Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Il-konsultazzjoni dwar il-Metro: jgħaddu lin-nies biż- żmien F l-2008 il-Professor Mir Ali mill-Iskola tal-Arkitettura tal-Università ta' Illinois f 'Urbana-Champaign ippubblika studju intitolat "Urban Design Strategy Report on Tall Buildings in Malta." Il-Professor Ali jikkummenta dwar in-nuqqas ta' faċilitajiet ta' transport tal-massa f 'Malta. Huwa jorbot il-funzjonalità ta' bini għoli ma' dawn il-faċilitajiet. Jemfasizza li b'dawn il-faċilitajiet il-bini għoli jkun integrat aħjar mat-trasport pubbliku u bħala riżultat ta' hekk ikun iktar effiċjenti u ta' kontribut għal ħajja urbana aħjar. Ilna ħafna nitkellmu dwar il-ħtieġa ta' transport aċċessibli għall-numri kbar ta' nies, għall- massa. Bħala partit ilna ħafna nargumentaw dwar dan bħala waħda mis-soluzzjonijiet biex jitjieb it-trasport fil-gżejjer Maltin. It-tħabbira tal-Gvern fi tmiem il- ġimgħa l-oħra dwar Metro fuq tlett rotot hi l-ewwel pass. Bħala partit naqblu dwar l-oġġettiv imma ma aħniex naqblu dwar is-soluzzjonijiet proposti. Kif jemfasizzaw l-ARUP, l-infieq massiċċ da parti tal-Gvern fuq proġetti enormi ta' toroq ma huma ser isolvu xejn. Fil-parti l-kbira dan hu ħela ta' flus. Il-proposta tal-Gvern teħtieġ diskussjoni fil-fond. Neħtieġu iktar informazzjoni. L-indikazzjoni tar-rotot u fejn huma proposti l-istazzjonijiet hi informazzjoni importanti, imma waħedha mhiex biżżejjed. L-ARUP waslu għal dawn il- proposti wara li għamlu numru ta' studji. Studji li, qed jgħidu, li anke analizzaw u skartaw proposti differenti bħall-Bus Rapid Transit, it-tram f 'livell tat-triq, il-metro elevat mil-livell tat-triq waħedhom jew flimkien. Neħtieġu li jkollna aċċess għal dawn l-istudji biex narawhom sewwa u nippruvaw nimu il-għala l-ARUP skartaw soluzzjonijiet alternattivi. Jekk dan mhuwiex possibli, xi skop hemm wara l-konsultazzjoni pubblika? Il-proposta għall-Metro m'għandiex tkun skuża biex ikunu żviluppati l-it spazji miuħa li għandna, kif diġa ġie osservat li hu propost fil-kaz tal-istazzjonijiet ta' B'Kara u Pembroke. Għandna it wisq spazji miuħa. Il-proposti għandhom ikunu analizzati f 'kuntest iktar wiesa' tal-politika dwar it-trasport f 'Malta. B'mod speċifiku għandu jkun ċar li l-użu tal-karozzi privati jeħtieġ li jonqos sostanzjalment biex il-proposta għall-metro (jew xi proposta oħra alternattiva) tagħmel sens ekonomikament! Dan għandu jkun ċar anke issa, f 'dan l-istadju. Hu inevitabbli, imma l-Gvern konvenjentement baqa' sieket dwar dan! L-ARUP taw parir fuq dan, fl-istudji tagħhom? Għandna d-dritt li nkunu nafu. Hu l-iskop li dawn l-istazzjonijiet iservu biex in-nies fil-viċinanzi jitħajru jużaw il-Metro. Uħud għax joqgħodu viċin jimxu sal-istazzjon. Oħrajn, li joqgħodu jew jaħdmu it iktar 'il bogħod ser jiġu bil-karozza, b'tal-linja inkella bir-rota. Fil-parti l-kbira l-istazzjonijiet proposti tal-Metro m'għandhomx żona ta' parkeġġ ħdejhom. Dan ifisser li hu essenzjali li jkun hemm attenzjoni ikbar dwar ir-relazzjoni bejn il- Metro proposta u t-trasport lokali u reġjonali. Ma tistax tifred l-istazzjon tal- Metro mill-ambjent urban li fih qiegħed. Dan huwa relevanti ħafna għad-diskussjoni pubblika li qed