Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270
26 oroskopju IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 It-Tielet Ġimgha fiż-Żodjaku ta' Libra Mill-Ħadd 10 ta' Ottubru sas-Sibt 16 ta' Ottubru Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodjaku ta' Libra għalik Aquarius ser ikun mument fejn ser tgħaraf iżjed bejn dawk il-vantaġġi u l-iżvantaġġi fil-madwar komplut tiegħek u b'hekk int issa tkun tista' tesprimi b'mod aktar profond dak li int verament qed tħoss ġowwa fik sabiex b'hekk int tasal f 'dik id-direzzjoni idejali li tant tixtieq. Għaraf dan.Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Libra. Il-kristalla ideali għalik hi l-Amber. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodjaku ta' Libra għalik Pisces ser ikun mument li int issib dak l-ispazju meħtieġ sabiex tkun tista' tgħaraf aktar il-bżonnijiet partikolari li fil-mument tant għandek bżon. B'hekk int trid tasal sabiex issolvi xi sitwazzjoni li taf li llum jew għada dawn għandhom ikunu solvuti sabiex tkompli titkattar. Irriffletti. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Cancer. Il-kristalla ideali għalik hi l-Lemon Quartz. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April Iż-żodjaku ta' Libra għalik Aries huwa mument fejn int ser tikseb aktar fiduċja fik innifsek meta int ser tieħu dawk id-deċiżjonijiet tant mistennija. Wara int ser tgħaraf iżjed dik ir-responsabbilita' ta' dak kollhu li hemm madwarek. Taqtax qalbek minn dan l-iżvilupp kollu. Żmien feliċi riesaq lejk iżda trid temmen fik innifsek. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Capricorn. Il-kristalla ideali għalik hi l-Jade. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodjaku ta' Libra għalik Taurus ser jagħmlek tgħaraf iżjed l-indipendenza tiegħek li int żgur magħruf għalija. Din ser tkun qed twasslek aktar lejn dak il-bilanċ meħtieġ fil-preżent. Għalhekk għaraf in- neċessita' ta' dan sabiex int tkompli tissaħħaħ f 'dak li għandek fil-preżent u f 'dak li riesaq lejk. Iż- żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Aquarius. Il-kristalla ideali għalik hi l-Black Opal. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju Iż-żodjaku ta' Libra għalik Gemini ser ikun il-waqt li int tibda tlaħħaq mal-aspettativa li int ikkommetejt ruħek għaliha. Dan jaf joħloq xi pressjoni madwarek iżda jekk minn issa int tibda tqassam u tippjana żgur kollox ser ikun imqassam kif għandu jkun. Dan żgur ser jerġa jimlik b'dik il-motivazzjoni tant meħtieġa. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Sagittarius. Il-kristalla ideali għalik hi t-Tiger's Eye. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju Iż-żodjaku ta' Libra għalik Cancer ser ikun mument ta' aktar aspirazzjoni fejn żgur ser tagħmlek aktar organizzat u b'hekk ser tkun qed tħossok aktar pożittiv. Dan ser jagħmlek aktar iffokkat lejn dawk il- miri prinċipali li żgur int tixtieq tlaħħaq qabel tmiem din is-sena. Għamel analiżi profonda. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Taurus. Il-kristalla ideali għalik hi l-Quartz. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodjaku ta' Libra għalik Leo ser ikun il-waqt li jimlik b'dik id-determinazzjoni sabiex tkun kapaċi biżżejjed biex tikkumbatti għal xi ntoppi li jistaw ikunu qegħdin isseħħu. Żomm lilek innifsek pożittiv sabiex din il-fażi tkun ikkumbattuta u b'hekk tħossok aktar immotivat u tkompli tavvanza fil-kapaċitajiet tiegħek. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Scorpio. Il-kristalla ideali għalik hi l-Onyx. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru Iż-żodjaku ta' Libra għalik Virgo ser iwasslek sabiex int tkun aktar deċiż dwar dak li int ser tkun qed twettaq. Dan huwa importanti ħafna għalik li tibda tħossok hekk aktar u aktar meta l-ħajja ta' madwarek ser tibda tieħu format differenti. Għalhekk tajjeb li int tgħaraf timxi f 'dak li verament tħoss ġowwa fik innifsek. