Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'Aħna ma rridux noħolqu kultura rridu nnaqqsu d-dannu fuq Din il-ġimgħa l-Ministru tal-Ugwaljanza, Riċerka u Innovazzjoni Owen Bonnici ressaq l-ewwel qari ta' abbozz ta' liġi li diġà ħoloq ħafna diskussjoni, kontroversja u reazzjoni. Qed nirreferu għal dak l-abbozz li permezz tiegħu l-Gvern se jkun qed jillegalizza il-kannabis għall- użu rikreazzjonali. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-Ministru Bonnici biex miegħu tiddiskuti u tistaqsi dawk il-mistoqsijiet li qed jistaqsu bosta nies, uħud minnhom imħassbin dwar din ir- riforma. Imma għalfejn il-Gvern ħass li kellu jressaq din il-Liġi? Il-gazzetta ILLUM staqsiet għaliex ressaq din il-liġi l-Gvern, jekk hux - kif akkuża lill- Gvern Bernard Grech - biex "jidher tajjeb mal-votanti żgħażagħ"? Huwa qal illi r-raġuni għaliex qed ikunu proposti dawn il-bidliet huwa li ma jistax ikun li r-reputazzjoni ta' persuna tibqa' tiġi mtappna minħabba li jinstab b'joint. "Jekk mhu se nagħmlu xejn ifisser li d-domanda se tibqa' sserraħ fuq il-Black Market, ifisser li se jibqa' jkollna sitwazzjonijiet fejn ħafna jixtru kannabis li tkun ta' kwalità ħażina u allura li tagħmel il-ħsara." Il-gazzetta tistaqsi lill-Ministru iżda mil- liema studji u konsultazzjoni waslu għall- konklużjoni li din ir-riforma se twassal biex jinqered min qed ibigħ illegalment u biex jieħu daqqa s-suq l-iswed. Bonnici jgħid illi l-Gvern għadda minn proċess sħiħ ta' studji li jiddeskrivi bħala "b'saħħithom", minn diversi persuni f 'dan il- kamp partikolari. "Aħna ridna l-ewwelnett li jkollna sors regolarizzat, biex persuna li tixtieq tikkonsma l-kannabis tagħmel dan mingħajr ma xxellef difrejha mal-liġi u dejjem fil-parametri tal- liġi." Bonnici fakkar li skont l-abbozz li tressaq mill-Gvern tista' tkabbar pjanti d-dar, ġewwa biss u 'l bogħod mit-tfal. Huwa sostna li jemmen illi b'dan il-bilanċ il-Gvern ikun qed jirbaħ kull attentat li jsir minn dawk li jbiegħu illegalment biex iduru mal-liġi. 'Mhux se nippermettu jew nippromovu l-bejgħ tal-kannabis' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi: Jiġifieri kif qed jipproponi l-Gvern, wieħed ikun jista' jkabbar kemm irid pjanti u forsi jekk jifdallu żżejjed jagħmel xi it negozju wkoll? Il-Ministru Bonnici wieġeb fin-negattiv u qal li l-Gvern fl-ebda mument mhu qed jippermetti jew jippromovi l-bejgħ tal-kannabis. Minflok persuna tkun tista' ssir membru ta' assoċjazzjoni u jekk tkun membru tkun tista' tikkonsma l-kannabis bl- ammonti stabbiliti skont il-liġi. Fakkar jiġifieri li hawn qed nitkellmu fuq massimu ta' erba' pjanti, li tista' tnixxef biex tpejjep, sa seba' grammi kuljum, sa massimu ta' 50 gramma fix-xahar. "Għalhekk nemmen li aħna rotot diversi biex ikollna tnaqqis tad-dannu u bilanċ tajjeb li se jwassal għal dan," qal Bonnici mal- ILLUM. Il-Gvern iddeċieda li fil-pubbliku persuna ma tistax tpejjep il-kannabis. Imma fl-istess ħin tista' tpejjep it-tabakk u tixrob (u xi kultant tisker) fil-pubbliku wkoll. Ma jħossx li ma tagħmilx sens din ? Il-Ministru jikkonferma li mhux se jkun permess tipjip fil-pubbliku, lanqas quddiem it-tfal filwaqt li l-assoċjazzjonijiet li permezz tagħhom persuna tkun tista' tixtri mhux se jkunu jistgħu jirriklamaw. Dan jinkludi - ifakkar - li ma jistgħux jirriklamaw bi twaħħil ta' messaġġi jew billboards fuq il-binjiet fejn joperaw. "Aħna ma aħniex qed nippromovu t-tipjip tal-kannabis u lanqas qed ninkoraġġixxu kultura ta' kannabis. Li qed nagħmlu huwa eżerċizzju ta' tnaqqis fid-dannu li jbatu minnu persuni li jikkunsmaw il-kannabis u nżidu d-dinjità ta' min jikkonsma," qal il-Ministru. Huwa spjega kif il-Gvern ma riedx aktar li nies jibqgħu jittellgħu l-Qorti minħabba ammonti żgħar