Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 • illum Baġit: 'Il-Gvern qed jinvesti €270 miljun fis-setturi tal-enerġija, l-ilma u l-kwalità tal-ħajja' "Il-miżuri tal-Baġit 2022 imħabbra għall-Ministeru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli (MESD) huma intiżi biex joħolqu opportunitajiet ġodda, isostnu l-intrapriżi, isaħħu s-settur tal-enerġija u l-ilma u joffru kwalità ta' ħajja aħjar permezz ta' aktar żoni ħodor u spazji miuħa." Hekk sostniet il-Ministru Miriam Dalli f 'konferenza li matulha tat rendikont tal-miżuri baġitarji li huma relatati mal-Ministeru tagħha. Hija fakkret kif il-miżuri jvarjaw minn dawk immirati lejn għajnuna u inċentivi għall-intrapriżi u għan-negozji; investimenti fis-settur tal-enerġija u l-ilma; ħidma favur is-sostenibbiltà u l-immaniġġjar u l-ħolqien ta' aktar spazji miuħa. Għal dan l-għan, il-Gvern qed jinvesti aktar minn €270 miljun - fakkret Dalli. "Il-miżuri tal-baġit li ġejna fdati bihom għas-sena 2022 huma intiżi biex nappoġġaw it-tranżizzjoni ta' pajjiżna għal livell aktar sostenibbli biex sal-2050 inkunu lħaqna l-mira ta' dekarbonizzazzjoni," tgħid il-Ministru li mbagħad telenka wħud mill-miżuri infushom. Fosthom: Se jinħoloq Fond għall- Krediti tal-Karbonju; benefiċċji tat- taxxa għal profitti li jerġgħu jiġu investiti mill-ġdid; tnedija ta' Seed Fund għal eko-startups; jitwaqqaf il-Blue-Med Hub; tkun introdotta Start-Up Visa; jingħata appoġġ lil dawk il-kumpaniji li jinvestu f 'karozzi li ma jniġġsux; tingħata għajnuna sabiex negozji tal-familja jippjanaw is-suċċessjoni tan-negozju; u tikber l-eleġibilità tal- inċentiva tas-sussidju fuq il-kera u għajnuna finanzjarja u krediti ta' taxxa għal investimenti sostenibbli u diġitali. "Fost oħrajn, matul l-2022," spejat Dalli, "se jkunu qed isiru l-istudji neċessarji għat-tieni cable tal-interconnector bejn Malta u Sqallija; jitwettqu studji tekniċi dwar il-fattibilità teknika u finanzjarja tat-trasmissjoni tal-idroġenu bl-użu tal- pipeline; investiment fl-użu tal-enerġija rinnovabbli kemm mis-settur pubbliku, mill-privat u mid-djar; u l-installazzjoni ta' 1,200 charging points għall-karozzi fuq medda ta' tliet snin." Hija qalet illi biex Malta tilħaq t-tragwardi fid-dekarbonaizzazzjoni sal-2050 l-Gvern se jħeġġeġ lokalitajiet jiddiżinjaw proġetti sostenibbli, filwaqt li se jsir proġett pilota ta' ġonna komunitarji biex residenti jkabbru frott, ħxejjex u uri huma stess. Hi semmiet l-€20 miljun fi proġett ta' afforestazzjoni fil-Park tal-Inwadar f 'Wied il-Għajn u €5 miljuni li se jkunu investiti f 'parks tal-familja, fir-riġenerazzjoni ta' ġonna u spazji miuħa u r-riabilitazzjoni ta' widien fost l-oħrajn. Miriam Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021