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Aries. Il-kristalla ideali għalik hi l-Fire Gate. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru Iż-żodjaku ta' Libra għalik l-istess Libra ser ikun mument ta' rifflessjoniet dwar dak li hemm riesaq lejk fil-ġimgħat li ġejjin. Issa trid tgħaraf tkun aktar imħejji aktar minn qatt qabel għal dak li riesaq lejk sabiex b'hekk int tkun tista tħares il-quddiem lejn dik l-istabbilita' iżda trid tagħmel analiżi sew. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Leo. Il-kristalla ideali għalik hi l-Moonstone. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru Iż-żodjaku ta' Libra għalik Scorpio ser ikun dak il-waqt li tgħaraf taħseb aktar dwar il-pass li issa hemm bżonn li jitwettaq minħabba raġunijiet oħra li bħalissa hemm iduru madwarek. Int għandek tibqa moħħok iffokat. Għaraf sewwa dan, biss trid tkun ippreparat sew għal dak li int tkun trid twettaq. Irriffletti. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak ta' Virgo. Il-kristalla ideali għalik hi l-Aquamarin. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodjaku ta' Libra għalik Sagittarius ser ikun mument li issa tibda twettaq dak li tant ilek tħejji għalih. Issa ma għandekx għalfejn toqgħod lura għax huwa żmien opportun għal dak li int għandek f 'moħħok. Ħares biss il-quddiem u wettaq dak kollu meħtieġ u hekk ser tgħaraf iżjed ħilietek. Għaraf biss li żomm bilanċ. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Pisces. Il-kristalla ideali għalik hi r-Rose Quartz. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodjaku ta' Libra għalik Capricorn ser ikun dak il- mument fejn int trid tgħaraf iżjed il- paċenzja u l-kontroll tiegħek. Jekk int tkun kapaci iżomm dan f 'dawn il-ġranet li ġejjin, is-sitwazzjoni ta' madwarek tista tieħu xejra mod differenti minn dak li hemm fil-preżent. Għalhekk huwa ferm importanti li tgħaraf aktar lilek innifsek. Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta' Gemini. Il-kristalla ideali għalik hi l-Cats Eye. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont fuq il- pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Priscilla Sammut minn Marsaxlokk It-tieni premju ntrebaħ minn: Samantha Bugeja min-Naxxar Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Is-Simbolu taż-żodjaku ta' Libra huwa skorpjun, miżien jew mara? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lill: Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Namaste IŻ-ŻODJAKU TA' LIBRA (It-Tieni Parti) Is-simbolu ewlieni ta' seba' żodjaku ta' Libra jippreżenta s-simbolu magħruf tal- miżien, li jirrapreżenta żewġ aspetti, l-bilanċ u l-ġustizzja, fejn fil-biċċa l-kbira x-xbiha hi dik ta' mara żżomm il-miżien, li skont il-mitoloġija Griega din il-mara kien jisimha emis u l-qofol kien li twassal bilanċ f 'ġustizzja perfetta, fil-fatt ġiet mogħtija t-titlu ta' Lady of Justice. Dan iż-żodjaku ta' Libra jifforma parti mill-element tal-arja fejn miegħu nsibu ż-żewġ żodjaki dak ta' Aquarius u ta' Gemini, sabiex b'hekk dan huwa kkunsidrat bħala l-aqwa element mill-erba' elementi li nsibu fl-astroloġija. F'dan iż- żodjaku ta' Libra ser inkunu qegħdin nesperjenzaw żewġ qmura ferm interessanti li għar-raġuni tal-kalenderaju żodjaku jiġu fl-istess ġurnata iżda b'dati differenti. Dan hemm raġuni, iżda minħabba l-ispazju limitat ma nistax inwassal l-informazzjoni. Iżda tistgħu tiktbuli u nkun nista' nwassal it-tagħrif meħtieġ, speċjalment għal min jagħlaq żmienu f 'dawn id-dati jew fil-viċin. Din tkun fortuna għalikom, iżda dwar dan tistgħu tiktbuli. IKOMPLI KOMPETIZZJONI MA' PAULJON