-but u allura jiġu mħeġġa jonfqu iktar fl-ekonomija tagħna. Proposta oħra hi li l-Gvern jeħtieġ jalloka ħafna iktar fondi sabiex isaħħaħ l-Awtorità tas- Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Fid-dokument ta' qabel il-budget, il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi biex il-Gvern minnufih iniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-living income f 'pajjiżna u wara jibda process li fih jinkludi lill-korpi kostitwiti, l-imsieħba soċjali, akkademiċi u unions pertinenti biex il-mekkanżimu tal-COLA jiġi rivedut. Kun il-bidla favur il-ħaddiem F'pajjiżna verament hemm bżonn tal-bidla. Irridu nkomplu fuq it-tajjeb illi sar. Imma jeħtieġ li nbiddlu dak kollu li qed iwassal biex jiżdiedu ħaddiema Maltin u Għawdxin fuq il-prekarjat. Ħaddiema li jitħallsu biċ-ċejċa. Ħaddiema li minħabba l-politika tal-Gvern Laburista qed jiġu kkalpestati. Irridu ekonomija li taħseb f 'kulħadd. Irridu nifs ġdid fl- ekonomija li twieżen liż-żgħir. Jerome Caruana Cilia huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista