Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -elezzjoni ġenerali riesqa - issa hix f 'Novembru jew ximkien fil-bidu tas-sena d-dieħla hija kwistjoni oħra. Li hu ċert iżda, huwa l-fatt illi elezzjoni jew le, ir-realtajiet u l-isfidi ta' madwarna u anke ta' pajjiżna se jibqgħu hemmhekk u jibqgħu jirrikjedu lil min isib is-soluzzjonijiet għalihom, lil min ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet, lil min verament irid iħalli legat ekonomiku, finanzjarju, ambjen- tali u soċjali aħjar. L-ewwel problema bla dubju huma l-finanzi tal-pajjiż. Kwalunkwe kritika lejn id-defiċit u d-dejn, li żdiedu sew dawn is-sentejn, mingħajr ma wieħed jagħti toqol kbir lill-pandemija, tkun kritika superfiċjali u mhux kredibbli! Il-Gvern għamel għażla u l-għażla kienet miljuni fuq miljuni u aktar miljuni ta' ewro biex eluf ta' ħaddiema setgħu jkunu ggarantiti l-post tax-xogħol tagħhom: Kieku mhux għal Wage Supplement eluf ta' ħaddiema fil-lukandi, ristoranti, barijiet u stabbilimenti tad-divertiment, aġenziji tal-ivvjaġġar, skejjel tal-Ingliż, ħwienet tal-ħwejjeġ u aċċessorji, barbiera, hairdressers, ħaddiema f 'kumpaniji tal-midja u tant eluf oħrajn kienu jispiċċaw bla xogħol. Il-Gvern għażel li jagħmel dan filwaqt li jagħti vouchers ta' €100 lil kulħadd - u li kważi kulħadd użahom, raħħas il-kontijiet għal numru ta' ħwienet, ħareġ skemi għal self, saru moratorji fuq self u tant iktar. Dan filwaqt li - minkejja l-akbar kriżi li qatt laqtet lil gżiritna fl-istorja moderna - ħadd mill- ħaddiema tal-Gvern: jekk hux għalliema, infermiera, pulizija u oħrajn ma ra tnaqqis ta' ċenteżmu fil-paga tiegħu! Dan filwaqt li t-turiżmu waqaf kompletament, il-konsum staġna, l-inċertezza kienet m'ogħla s-sema u allura d-dħul tal-Gvern mill-VAT u l-Income Tax u aktar, naqas waħda sew! Sa hemmhekk kollox sew u ġustifikat. Imma issa hemm defiċit li jaqbeż is-€700 miljun. Jiġifieri l-ewwel sfida ta' min se jkun fil-Gvern fl-2022 se tkun kif se jindirizza dan id-defiċit u d-dejn. U meta nivvutaw minflok il-paroli sabiħ huwa dan li rridu nżommu f 'moħħna: Min bejn Bernard Grech u Robert Abela huwa l-aktar kredibbli biex jirranġa l-finanzi tal-pajjiż wara d-daqqa tal-pandemija? Min għandu l-aqwa kredenzjali ekonomiċi biex jerġa' joħloq il-ġid u jsib l-aqwa formoli u soluzzjonijiet mingħajr ma jkisser u jgħakkes lill-poplu bl-awsterità? It-tieni sfida hija l-inflazzjoni u l-prezzijiet jiżdiedu tal-ikel kif ukoll tal-uwils. Ir-realtà tal-Brexit u r-realtà taż-żidiet fil-prezz tal- qamħ ifisser li ħafna prodotti, miċ-ċereali sal-laħam, qed jogħlew. Issa ħadd ma jippretendi li mmorru lura għaż-żmien meta l-Gvern jiddetermina l-prezzijiet u ħadd mhu qed jgħid li dan se jiġri. U allura meta nivvutaw fl-elezzjoni li jmiss irridu nistaqsu: Min bejn Bernard Grech u Robert Abela kapaċi jisma' u jiem il-karba tal-familji li qed iħallsu prezzijiet ogħla u min kapaċi joħroġ bl-aħjar soluzzjonijiet? It-tielet sfida hija dik tal-FATF. Malta jeħtieġ toħroġ mill-Lista l-Griża. Bidla fil-Gvern tqanqal interess u forsi attitudni ta' wait-and-see mill-FATF, pero' mhux se tneħħina mil-Lista l-Griża b'mod awtomatiku! Allaħares istituzzjoni finanzjarja tbiddel id-deċiżjonijiet li tkun ħadet sempliċiment għax jinbidel Gvern! Huma aktar riformi, aktar prosekuzzjonijiet ta' nies akkużati b'ħasil ta' flus u aktar serjetà biss li jistgħu jwasslu biex ir- reputazzjoni li nies bħal Keith Schembri u Konrad Mizzi ċappsulna u li Joseph Muscat ħalliehom iċappsulna, tkun mnaddfa! U ma' dan il-bżonn li l-proċess ta' ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia u familtha u rikonċiljazzjoni bejn il-Gvern u din il- familja ikomplu. Il-Prim Ministru Robert Abela għamel passi kbar f 'dan l-aspett, passi li qatt ma ħsibna li ser iseħħu - imma għad fadal ħafna xi jsir! Ir-raba' sfida hija dik tal-ambjent. Hemm bżonn illi nindirrizzaw il-problema tal-ħmieġ fit-toroq, tal-bini u trabijiet kullimkien u aktar minn hekk tal-bżonn imminenti ta' aktar spazji miuħa u msaġġra (parks bis-siġar mhux bil-konkrit!). Min verament se jwettaq il-bidliet li hemm bżonn biex insalvaw dak li għad fadal? Robert Abela jew Bernard Grech? U finalment l-isfida tal-infrastruttura u t-traffiku. Tajjeb li saru proġetti tat-toroq fil- Marsa, ħdejn l-ajruport u f 'diversi postijiet oħrajn u tajjeb li dawn il-proġetti saru b'rispett lejn it-tragwardi (mhux bħal By- pass ta' San Pawl il-Baħar - għal min jiakar kienet damet għaddejja kważi ħames snin!). Tajjeb li qed jibnew toroq li jagħmluna nidhru pajjiż modern, imma bir-rata ta' karozzi li ħerġin kulll sena fit-toroq, dawn il-proġetti mhumiex se jkunu biżżejjed. Mela hemm bżonn alternattivi. Ma hemmx fejn iddur! U kull alternattiva se ddejjaq, se toħloq xi it inkonvenjent, se ssib l-oppożizzjoni ta' għaqdiet diversi, se jkollha xi żvantaġġi wkoll...imma rridu Gvern li fl-aħħar mill-aħħar - wara li jikkonsulta - kapaċi jiddeċiedi. Kapaċi jwettaq u jiddeċiedi! Li nafu li jekk jgħid li ser issir, mela ser issir! Min kapaċi jsib din is-soluzzjoni Abela jew Grech? Dawn huma l-mistoqsijiet li rridu nistaqsu hekk kif dalwaqt nerġgħu nagħżlu min se jmexxi lil Malta tagħna. L-isfidi li ġejjin fl-2022: Min kapaċi jsolvihom?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021