ta' kannabis. Allura bl-istess argument, se jillegalizza d-drogi kollha? Iżda l-gazzetta ILLUM tfakkru li l-istess argument tiegħu tat-tnaqqis fid-dannu jista' jkun applikat għal drogi oħrajn. Allura l-Gvern qed jippjana li jillegalizza drogi oħrajn ukoll, bħall-kokaina u l-ecstasy? Huwa qal li hawn qed nitkellmu dejjem dwar il-kannabis u li riċerka profonda uriet li bejn l-għażla li twettaq sistema ta' harm reduction u li ma tagħmel xejn, "is-sistema li tnaqqas id-dannu ħalliet riżultati pożittivi." "Meta nitfgħu kollox fuq il-miżien hemm ħafna iktar benefiċċji li tagħmel xi ħaġa milli ma tagħmel xejn." Imma l-gazzetta terġa' tistaqsih jekk hux se jkun qed jillegalizza drogi oħrajn, wara l-kannabis. Il-Ministru jeskludi li se jiġu dikriminalizzati jew legalizzati drogi oħrajn, għalkemm ifakkar f 'riforma oħra li wettaq il-Gvern jiġifieri dik li ddikriminalizzat il- pusses ta' dawn id-drogi għall-użu personali. Fakkar li b'hekk min jinqabad bi droga sa massimu ta' żewġ grammi jew inkella żewġ pilloli, minflok jitressaq il-Qorti jitressaq quddiem it-Tribunal tal-Ġustizzja. "Neskludi li drogi oħrajn jiġu dikriminalizzati jew legalizzati, imma aħna se nkomplu naħdmu biex aktar nies joħorġu mill-vizzju," qal il-Ministru. Huwa saħaq li t-triq 'l quddiem hija l-fejqan minflok qorti. 'Din hija riforma kbira' Il-gazzetta ILLUM tfakkru iżda li minkejja dawn il-bidliet xorta kien hemm każi fejn żgħażagħ ġew arrestati u mressqin il-Qorti sempliċiment għax kellhom joint. Allura hemm sinerġija bejn dawn il-bidliet u l-Korp tal-Pulizija? Huwa sostna li din hija riforma kbira u mhux sempliċiment tibdil ta' xi klawżola jew tnejn. "Morna minn sitwazzjoni fejn kont titressaq il-Qorti jekk tkun ħadt joint jew inkella 3.5 grammi. Illum qed ngħidulek li sa seba' grammi ma titressaq imkien u ma jeħdulekx il-kannabis." Huwa rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija u ammetta li l-Korp jeħtieġ ikun ippreparat għal din "il-bidla fil-mentalità." Minkejja din il-bidla li qed isemmi iżda ħafna jiktbu u jesprimu ruħhom fuq il-midja soċjali kontra tali bidliet. Imma allura jħoss li verament hawn din il-bidla fil-mentalità li qed isemmi? Kieku jmur għand xi ħadd id- dar u dan jesprimi tħassib ġenwin dwar din il-liġi, xi jgħidlu? Huwa qal li jgħid lil dan ir-raġel illi dan l-eżerċizzju huwa ta' riduzzjoni tad-danni u r-riforma għandha proprju dan il-għan. Huwa jgħid illi fl-istess ħin se jerġa' jkun iffirmat ehim ta' €3 miljuni mas-Sedqa u l-FSWS sabiex titkompla kampanja edukattiva li tgħallem u teduka lill-istudenti kontra l-abbuż mid-droga, filwaqt li jsir aktar investiment biex iż-żgħażagħ ikunu mħeġġin jipparteċipaw f 'attivitajiet li jagħtuhom sodisfazzjon u jżommuhom 'il bogħod mid- droga. 'L-Oppożizzjoni kienet kompletament assenti' U finalment, dwar il-kannabis, il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Ministru Bonnici kemm ikkonsulta u x'sehem kien dak tal- Oppożizzjoni. Huwa jirrimarka illi minkejja li jixtieq jgħid ħafna affarijiet, dan is-settur huwa delikat u ma jixtieqx li d-diskussjoni tiġi ppolitiċizzata. Minkejja dan qal ukoll li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista "kienet assenti b'mod komplet f 'din id-diskussjoni - lanqas biss issottomettew proposta waħda. Hemm partiti għadhom jitwieledu issa li wkoll Fr Hilary Tagliaferrio Hija riforma xi ftit jew wisq kuraġġuża hekk kif l-oppożizzjoni għaliha mhijiex ftit, anke jekk l-ebda reżistenza ma ġiet mill-PN, l-Oppożizzjoni uffiċjali. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Ministru Owen Bonnici, li jinsab wara l-Abbozz dwar il-Legalizzazzjoni tal-Kannabis għal skopijiet Rikreattivi... Il-ministru Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021