Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270
11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 ir-rapport għall-protezzjoni ta' persuni b'diżabilta' Bħalissa fl-Unjoni Ewropea hawn madwar 87 miljun persuna b'diżabilità. Filwaqt li madwar 37% taċ-ċittadini tal-UE ta' 15-il sena jew aktar għandhom diżabilitajiet fiżiċi u/jew mentali, ir-rapport jenfasizza li iktar min- nofs dawn il-87 miljun ruħ huma nisa (46 miljun). Ir-rapport innifsu jelenka l-oqsma fejn ir-riformi huma l-aktar meħtieġa biex jgħinu ċittadini ewropej jgħixu b'diżabilità. Rakkomandazzjonijiet ewlenin mill- MPE jinkludu assistenza aktar flessibbli fl-ivvjaġġar; l-introduzzjoni ta' Karta Ewropea tad-Diżabilità; assigurazzjoni ta' sistemi edukattivi li jakkomodaw tipi differenti ta' studenti u bżonnijiet differenti ta' studenti; u l-għoti ta' djar mhux istituzzjonalizzati u mhux segregati lil ċittadini b'diżabilità, sabiex ikunu parteċipanti attivi fil-komunità tagħhom, fost ħafna aktar. Id-dibattitu dwar ir-rapport li sar nhar it-Tnejn fi Strasburgu ftit sab oppożizzjoni iżda ħareġ biċ-ċar li l-Unjoni Ewropea tnikkret mhux ftit biex ħadmet fuq id-drittijiet ta' dawn iċ-ċittadini. "Il-kalendarju tiegħi jgħid 2021, iżda d-drittijiet ta' persuni b'diżabilità huma mwaħħla fl-1950", qalet l-MEP Żvediża tal-partit Renew Europe, Abir Al-Sahlani. 'Irridu ntejbu l-kapaċità tas-sistemi edukattivi tagħna' - Alex Agius Saliba fid-dibattitu tat-Tnejn li għadda Bħal kull rapport ieħor li ħareġ wara l-2019, dan ir-rapport indirizza l-impatt tal-pandemija. Skont ir- rapport l-Covid-19 laqtet l-agħar lin-nies b'diżabilità f 'pajjiżi bħall-Bulgarija u r-Rumanija, "bis-sitwazzjoni sejra għall-agħar f 'termini ta 'aċċess għall-kura tas- saħħa." L-edukazzjoni iżda kienet il-kwistjoni ewlenija fir- rapport, bl-għajta li "edukazzjoni inklużiva toħloq il-bażi għal suq tax-xogħol inklussiv". Kien Agius Saliba li qal waqt id-dibattitu li tfal b'diżabilità jbatu minn bosta ostakli fil-mogħdijiet edukattivi tagħhom filwaqt li semma tfal bl-awtiżmu bħala eżempju, hekk kif f 'numru ta' stati lanqas biss jikkunsidrawhom bħala persuni b'diżabilità. Ta' din il-fehma wkoll kienet l-MEP Franċiża tal-istess grupp politiku ta' Agius Saliba, Sylvie Guillaume. Hi qablet mal-MEP Malti waqt li żiedet tgħid li "progress fis-sistema edukattiva minn età żgħira tfassal modi aħjar biex dawn it-tfal jaċċessaw l-università." "Huwa tajjeb li l-impjiegi jiġu adattati għal persuni b'diżabilità, iżda mhux naturali li n-nies jkollhom impjiegi adattat għalihom", żiedet tgħid Guillaume. Fi Franza, il-kwistjoni qed tiġi diskussa wkoll. Meta fadal sitt xhur qabel l-elezzjonijiet presidenzjali, is-Senat beħsiebu jagħmel dibattitu dwar jekk id-drittijiet tal- persuni b'diżabilità humiex effettivi u rispettati matul il-jiem li ġejjin. F'Malta, id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità ġew diskussi diversi drabi din is-sena. Il-gazzetta ILLUM ukoll kienet tat daqqa t'għajn lejn kif inhi d-dinja tax-xogħol għal dawn il-persuni f 'Malta. Fil-fatt l-ILLUM kienet żvelat li sal-aħħar ta' Frar li għadda 4,020 persuna b'diżabilità kienu impjegati f 'Malta u Għawdex. 2.4% tal-impjegati fis-settur pubbliku huma persuni b'diżabilità filwaqt li persuni b'diżabilità fis-settur privat jammontaw għal 1.5%. 87 miljun persuna b'diżabilità, 46 miljun minnhom nisa … x'intqal fi Strasburgu? Il-MEP Franciża tal-Partit Soċjalista Demokratiċi, Sylvie Guillaume L-MEP Żvediża tal-partit Renew, Abir Al-Sahlani pass li f 'Stati Membri oħra lanqas biss ġie kkunsidrat. Huwa speċifika li meta jsemmi saħħa leġislattiva, hu jixtieq jagħfas fuq il-punt ta' armonizzazzjoni tad- definizzjoni ta' diżabilità. Kompla jgħid li, persuna li teħtieġ "iġġorr" id-diżabilità tagħha f 'pajjizi differenti tal- UE, se jkollha l-istess drittijiet f 'kull pajjiż li żżur. 'Fil-Parlament Ewropew qegħdin tmexxu l-idea tal- inklużjoni imma fil-prattika għad hemm sfidi kbar' - Samantha Pace Gasan Fl-istess laqgħa kien hemm preżenti l-Kummissarju għad- Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, Samantha Pace Gasan li tkellmet fuq l-isfidi ta' persuni b'diżabilità u kif taħseb li se jkun ta' benefiċċju rapport bħal dan għal pajjiżna. Hi laqgħet b'entużjażmu x-xogħol li qiegħed isir mill- Parlament Ewropew, b'mod speċjali dan ir-rapport filwaqt li qablet mal-MEP Alex Agius Saliba li bejn dak diskuss u dak li jsir hemm differenza kbira. "Il-Parlament Ewropew qegħdin tmexxu l-idea ta' inklużjoni u l-importanza tal- aċċesibilità imma imbagħad fil- prattika xorta għad hemm sfida b'mod speċjali l-infrastruttura tal-istituzzjonijiet stess." Saħqet fl-istess waqt li tajjeb li jkun hemm konsultazzjoni, bħal ma seħħ mill-Gvern Malti fil-passat. Għaldaqstant hija tkellmet fuq kif il-konsultazzjoni m'għandhiex issir biss ma' għaqdiet non-governattivi iżda wkoll ma' persuni individwali. Temmet tgħid li bħala soċjetà nifilħu nkunu aktar pro-attivi u nqajmu iktar kuxjenza fuq l-isfidi li jgħaddu minhom nies b'diżabilità sabiex nedukaw ruħna aktar.