tiżviluppa, imma sfortunatament l-istudji dettaljati li għandu l-Gvern dwar dan għadhom mistura. Qabżitilhom imma biċċa informazzjoni ċkejkna. Għall- mistoqsija dwar il-għala l-Metro mhux ser tasal sa Għawdex, intqal li l-popolazzjoni hemm mhiex bizzejjed. Waħedha toħrog il-mistoqsija: mela l-għala qed tippjanaw mina taħt il-baħar bejn il-gżejjer? Ġejna nfurmati li l-parti kbira tal-Metro proposta ser tkun taħt l-art, imqatta' fil-blat. Parti żgħira biss ser tkun tidher u din minħabba raġunijiet ta' topografija. Dan kollu ser jiġġenera ammont kbir ta' blat imqatta', meqjus bħala skart tal-kostruzzjoni. L-istima li saret tindika li l-iskavar ser jiġġenera madwar 4.9 miljun metru kubu ta' blat, meta mkejjel fil-post. Ġaladarba jkun imqatta' mbagħad jokkupa spazju ferm kbar, madwar 8.6 miljun metru kubu u dan wara li tieħu in konsiderazzjoni li l-biċċiet ta' blat jokkupa iktar spazju. Dan hu ammont konsiderevoli ta' skart li kif diġa ntqal jista' jintuża (prattikament) esklussivament fi proġetti ta' reklamazzjoni ta' art mill-baħar. Għal raġunijiet komparattivi ngħid li t-8.6 miljun metru kubu ta' blat imqatta' hu viċin l-ammont li ntuża fil-proġett kollu tal-Port Ħieles biex saret il-reklamazzjoni tal-art għat- Terminals hemmhekk! Jiena ma nafx bi proġetti ta' interess nazzjonali ta' din ix-xorta li huma pendenti f 'dan il-mument. Ma nistgħux imma inkunu sfurzati li nibdew proġetti ta' reklamazzjoni tal-art sempliċiment biex ikun hemm fejn jintuża l-iskart ġġenerat mill-proġett tal-Metro. It-tqattiegħ tal-blat għall-Metro ma jiġġenerax biss din il-kwantità kbira ta' skart. Huwa ukoll ta' periklu għall-wirt storiku tagħna: dan meta jkun ser jitqatta' blat taħt, madwar jew viċin ta' monumenti storiċi fil-Belt Valletta, fil-Mosta, fil-Balluta u bnadi oħra. Hu propost ukoll skavar ħdejn siti ekoloġikament sensittivi. Dan m'għandux jitħalla jsir. Soluzzjonijiet proposti 'l fuq minn wiċċ it-triq għandhom ikunu eżaminati fid-dettall u diskussi ukoll bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika. Jeżistu sistemi hybrid ta' metro-tram f 'livell tat-triq, flimkien ma' inkella flok Bus Rapid Transit system fejn tal-linja għandha dejjem prijorità u allura tista' tħaffef ħafna. Dawn huma possibilitajiet li għandhom ikunu ikkunsidrati bis-serjetà f 'kull konsultazzjoni pubblika. Ma jiġġenerawx skart, jistgħu jkunu implimentati fi żmien ferm iqsar u bi spiża insinifikanti ħdejn dak li qed jikkontemplaw l-ARUP. B'żieda ma' dan hemm ferm inqas impatti ambjentali. Kull soluzzjoni li tintagħżel għandha tirrispetta kemm il-wirt storiku kif ukoll il-wirt ekoloġiku. Huwa permezz ta' kritika kostruttiva li nistgħu nesploraw soluzzjonijiet alternattivi li qed jiġu mqegħda fil-ġenb riżultat ta' konsultazzjoni programmata u manipulata. Il-logos u l-videos huma eżerċizzju ta' relazzjonijiet pubbliċi: mhumiex l-informazzjoni tant meħtieġa għal konsultazzjoni pubblika matura. Il-Gvern għandu jkun trasparenti. L-istudji ta' ARUP għandhom ikunu soġġetti għal skrutinju pubbliku. Jekk dan jibqa' ma jseħħx din mhiex konsultazzjoni pubblika iżda wieħed mill-modi kif il-Gvern jgħaddi lin-nies biż-żmien.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021