Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2021 aħbarijiet 'Daħħal l-arma f'ħalq priġunier ... jekk mhux se toqgħod ta' nies, naħliha fuqek' YENDRICK CIOFFI "Mar fuq priġunier, daħħallu l-arma f 'ħalqu u wissih: jekk mhux se toqgħod ta' nies, din fuqek naħliha." Dan huwa każ ieħor li fiċ-ċentru tiegħu hemm id-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli. Din id-darba, is-sors li tkellem mal-gazzetta ILLUM huwa eks gwardjan li mhux jiddejjaq juri wiċċu. Emmanuel Cassar kien tkeċċa "b'mod inġust" f 'Marzu tal-2019 (ara aktar 'l isfel). "Qed nitkellem mhux minħabba dak li għamlu lili biss, imma anke minħabba dak li qed jagħmlu lill-priġunieri. Jekk se nigdeb, jagħmluli libell," insista. Cassar ħadem taħt diretturi differenti u fi kliemu ħadd minnhom, ħlief Dalli ma kienu jżommu l-arma tan-nar fuqhom. "Iżomm l-arma fuq ġenbu, f 'pocket kannella." Irrakkonta każ li ra jseħħ quddiem għajnejh, meta Dalli mar fuq priġunier daħħallu l-arma f 'ħalqu u beda jheddu. "Kont mad-Direttur f 'Diviżjoni 15. Il-priġunier huwa kiesaħ vera, imma ħadd ma ħaqqu hekk," kompla Cassar u dan ma kienx każ iżolat. Armati bil-lembuba u t-tarka Tkellem ukoll fuq l-ispezzjonijiet li jsiru fiċ-ċelel. Fi kliemu, qabel żmien Dalli, il-gwardjani ma kinux ikunu armati qishom ġejja xi gwerra. "Meta ġie Dalli, ried rewwixta biex joħdilhom kollox. Dan kliemu u mhux kliemi," insista. Skont Cassar, fuq ordni tad- Direttur, kienu jmorru jagħmlu l-ispezzjonijiet armati bil- lembuba f 'idhom u bit-tarka, l-istess kif ikunu l-Pulizija ta' kontra r-rewwixti. "Aħna konna nibqgħu armati barra ċ-ċella u tnejn jidħlu jfittxu. Għaliex ried hekk? Mhux biex jipprovoka. Priġunier li għandu 20 sena hemm ġew, se jaħsibha darbtejn?," kompla jisħaq. Kompla jirrakkonta kif darba minnhom marru fid- diviżjoni tan-nisa. Qal li kien hemm priġuniera li kienet tbati b'ħafna ansjetà, għax din kienet imsawwta u anke abbużata minn missierha. Irrakkonta kif meta fetħu ċ-ċella u rathom armati, qabdet twerżaq għax twerwret kif rathom liebsa kollha bl- iswed, armati u uħud b'wiċċhom mgħammad. "Sema' l-għajjat u ġie. Daħlilha l-arma f 'ħalqha biex tieqaf," kompla jirrakkonta. L-ILLUM staqsietu jekk qattx intalbu jew ingħataw struzzjonijiet biex jużaw il- lembuba. Wieġeb fil-pożittiv. "Jien qatt ma sawwatt fuq ordni tiegħu imma ħaddieħor iva." Saħansitra semma priġunieri li ssawtu malli daħlu l-ħabs. Semma wkoll każ li fih kienet involuta priġuniera li kienet tbati bi problemi ta' saħħa mentali u li meta rritornat il-ħabs, wara żmien tingħata kura fl-Isptar Monte Karmeli, spiċċaw jgħaddu ż-żmien biha, p a r t i k o l a r m e n t l-Assistent Direttur Randolph Spiteri. Is-siġġu ħadmuh il-priġunieri Staqsejnih dwar is-siġġu tal- kastig li żvelat il-gazzetta ILLUM u li sa din il-ġimgħa stess smajna dwaru. Qal li dan inħadem il- ħabs stess, mill-priġunieri "tal- qalba." "Rajtu jintuża s-siġġu. Jitpoġġa fis-central hall, biex jidher minn erba' diviżjonijiet. Dalli jrid iwerwer lill-priġunieri għax mingħalih li b'daqshekk min joħroġ mill-ħabs mhux se jerġa' jidħol," kompla Cassar. Semma wkoll kif anke l-it possessjonijiet li għandhom il- priġunieri qed joħdilhom, inkluż televiżjonijiet żgħar li jkunu ġabulhom tal-familja. "Jagħmel dan b'vendikazzjoni u mhux b'kastig. Ma tista' toħdilhom xejn," insista. Imneżża' għarwiena u msawwta Irrakkonta wkoll dak li seħħ lis-16-il immigrant li f 'Ottubru tal-2019 iddaħħlu l-ħabs wara l-involviment tagħhom "fir- rewwixta" fiċ-ċentru tad- Detenzjoni f 'Ħal Far. Dak iż-żmien Cassar kien diġà mkeċċi, imma qalulu gwardjani li baqgħu ħbieb tiegħu. Irrakkontawlu kif malli