Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270
IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 • illum aħbarijiet Facebook: Telaq f'sekonda, lura sigħat wara … imma kieku ma ġiex, int, x'kont tagħmel? Din il-ġimgħa … waqaf Facebook. Ejja ngħidu li dan Facebook u ħutu l-oħra, Instagram, Whatsapp u Messenger ma ġewx lura, int x'kont tagħmel? Jon Mallia u Sassa jispjegaw mal-ILLUM x'kienu jagħmlu huma kieku ġara da MARIANNA CALLEJA It-Tnejn li għadda Facebook flimkien mal-kumpaniji aħwa tiegħu Wħatsapp, Instagram u Messenger waqfu joperaw għal sitt sigħat. Għal bosta kien biss inċident żgħir li seħħ u ssolva, iżda wieħed irid iżomm f 'moħħu li dawn il-pjattaformi mhumiex biss siti li nżuru għal it sekondi. Jeżistu kumpaniji u individwi li bnew ħajjithom u negozji sħaħ li jiddependu fuq dawn il-pjattaformi. Dawn huma n-nies illi tkellmet magħhom il-gazzetta ILLUM, nies li b'xi mod jew ieħor bnew ħajja permezz tal-midja soċjali u staqsithom, "kieku Facebook ma ġiex lura x'kont tagħmel?" Jon Mallia x'kien jagħmel mingħajr Facebook? Dan il-bniedem m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni, iżda l-gazzetta sabet ruħha kurjuża x'kien isir minnu kieku Facebook ma ġiex lura. L-ILLUM staqsiet lil Jon Mallia, b'mod speċjali minn perspettiva ta' persuna li sabet appoġġ u segwaċi fuq il- midja soċjali partikolarment Facebook, x'kien jagħmel kieku sab ruħu bla pjattaforma fejn jsemma leħnu. "Kont nistenna liema pjattaforma se ssir aktar popolari u nara fl-istess ħin li jaqdu l-ħtiġijiet tiegħi u minn hemmekk insir membru ta' dik il- pjattaforma." Għaldaqstant huwa spjega li fil-verità baqa' u kien jibqa' kalm għax ħajtu mimlija b'ħafna aktar affarijiet, lill hinn mill-midja soċjali. Biex inkunu għidna kollox, Mallia kien wieħed minn tal-bidu li ħoloq podatti interessanti li jiġu ppublikati fuq siti oħra bħal YouTube u Spotify. Siti li s'issa, ma ġralhom xejn u allura sa ċertu punt xogħol bħal dan ma kienx jintmess. Mallia tkellem pero' fuq persuni oħra li kienu jiġru "b'saqajhom ma' sormhom" bil-paniku li kieku Facebook ma reġax tfaċċa fosthom dawk li jaħdmu fl-informatika. Fil- fatt l-ILLUM żiedet f 'dik il-lista l-influencers u għalhekk tkellmet ma' influencer magħrufa f 'Malta u staqsiet l-istess mistoqsija. Minn perspettiva ta' influencer – Sarah Buttiġieġ magħrufa aħjar bħala Sassa L-influencers saru ħafna aktar komuni issa, speċjalment maż- żgħażagħ li kuljum jidħlu biex jaraw x'inhuma jagħmlu u jgħidu dawn in- nies. F'Malta, l-influencers tagħna joperaw l-aktar minn Facebook u Instagram minħabba li l-Maltin magħrufa li jużaw dawn il-pjattaformi iktar minn oħrajn. "Il-karriera ta' influencer hija bbażata fuq midja soċjali, ovvjament ħadt xokk x'ħin rajt li ma kinux qegħdin jaħdmu." Reklamar, klikks, likes u shares, dawn kollha jgħinu influencer biex jagħmel iktar suċċess imma x'jiġri jekk dak li jipprovdilek l-ħobża ta' kuljum f 'daqqa waħda jwaqqaf kollox? "Bħal kull xogħol ieħor sintendi, jekk ma jaħdimlekx xi ħaġa trid tara kif