Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270
27 films illum • IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 Carmel Bonnici Meta fiċ-ċinema minn kull direzzjoni bdew ifaqqsu l-aġenti sigrieti furjużi (3) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet L-aġenti sigrieti bdew jaslu minn kullimkien u mill-Italja b'ritmu mgħaġġel u affluwenti. Minn Franza, ir-riżultati kienu aktar sodisfaċenti. Fost l-aħjar insibu at Man From Rio (1966), bil-protagonist ikun Jean-Paul Belmondo u żewġ produzzjonijiet ta' Claude Chabrol interpretati minn Roger Hanin bħala superspija bil-laqam ta' e Tiger. Sensiela ta' films ta' livell aktar baxx u jixbħu lil dawk magħmula mit-Taljani huma dawk tal-aġent Francis (Frank) Coplan tal-awtur Franċiż Paul Kenny. Din il-parti ġiet maħduma minn atturi varji ta' nazzjonalitajiet differenti, fosthom Richard Wyler, Lang Jeffries, Claudio Brook, Dominique Paturel u Ken Clark. Ir-rival ta' Bond fil- films Franco-Taljani kien Hubert Barton, OSS 117. Din is-serje maħduma wkoll minn atturi diversi bħal Frederick Stafford, Luc Merenda, Kerwin Matthews u oħrajn, bdiet lejn l-aħħar tas-snin ħamsin iżda bdew jimitaw lil dawk ta' James Bond meta Sean Connery kien fl- aqwa tiegħu. Meta l-produtturi Taljani jinnotaw xi ħaġa li tirrendi l-introjtu, minnufih jaraw kif jimitawha jew jissatirizzawha. Eżatt wara li ħareġ Goldfinger (it-tielet film fis-sensiela ta' James Bond), dehret il-kummiedja I Due Mafiosi Contro Goldginger tal-kummidjanti popolari ħafna (anki hawn Malta), Franco Franchi u Ciccio Ingrassia, fejn f 'xena minnhom tal-ewwel jidher jiżbogħ bil-porporina lit- tfajla aġenta sabiħa maqtula (eku għal Shirley Eaton miżbugħa kulur id-deheb f 'Goldfinger). Biex jattiraw lill-pubbliku taw parti prinċipali lil Neil Connery, li jiġi ħu Sean iż-żgħir, fil- film O.K. Connery (1967) (bl- Ingliż semmewh Operation Kid Brother). F'partijiet oħrajn dehru wkoll Bernard Lee u Lois Maxwell, li kienu regolari f 'diversi films ta' Bond, bħala M u Miss Moneypenny. L-ispiji fil- films Taljani ġeneralment ma jingħatawx isem, imma jkunu magħrufa bħala 002, 00, 3S3, X77, Agent 777, S-007, 7X3 u diversi kodiċi oħra. Mingħand id-direttur Taljan Mario Bava, rinomat għall-films tal-biża' bi stil Gotiku ornamentali, dehret il- kummiedja/farsa dwar l-ispiji, Le Spie Vengono Dal Semi Freddo (Dr. Goldfoot And e Girl Bombs) (1966) bl-attur Vincent Price u l-par kummidjanti Franco Franchi u Ciccio Ingrassia. Fis-sena ta' wara, Bava kkontribwixxa għal dan il-ġeneru propju bi Diabolik (Danger: Diabolik) ukoll addattat minn ktieb komik. Ta' min isemmi l-kummiedja avventuruża spazjali Barbarella (1968) b'Jane Fonda tassew sexy fil-parti prinċipali. Anki mill-Iskandinavja u d-Danimarka feġġew films ta' dan it-tip, fosthom Strike First Freddy (1965) li ħareġ hawn Malta xi snin wara. Il-films dwar l-aġenti sigrieti u l-ispiji komplew jinħadmu imma mhux b'dik l-urġenza tas-snin sittin tan-nofs. Dan il-ġeneru beda juri tibdil sostanzjali simili għall-films ta' James Bond, meta l-parti ewlenija waqgħet f 'idejn Roger Moore, b'manjiera u mod tassew innovattiva minn ta' qablu. TMIEM