Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'Nittamaw li fost l-affarijiet li jiġu indirizzati fil- Baġit jkun hemm l-Air Malta ' - De Marco ALBERT GAUCI CUNNINGHAM F'kummenti li għadda lill- gazzetta ILLUM, ftit sigħat qabel ma' l-Gvern iħabbar il- Baġit 2022 il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Finanzi Mario De Marco esprima t-tama li fil-Baġit li se jinqara għada filgħaxija l-Gvern jindirizza l-problema tal-Air Malta. Il- Linja nazzjonali tal-Ajru qed tistenna li l-Kummissjoni Ewropea tapprova għajnuna miljunarja lil din il-linja tal- ajru, simili għal għajnuna li ngħataw linji tal-ajru nazzjonali oħrajn, minħabba d-daqqa tal-pandemija. Il-pandemija tal-Covid-19 fissret miljuni ta' vjaġġi li ġew posposti jew inkella kkanċellati bil-linji tal-ajru kostretti jagħtu lura miljuni kbar f 'rifużjonijiet. Kien il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana li mal-gazzetta ILLUM żvela kif il-linja nazzjonali qed tagħmel xejn inqas minn €170,000 kuljum f 'telf. Caruana kien saħaq illi l-Air Malta tinsab "fi stat tal- biki" wara l-pandemija: "Jekk qabel il-pandemija s-sitwazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru ma kinitx feliċi, wara l-pandemija saret tal-biki." Huwa kien wissa wkoll li jekk il-Kummissjoni tirrifjuta tagħti tali għajnuna, il-linja tal-ajru ma jkollhiex futur. 'Ovvja u mhijiex li d-defiċit kiber ħafna minħabba l-pandemija' Intant De Marco qal illi hija "ovvja u mhijiex" li d-defiċit żdied b'mod qawwi minħabba l-pandemija, għall-mistoqsija ta' din il-gazzetta. De Marco qal li l-ħela hija waħda mir- raġunijiet għal din iż-żieda u jsemmi bħala eżempju l-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare u sussegwentement ma' Steward Healthcare għat-tmexxija ta' tliet sptarijiet. Huwa jgħid illi f 'dan il-każ, "il-Gvern qed joħroġ għexieren ta' miljuni u mhu jieħu xejn lura." Għall-mistoqsija tal-gazzetta ILLUM De Marco ammetta li l-pandemija ħalliet effett fuq il- finanzi tal-pajjiż hekk kif kien hemm miżuri li kellhom jsiru - li jfakkar illi l-Oppożizzjoni qablet magħhom u vvutat favur tagħhom - filwaqt li d-dħul finanzjarju naqas. Huwa jfakkar iżda li d-defiċit tal-pajjiż, tela' għal 11% tal- Prodott Gross Domestiku li jisħaq illi hija l-ogħla rata ta' tkabbir fid-defiċit madwar l-Unjoni Ewropea kollha. De Marco jgħid ukoll li l-Gvern ma żammx mal-miri tiegħu tant li minflok €750 miljun, id-defiċit tela' għal €1.6 biljun. Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, sal- aħħar ta' Awwissu li għadda d-defiċit tal-pajjiż kien diġà ta' €753 miljun, bid-dejn jitla' għal €7.68 biljun - żieda ta' biljun ewro meta mqabbel mal-2020. . Huwa jgħid li parti mir- raġuni għaliex żdied daqstant id-defiċit hija l-ispiża rikorrenti, li jgħid illi baqgħet tiżdied biex fuq medda ta' snin din telgħet b'aktar minn 53%. Huwa qal li għalhekk waħda mill-miri tal-Baġit għandha tkun kif dan id-defiċit se jkun qed jitnaqqas. Il-gazzetta ILLUM fakkret lil De Marco iżda li fl-istess nifs li l-PN qed jgħid kemm il-pajjiż għandu defiċit u dejn qed iwiegħed ukoll li jżid il- pagi tal-għalliema u anke tal- infermiera. Ma jħossx li dawn l-istqarrijiet huma xi ftit jew wisq konfliġġenti? De Marco sostna illi d-defiċit "mhux neċessarjament" tnaqqsu billi tnaqqs il-pagi u jfakkar li hemm modi oħra kif dan isir, prinċipalment permezz tat- tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' setturi ekonomiċi ġodda. 'Ressaqna għexieren ta' proposti' M i s t o q s i m i l l - g a z z e t t a liema proposti tal-Baġit li ressaq il-PN iħoss li se jagħmlu differenza reali f 'ħajjet in-nies, De Marco qal illi l-PN qed ressaq "għexieren" ta' proposti, li jaqsam f 'diversi gruppi. L-ewwelnett isemmi r-reputazzjoni ta' pajjiżna wara d-deċiżjoni tal-FATF li tpoġġi lil Malta fil-Lista l-Griża. "Hemm bżonn nindirizzaw din il-problema," jgħid DeMarco li jfakkar f 'kemm huma kruċjali s-servizzi finanzjarji. Dwar il-Covid-19 DeMarco jgħid illi minkejja rkupru fit- turiżmu, dan is-setturgħadu qed jirpilja bil-mod u allura l-PN qed jipproponi li l-għajnuniet jibqgħu jingħataw lil dawk l-aktar li għandhom bżonn, biex b'hekk in-negozji ikollhom pjan u tragwardi ċari. Huwa fakkar ukoll li l-PN qed iwiegħed diversi miżuri, bħal inqas rata ta' taxxa għal xogħol part time u reviżjoni tal-bands tat-taxxa għal dawk li jħallsu 15%, 25% jew inkella 35%, "ħalli n ħ a l l u aktar flus fi bwiet in- nies." Huwa qal li l-PN għandu wkoll diversi proposti biex jilqa' għar-rata ta' studenti li jitilqu mill-edukazzjoni kmieni li jfakkar illi hija fost l-ogħla rati fl-Ewropa. De Marco itemm jgħid fuq dan il-punt li l-PN qed jipproponi li titfassal viżjoni ekonomika għall-futur, għal trasformazzjoni ekonomika, filwaqt li jsir patt soċjali ġdid. Mistoqsi x'tip ta' patt qed jitkellem dwaru DeMarco staqsa jekk il-pensjonijiet għadhomx adegwati jew inkella meta se tiġi indirizzata l-Living Wage jew meta l-prekarjat se neliminawh. DeMarco sostna li l-Baġit li se jitħabbar għandu jkollu viżjoni ċara għall-futur. Segwu s-sit illum.com.mt għal rappurtaġġ estensiv dwar il- Baġit 2022. Għada huwa Jum il-Baġit. Ftit sigħat qabel, il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-Kelliem tal- PN għall-Finanzi x'qed jistenna mill-Baġit, għalfejn il-PN qed jikkritika d-defiċit meta huwa ovvju li dan żdied minħabba l-pandemija u x'qed jipproponi... Mario De Marco

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021