ser issolvi l-problema biex tkun tista' tkompli b'xogħlok." Tajjeb ngħidu li dawn il-pjattaformi waqfu jaħdmu f 'daqqa għax huma kollha mmexxija minn l-istess persuna. Sakemm ma jinqatax linternet kollu, l-influencers kellhom pjattaformi oħra x'jużaw bħal Tik Tok, Twitter jew Discord. Il-gazzetta staqsiet lil Sassa kif ġiet affetwata personalment speċjalment bħala żagħżugħa. "Jiena nuża ħafna l-midja soċjali biex nikkomunika ma' sħabi u kien hemm mument fejn ħassejtni waħdi. Pero' ħadt l-opportunità biex niffoka fuq l-istudju tiegħi." Il-qtugħ ta' Facebook, inċident, vendikazzjoni jew PR Stunt? F'temp ta' ġimgħa, Facebook kellu jaffaċja sfidi kbar inkluż leaks ta' dokumenti interni minn eks manager tal- kumpanija u issa il-qtugħ tas-servizzi tagħhom darbtejn f'inqas minn sebat'ijiem. Imma x'inhu jiġri? Facebook, Instagram u WhatsApp flimkien ma' Messenger waqfu jaħdmu għal aktar minn sitt sigħat nhar it-Tnejn. Dan immarka l-agħar qtugħ għall-iġgant tat-teknoloġija mill-2008. Sit li jħares lejn qtugħ ta' websites kbar bħal dawn ta' Facebook bl-isem ta' Down Detector, irreġistra għexieren ta' eluf ta' rapporti għal kull wieħed mill-pjattaformi li semmejna. Bl-inċident jirrepeti ruħu ġurnata ilu, wara li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, Facebook partikolarment, reġa' waqaf għal ftit tas-sigħat, skont din l-istess website. Wieħed mill-imħuħ wara Facebook u l-mexxej tal- kumpanija, Mark Zuckerberg, għamel apoloġija permezz ta' Twitter dakinhar stess filwaqt li spjega bejn wieħed u ieħor x'kien ġara. Il-qtugħ seħħ fost diffikultajiet oħra akbar għall-kumpanija u miegħu hemm marbutin wisq kumbinazzjonijiet sabiex wieħed sempliċiment jaċċetta l-kliem ta' Zuckerberg u jkompli għaddej b'ħajtu. Fosthom hemm il-famuża whsitleblower, l-eks Manager tal-kumpanija bl-isem ta' Frances Haugen, li tkellmet fuq Facebook eżattament ġurnata qabel fuq il-programm ta' CBS '60 Minutes.' Frances Haugen: Il-whistleblower li dahlet lil Facebook fi krizi Wara xahar ta' leaks mimlija informazzjoni mill-ħidma interna ta' Facebook, l-eks impjegata warajhom kixfet wiċċha u kompliet tikxef aktar informazzjoni. Frances Haugen tat evidenza lill-Kungress Amerikan - u ġiet imfaħħra mis-senaturi bħala 'eroj Amerikan tas-seklu 21' - dwar l-operazzjonijiet "malizzjużi" ta' Zuckerberg. Haugen xehdet quddiem is-senaturi Amerikani dwar dak li kienet rat fis-sentejn tagħha fil-kumpanija u spjegat għaliex kienet iddeċidiet li tikxef dawn id-dokumenti kollha lill-Wall Street Journal. Minn twissijiet interni dwar il-ħsara li qed issir lill- adolexxenti permezz ta' Instagram sal-ftehim bejn Facebook u ċelebritajiet inkluz politikanti biex il-kontenut tagħhom ma jkunx imħares bħal profili oħra, id-dokumenti kixfu operazzjonijiet kbar u koroh. Dan kollu seħħ wara dibattitu pjanat mill-Kungress Amerikan, dwar jekk il-kumpanija kellhiex bżonn tirriforma. Id-deċiżjoni ta' Haugen li tressaq 'il quddiem dan kollu propju issa, żiedet biss aktar pressjoni fuq Mark Zuckerberg. Mark Zuckerberg