waslu l-ħabs, quddiem id-Direttur stess, dawn tneżżgħu għarwiena u ġew imsawwta. "F'Diviżjoni 6 hemm biss it ċelel. Wieħed rieqed fuq sodda u tnejn mal-art," insista. Malli ddaħħlu fid-Diviżjoni 6, ittieħdu fil-bitħa, reġgħu tneżżgħu għarwiena u ngħataw xeba' pajp b'ilma friżat. Din l-informazzjoni kkonfermawha sorsi oħra. Qal ukoll li mhuwiex minnu li l-priġunieri l-ġodda qed jiddaħħlu f 'Diviżjoni 6 minħabba l-kwarantina. Insista li meta tkeċċa hu ma kienx hemm pandemija u l-priġunieri l-ġodda, diġà kienu bdew jintefgħu "kastig" f 'din id- Diviżjoni. "Id-dixxiplina sabiħa. Kien hemm bżonn dixxiplina anke fuq il-priġunieri," qal iżda saħaq li żżejjed kollu żejjed. "Il-ħażen mhux fost il-priġunieri biss qiegħed." Insista wkoll li malli wasal Dalli, żdied id-distakk bejn il-priġunier u l-gwardjan. "Kienu jitkellmu magħna fuq problemi tagħhom. Kienu jiħu qalbhom. Illum ma jafdawkx," temm jisħaq. "Il-ħabs ħadu lura għal żmien il-medjuevu. Kollox iswed. Ħitan suwed. Bibien suwed. Ried militar." L-Ombudsman iddikjara li tkeċċija ta' Cassar kienet 'inġusta' u 'inumana' Cassar kien skjett mal- ILLUM. Ammetta minnufih li kien hemm drabi fejn żbalja, iżda saħaq ukoll li dak li għamlu lilu kien inġust u tah raġun ukoll anke l-Ombudsman. Fil-fatt, Cassar tkeċċa minn Dalli wara sensiela ta' trasferimenti minkejja li, fi kliemu, hu dejjem ħadem u dejjem kien irrispettat minn diretturi oħra. Il-gazzetta ikkonsultat ir- rapport tal-Ombudsman biex tqabbel il-fatti u kull ma' qal Cassar kien veritier. Kienet telefonata mal-Assistent Direttur tal-ħabs Randolph Spiteri, fuq qmis bajda tal-uniformi, li waslet biex Cassar tkeċċa. Jidher li kien hemm nuqqas fid-distribuzzjoni tal-ħwejjeġ tal-uniformi li Cassar ma kellux kontroll fuqu, iżda fi kliemu stess "riedu jaqbdu miegħu." Spiteri ħassu mhedded meta Cassar qallu: "ħallini bi kwieti għax inkella mmur fejn għandi mmur." Minħabba f 'hekk, Cassar spiċċa quddiem Bord tad- Dixxiplina u nstab ħati li mexa b'imġieba bla rispett lejn il- kollegi. Ta' min isemmi li Cassar kien diġà rċieva twissija ta' tkeċċija fis-sena ta' qabel (wara deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku) minħabba l-każ personali li kellu meta kien ikkundannat sentejn priġunerija sospiżi għal erba' snin. Madanakollu l-Ombudsman ikkonkluda li t-tkeċċija kienet inġusta għal diversi raġunijiet. Tefa' dubju fuq l-indipendenza tal-Bord tad-Dixxiplina u qal hekk: "Bord li jiġi kompost minn uffiċjali tal-korp li huwa mmexxi mill-persuna stess li tat bidu għall-proċedura ma jagħtix garanzija tal-ġustizzja." Ikompli: "Ma kienx indipendenti, ġie istitwit mid- Direttur Ġenerali nnifsu, il-membri tiegħu kienu jiddependu u jirrispondu lilu u b'konsegwenza ta' dan, il- complainant (Cassar) qatt ma' seta jkollu aspettativa li miegħu ssir ġustizzja." L-Ombudsman fakkar li fi żmien it-tkeċċija, Cassar kien marid serjament. Minkejja dan, ftit xhur biss qabel temm il-25 sena servizz, Cassar spiċċa bla pensjoni. "Il-piena li rċieva kienet waħda inġusta u li tmur kontra l-prinċipji umanitarji li dan il- pajjiż huwa obbligat li josserva," jgħid ir-rapport. Minkejja dan u minkejja r-rakkomandazzjonijiet tal- Ombudsman, sal-lum Cassar għadu mhux jingħata l-pensjoni u għadu qed jiġġieled il- każ tiegħu quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Intant, il-mistoqsijiet li l-ġimgħa li għaddiet ġew mibgħuta lil Alex Dalli u lill-Ministru baqgħu mhux imwieġba. Emmanuel Cassar, eks gwardjan tal-ħabs li ngħata raġun mill-Ombudsman jirrakkonta mal-ILLUM Id-Direttur tal-ħabs Alex Dalli Emmanuel Cassar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021