Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 • illum Wara snin ta' stennija … addottat ir-rapport Il-gazzetta ILLUM kienet mistiedna għal-laqgħa organizzata mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta fejn kellha l-opportunità titkellem mal-Ewroparlamentari Alex Agius Saliba fuq ir-rapport tiegħu "favur soċjetà inklussiva." MARIANNA CALLEJA Mobbiltà, edukazzjoni u akkomodazzjoni huma fost 11–il qasam li ġew diskussi fir- rapport tal-MEP Malti tal-Partit Soċjalisti Demokratiċi, Alex Agius Saliba. L-istess rapport li din il-ġimgħa ġie approvat fil-Parlament Ewropew ġewwa Strasburgu b'maġġoranza qawwija ta' 579 vot. Ir-rapport innifsu elenka oqsma illi fihom nies b'diżabilità kienu kważi qegħdin jokorbu għall- għajnuna. M'aħniex nitkellmu fuq talbiet eċċezzjonali iżda drittijiet li jien u int għandna u xbajna nitkellmu fuqhom. Intant għaliex kellna nistennew sal-2021 biex isir xi ħaġa? Fil-verità dan l-imbierek rapport, bil-proposti u l-miżuri kollha tiegħu, kien ilu mistenni. Kien Alex Agius Saliba stess anzi li esprima b'diżappunt kif kellhom jistennew fuq sena biex biss, biss dan ir-rapport jittella' għal-votazzjoni fil-Parlament Ewropew. 'Sfortunatament il-Parlament Ewropew ma tgħallimx il- lezzjonijiet li kellu jitgħallem fuq l-inklużjoni' - Alex Agius Saliba Tajjeb ngħidu li l-MEP Malti mal-ewwel ammetta li l-Unjoni Ewropea stess għandha titgħallem minn dan ir-rapport u tibda tipprattikka dak li ilha tippriedka snin twal. Hu qal kif din il-ġimgħa hu ħassu diżappuntat u kważi umiljat meta induna li "sfortunatament il-Parlament Ewropew ma tgħallimx il-lezzjonijiet li kellu jitgħallem fuq l-inklużjoni." Dan qalu minħabba żewġ każijiet partikolari li għex u ra b'għajnejh hu stess. Irrakkonta kif fl-2016 saret rakkomandazzjoni wara li saret petizzjoni mill-Kumitat Ewropew tal- Petizzjonijiet sabiex il-Parlament Ewropew ikun aktar aċċesibli permezz tal-lingwa tas-sinjali. B'mod speċjali fil-Kumitat tal-Petizzjonijiet stess, sabiex persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jikkomunikaw mal-Parlament Ewropew bħal ċittadini Ewropej oħra bla ebda diffikultà. "Mill-2016 l' hawn twaqqaf kumitat ta' esperti biex ikun jista' jimplimenta din id-deċiżjoni. Sal-lum il-ġurnata, ħames snin wara, għad għandna l-Parlament Ewropew u l-Kumitat tal- Petizzjonijiet mingħajr aċċess għal- lingwa tas-sinjali, lanqas dik internazzjonali." It-tieni każ hu aktar frisk f 'moħħ Agius Saliba għax seħħ propju t-Tnejn li għadda. Tajjeb ngħidu li wieħed mix-Shadow rapporteurs ta' Agius Saliba, l-MEP Grieg Stelios Kympouropoulos, jagħmel użu mis-siġġu tar-roti. "Ilna tliet xhur nappellaw sabiex il-plenarja tkun aċċessibli, jiġifieri il-podju fejn isiru d-diskorsi jkunu aċċesibli għalih, ewroparlamentari bħali. Waqt li konna qegħdin niddiskutu l-aċċesibilità kellna sitwazzjoni li dan l-ewroparlamentari kellu jitkellem minn wara tas- sala għax il-kamra tal-plenarja m'għandhiex rampa. Qed ngħidu, l-qalb tal-Parlament Ewropew ma kienx aċċesibli għal Membru Parlamentari Ewropew." Dawn l-inċidenti jsaħħu l-argument ta' Agius Saliba u l-pożizzjoni ta' dan ir-rapport li ser jagħti livell ta' protezzjoni aqwa lill-madwar 87 miljun persuna b'diżabilita' madwar l-Unjoni Ewropea. Fil-fatt hu sostna li dawn mhux persuni li għandha nitħassru u nitfgħu f 'kantuniera. L-Ewroparlamentari Laburista tenna li dawn huma nies li għandhom x'joffru lil komunità, li għandhom jiġu integrati fis-soċjetà tagħna, mhux jispiċċaw iżolati fl- istituzzjonijiet. F'dik li Agius Saliba sejjaħ bħala "ġurnata storika għall-persuni b'diżabilta'", kienu biss 12–il MEP li ivvuta kontra ir-rapport għall- protezzjoni ta' persuni b'diżabilta'. 'Mhux nagħtu eżempju, anzi inċidenti bħal dawn jibgħatu messaġġi koroh ħafna' Fost il-kritika li qajjem il- kumitat stess li ħa ħsieb dan il-rapport, il-Kumitat tal- Petizzjonijiet, kien il-punt li riedu aktar ambizzjoni fejn jidħol il- bord tal-aċċesibiltà. "Dan għandu jkun l-għodda biex il-Kummisjoni Ewropea tara li jkun hemm sinerġija, li twassal għal aktar riċerka u gwida fejn tidħol l-implimentazzjoni tal- istess strateġija" Dan wassal għal talba ta' aġenzija b'aktar saħħa u uffiċċju aktar permanenti li jkollu aktar saħħa leġislattiva għax l-ikbar sfida, skont Agius Saliba, tibqa' li fuq il-karta kollox sabiħ imma fil-verita' hemm baħar jaqsam. Il-gazzetta ILLUM staqsietu x'tip ta' saħħa leġislattiva jixtieq li jilħaq permezz ta' din l-aġenzija u jekk jikkunsidrax li jsiru multi jew penali biex jiġi assigurat li din l-istrateġija tiġi adottata mill- istati membri kollha. M e t a w ieħe d jikkunsidra multi, huwa fakkar li lokalment diġà konna ħadna pass f 'din id-direzzjoni meta snin ilu l-Gvern Malti kien impona numru ta' penali li għandhom jitħallsu minn dawk li jħaddmu u ma jimxux mal-persentaġġ ta' persuni b'abbilitajiet differenti li għandhom jimpjegaw fil-kumpaniji jew negozji tagħhom. Hawn hu kien qiegħed jirreferi għal- liġi tal-2015 fejn il- Gvern kien ħabbar sensiela ta' miżuri mmirati biex jiżdiedu l-impjiegi fost persuni b'diżabilità. Fosthom ġew imħabbra diversi penali għal min ma jsegwiex il-liġi tas- 60ijiet. Liġi li tgħid li kumpaniji li jimpjegaw aktar minn 20 persuna għandhom jkollhom mill-inqas 2% tal-impjegati tagħhom li jkunu persuni b'diżabilità. Dan wassal biex lokalment ttieħed Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità Alex Agius Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021